<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-370/19</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62019TJ0370</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:440">EU:T:2020:440</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>13</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat-<DATE ISO="20200923">23.9.2020</DATE> – Kawża T‑370/19</HT></P><P><HT TYPE="SC">Spanja vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Relazzjonijiet barranin</KEYWORD><KEYWORD>Kooperazzjoni teknika</KEYWORD><KEYWORD>Komunikazzjonijiet elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2018/1971</KEYWORD><KEYWORD>Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiż terz f’dan il-korp</KEYWORD><KEYWORD>Parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo</KEYWORD><KEYWORD>Kunċett ta’ pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Żball ta’ liġi</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑370/19,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja</HT>, irrappreżentat minn S. Centeno Huerta, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>rikorrent,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn F. Castillo de la Torre, M. Kellerbauer u T. Ramopoulos, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE> dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 115, p. 26</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn J. Costeira (Relatur), President, M. Kancheva u T. Perišin, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal‑<DATE ISO="20091125">25 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="337" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 337, p. 1</REF.DOC.OJ>), il-leġiżlatur tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li jwaqqaf il-BEREC u li jinkarigah li jikkontribwixxi għall-iżvilupp tas-suq intern tan-netwerks u tas-servizzi ta’<?PAGE NO="2"?> komunikazzjonijiet elettroniċi u li jtejjeb l-funzjonament tiegħu, billi jiżgura applikazzjoni koerenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni Ewropea għall-komunikazzjonijiet elettroniċi. Konformement ma’ dan ir-regolament, il-BEREC kellu jeżegwixxi l-kompiti tiegħu, b’mod indipendenti, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet regolatorji nazzjonali (iktar ’il quddiem in-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>NRA<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) u l-Kummissjoni Ewropea. Bl-istess mod, il-BEREC kellu jinkoraġixxi l-kooperazzjoni bejn in-NRA, u bejn n-NRA u l-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1211/2009, il-BEREC kien ikkostitwit minn Bord tar-Regolaturi. Skont l-Artikolu 6 ta’ dan ir-regolament, il-BEREC kien assistit mill-Uffiċċju, impoġġi taħt it-tmexxija tal-Bord tar-Regolaturi. L-Uffiċċju kien jinkludi b’mod partikolari Kumitat ta’ Tmexxija. Il-Bord tar-Regolaturi u l-Kumitat ta’ Tmexxija kienu komposti, kull wieħed minnhom, minn membru minn kull Stat Membru, li kien id-direttur jew ir-rappreżentant ta’ livell għoli tan-NRA stabbilita f’kull Stat Membru. Bis-saħħa tal-Artikolu 4(3) tal-imsemmi regolament, in-NRA tal-pajjiżi taż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) u tal-pajjiżi li huma kandidati għall-adeżjoni kellhom l-istatus ta’ osservatur u kienu jipparteċipaw fil-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC u fil-Kumitat ta’ Tmexxija tal-Uffiċċju. Il-pajjiżi terzi minbarra l-pajjiżi taż-ŻEE u l-pajjiżi li huma kandidati kienu ġew esklużi mill-parteċipazzjoni fil-BEREC u mill-korpi tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Barra minn hekk, bejn l‑2001 u l‑2015, l-Unjoni ffirmat ma’ diversi pajjiżi tal-Balkani tal-Punent ftehimiet ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>FSA<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), li jinkludu dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-kooperazzjoni fil-qasam tal-komunikazzjonijiet elettroniċi. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-Ftehim ta’ stabbilizzazzjoni u assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u l-Kosovo, min-naħa l-oħra (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="071" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 71, p. 3</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>FSA Kosovo<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li jipprevedi tali dispożizzjonijiet fl-Artikolu 111 tiegħu, li, taħt it-titolu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Networks u servizzi tal-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>, huwa fformulat b’dan il-mod:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Il-kooperazzjoni għandha tiffoka primarjament fuq l-oqsma prijoritarji relatati mal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-UE f’dan il-qasam.</ALINEA><ALINEA>Il-Partijiet, b’mod partikolari, għandhom isaħħu l-kooperazzjoni fil-qasam tan-netwerks u s-servizzi tal-komunikazzjoni elettronika, bl-għan aħħari li l-Kosovo jadotta l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-UE fis-settur ħames snin mid-dħul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, b’attenzjoni speċjali tingħata lejn l-iżgurar u t-tisħiħ tal-indipendenza tal-awtoritajiet regolatorji relevanti.