|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2561 |
20.11.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2561
tad-19 ta’ Novembru 2026
li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(5) tiegħu,
Wara li kkonsultat lill-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali,
Billi:
|
(1) |
L-indoksakarb ġiet inkluża fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) bħala sustanza attiva għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 bid-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/87/KE (3). Skont l-Artikolu 86 tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, ġiet għalhekk ikkunsidrata bħala approvata taħt ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 sal-31 ta’ Diċembru 2019, soġġetta għall-ispeċifikazzjonijiet u l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Ġunju 2018, tressqet applikazzjoni f’konformità mal-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tiġdid tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 (“l-applikazzjoni”). |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Novembru 2018, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni ta’ Franza għarrfet lill-Kummissjoni li kienet iddeċidiet, skont l-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012, li kienet meħtieġa evalwazzjoni sħiħa tal-applikazzjoni. |
|
(4) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1030 (4) pposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 sat-30 ta’ Ġunju 2022, sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-eżami tal-applikazzjoni. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1287 (5) ipposponiet id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb sat-30 ta’ Ġunju 2024. Dik id-data ta’ skadenza reġgħet ġiet posposta sal-31 ta’ Diċembru 2026 bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/731 (6), minħabba dewmien addizzjonali fl-evalwazzjoni tal-applikazzjoni. |
|
(6) |
Fid-9 ta’ Settembru 2026, l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni għarrfet lill-Kummissjoni li l-evalwazzjoni kompliet tiddewwem minħabba ż-żmien addizzjonali meħtieġ mill-awtorità kompetenti għall-valutazzjoni tad-data relatata mad-determinazzjoni tal-proprjetajiet fiżikokimiċi u tal-perikli fiżiċi tas-sustanza u tad-data marbuta mal-eżami tal-proprjetajiet tagħha li jfixklu s-sistema endokrinali. Mill-informazzjoni pprovduta mill-awtorità kompetenti, jidher li minħabba raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, x’aktarx li dik l-awtorità se tkun tista’ tressaq rapport ta’ valutazzjoni tat-tiġdid lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) sat-tielet trimestru tal-2027. |
|
(7) |
Fi żmien 270 jum minn meta tirċievi rakkomandazzjoni mingħand l-awtorità kompetenti tal-evalwazzjoni, l-Aġenzija trid tħejji u tressaq opinjoni lill-Kummissjoni dwar it-tiġdid tal-approvazzjoni tas-sustanza attiva f’konformità mal-Artikolu 14(3) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(8) |
Għaldaqstant, għal raġunijiet lil hinn mill-kontroll tal-applikant, l-approvazzjoni aktarx tiskadi qabel ma tkun ittieħdet deċiżjoni dwar it-tiġdid tagħha. Għalhekk, jixraq li d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tiġi posposta ulterjorment għal perjodu ta’ żmien biżżejjed biex tkun tista’ tiġi eżaminata l-applikazzjoni bis-sħiħ. Wara li tqies iż-żmien li għadu meħtieġ sabiex tintemm l-evalwazzjoni mill-awtorità kompetenti li tevalwa, u għat-tħejjija u għat-tressiq mill-Aġenzija tal-opinjoni tagħha u ż-żmien meħtieġ biex il-Kummissjoni tiddeċiedi jekk iġġeddidtx jew le l-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18, jenħtieġ li d-data tal-iskadenza tiġi posposta sal-31 ta’ Diċembru 2028. |
|
(9) |
Wara l-posponiment ulterjuri tad-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni, l-indoksakarb tibqa’ approvata għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Anness I tad-Direttiva 98/8/KE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip 18 hija posposta sal-31 ta’ Diċembru 2028.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/8/oj).
(3) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/87/KE tad-29 ta’ Lulju 2009 li temenda d-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill biex tinkludi l-indoxacarb bħala sustanza attiva fl-Anness I għaliha (ĠU L 198, 30.7.2009, p. 35, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2009/87/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1030 tal-21 ta’ Ġunju 2019 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoxacarb għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta' prodott 18 (ĠU L 167, 24.6.2019, p. 32; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2019/1030/oj).
(5) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1287 tat-2 ta’ Awwissu 2021 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fi prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 (ĠU L 279, 3.8.2021, p. 41; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2021/1287/oj).
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/731 tat-28 ta’ Frar 2024 li tipposponi d-data tal-iskadenza tal-approvazzjoni tal-indoksakarb għall-użu fil-prodotti bijoċidali tat-tip ta’ prodott 18 f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2024/731, 1.3.2024; ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/731/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2561/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)