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>B’mod ġenerali, il-FSA Kosovo huwa intiż, b’mod partikolari, sabiex jittieħdu miżuri konkreti sabiex jintlaħqu l-aspirazzjonijiet Ewropej tal-Kosovo u t-tqarrib bejnu u l-Unjoni. L-Artikolu 2 tal-FSA Kosovo jippreċiża madankollu li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>kliem jew definizzjonijiet użati f’dan il-Ftehim, inklużi l-Annessi u l-Protokolli għalihom, ma jikkostitwixxu rikonoxximent tal-Kosovo mill-UE bħala Stat indipendenti u lanqas ma jikkostitwixxu rikonoxximent minn Stati Membri individwali tal-Kosovo f’dik il-kapaċità fejn huma ma jkunux għamlu tali pass<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fis‑<DATE ISO="20180206">6 ta’ Frar 2018</DATE>, il-Kummissjoni adottat il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/> (COM(2018) 65 final). F’din il-komunikazzjoni, huwa indikat li l-Kummissjoni biħsiebha tniedi strateġija diġitali għall-Balkani tal-Punent, li tinkludi azzjonijiet intiżi li jiffaċilitaw it-tnaqqis tal-ispejjeż tar-roaming, li tiġi appoġġjata t-tnedija tal-broadband, li tiġi żviluppata s-soċjetà diġitali u, b’mod iktar ġenerali, li jiġu sostnuti l-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> fil-qafas tas-suq diġitali uniku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20180622">22 ta’ Ġunju 2018</DATE>, il-Kummissjoni ppubblikat dokument tax-xogħol, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>Miżuri insostenn ta’ strateġija diġitali għall-Balkani tal-Punent<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> (SWD(2018) 360 final) [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Wieħed mill-ħames oqsma prinċipali koperti minn din l-istrateġija diġitali jikkonċerna l-appoġġ għall-adozzjoni, l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> fis-suq diġitali uniku. Waħda mill-azzjonijiet f’dan il-qasam prinċipali tikkonsisti fl-integrazzjoni tal-Balkani tal-Punent fi ħdan korpi regolatorji jew fi gruppi ta’ ħidma eżistenti, bħall-BEREC, li jissemma espliċitament. F’dan ir-rigward, dan id-dokument<?PAGE NO="3"?> jippreċiża, fil-punt 8.3.1 tiegħu, dwar il-kwistjoni tal-BEREC, li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>[r]elazzjoni iktar mill-qrib bejn in-NRA tal-UE u tal-Balkani tal-Punent ser tikkontribwixxi sabiex jitqarrbu l-prattiċi regolatorji tar-reġjun tagħhm ma’ dawk tal-Unjoni […] Minkejja li erba’ mis-sitt ekonomiji tal-Balkani tal-Punent huma attwalment osservaturi tal-BEREC, il-Bord tar-Regolaturi tal-BEREC aċċetta li jikkollabora iktar mill-qrib mas-sitt NRA kollha tar-reġjun. Dan ser jibqa’ possibbli fil-kuntest tar-reviżjoni tar-Regolament [Nru 1211/2009]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> [traduzzjoni mhux uffiċjali].</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fil‑<DATE ISO="20181211">11 ta’ Diċembru 2018</DATE>, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw ir-Regolament (UE) 2018/1971 li jistabbilixxi l-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Aġenzija għall-Appoġġ tal-BEREC (l-Uffiċċju tal-BEREC), li jemenda r-Regolament (UE) 2015/2120 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1211/2009 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="321" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 321, p. 1</REF.DOC.OJ>). Dan ir-regolament daħal fis-seħħ fl‑<DATE ISO="20181220">20 ta’ Diċembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>B’mod partikolari, l-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971, intitolat <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Kooperazzjoni mal-korpi tal-Unjoni, mal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="035.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Sa fejn ikun meħtieġ biex il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jilħqu l-għanijiet stabbiliti f’dan ir-Regolament u jwettqu l-kompiti tagħhom, u mingħajr preġudizzju għall-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, dawn jistgħu jikkooperaw ma’ korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni, ma’ awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali.</ALINEA><ALINEA>Għal dak il-għan u soġġett għall-approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC jistgħu jistabbilixxu arranġamenti ta’ ħidma. Dawk l-arranġamenti ma għandhomx joħolqu obbligi ġuridiċi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-Bord tar-Regolaturi, il-gruppi ta’ ħidma u l-Bord Maniġerjali għandhom ikunu miftuħin għall-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet regolatorji ta’ pajjiżi terzi li jkollhom responsabbiltà primarja fil-qasam tal-komunikazzjoni elettronika fejn dawk il-pajjiżi terzi jkunu daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop.</ALINEA><ALINEA>Taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawk il-ftehimiet, għandhom jiġu żviluppati arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, sa fejn u l-mod kif dawn l-awtoritajiet regolatorji tal-pajjiżi terzi kkonċernati ser jieħdu sehem mingħajr id-dritt tal-vot fil-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-BEREC, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għall-Uffiċċju tal-BEREC. Fi kwalunkwe każ, fejn jidħlu l-materji marbutin mal-persunal, dawk l-arranġamenti għandhom ikunu konformi mar-Regolamenti tal-Persunal.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="035.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala parti mill-programm ta’ ħidma annwali msemmi fl-Artikolu 21, il-Bord tar-Regolaturi għandu jadotta l-istrateġija tal-BEREC għar-relazzjonijiet ma’ korpi, uffiċċji, aġenziji u gruppi konsultattivi kompetenti tal-Unjoni u mal-awtoritajiet kompetenti tal-pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn jidħlu kwistjonijiet ta’ kompetenza tal-BEREC. Il-Kummissjoni, il-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC għandhom jikkonkludu arranġament xieraq ta’ ħidma bil-għan li jiżgura li l-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC joperaw fi ħdan il-mandat tagħhom u l-qafas istituzzjonali eżistenti.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit‑<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE>, il-Kummissjoni adottat sitt deċiżjonijiet dwar il-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ sitt pajjiżi tal-Balkani tal-Punent fil-BEREC. Dawn id-deċiżjonijiet ittieħdu b’mod partikolari abbażi tal-qafas legali l-ġdid u, b’mod partikolari, tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, li jirregola l-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-korpi tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, bl-għan li tiġi żgurata l-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ dawn is-sitt pajjiżi fil-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, konformement mal-istrateġija diġitali għall-Balkani tal-Punent imsemmija fil-punti 5 u 6 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fost is-sitt deċiżjonijiet hemm id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat‑<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE> dwar il-parteċipazzjoni tal-Awtorità Regolatorja Nazzjonali tal-Kosovo fil-Korp ta’ Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="115" PAGE.FIRST="26" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, C 115, p. 26</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>). F’din id-deċiżjoni, il-Kummissjoni stabbilixxiet li n-NRA tal-Kosovo, li għandha bħala responsabbiltà prinċipali li tissorvelja ta’ kuljum il-funzjonament tas-swieq tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, setgħet tipparteċipa fil-Bord tar-Regolaturi u fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC kif ukoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC. Barra minn hekk, filwaqt li tagħmel riferiment għall-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo, il-premessa 3 tad-deċiżjoni kkontestata tistipula li l-Unjoni u l-Kosovo kkonkludew ftehim fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Barra minn hekk, id-deċiżjoni kkontestata tagħmel riferiment ukoll għall-Artikolu 17 TUE fil-premessa 1 tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni indirizzat ittra lill-awtorità regolatorja tal-komunikazzjonijiet Irlandiża, fil-kwalità tagħha ta’ President tal-BEREC, li fiha hija esponiet il-kriterji li hija stabbilixxiet f’dak li jirrigwarda l-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC u fl-Uffiċċju tal-BEREC. F’din l-ittra, il-Kummissjoni ppreżentat, b’mod partikolari, iċ-ċirkustanzi tal-Balkani tal-Punent, li jikkonċernaw sitt partijiet li kkonkludew FSA mal-Unjoni, jiġifieri erba’ pajjiżi kandidati għall-adeżjoni mal-Unjoni (l-Albanija, il-Maċedonja tat-Tramuntana, il-Montenegro u s-Serbja) kif ukoll żewġ kandidati potenzjali (il-Bosnja-Ħerzegovina u l-Kosovo). Fiha l-Kummissjoni indikat li, f’kull każ, il-FSA huma meqjusa bħala ftehimiet fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 u spjegat li s-sitt deċiżjonijiet adottati fit‑<DATE ISO="20190318">18 ta’ Marzu 2019</DATE> jipprevedu d-dispożizzjonijiet vinkolanti neċessarji fir-rigward tan-natura, il-portata u l-modalitajiet ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC u fl-Uffiċċju tal-BEREC.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20190619">19 ta’ Ġunju 2019</DATE>, ir-Renju ta’ Spanja ppreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Ir-risposta tal-Kummissjoni ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20190812">12 ta’ Awwissu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Ir-replika ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20191025">25 ta’ Ottubru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Il-kontroreplika ġiet ippreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis‑<DATE ISO="20191206">6 ta’ Diċembru 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Peress illi kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, skont l-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lid-Disa’ Awla, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Bi tweġiba għal miżura ta’ organizzazzjoni ordnata mill-Qorti Ġenerali fit‑<DATE ISO="20200403">3 ta’ April 2020</DATE>, il-partijiet indikaw li ma jixtiqux jinstemgħu f’seduta. Sussegwentement, il-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla) iddeċidiet, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura, li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>tikkundanna lir-Renju ta’ Spanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-Renju ta’ Spanja jqajjem tliet motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn il-Kosovo ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. It-tieni motiv huwa bbażat fuq l-ksur ta’ dan l-artikolu sa fejn ma jeżistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-BEREC. It-tielet motiv, min-naħa tiegħu, huwa bbażat fuq il-ksur tal-imsemmi artikolu sa fejn il-Kummissjoni warrbet il-proċedura stabbilita għall-parteċipazzjoni tan-NRA tal-pajjiżi terzi fil-BEREC.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn il-Kosovo ma huwiex <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li, billi awtorizzat, fid-deċiżjoni kkontestata, in-NRA tal-Kosovo sabiex tipparteċipa fil-Bord tar-Regolaturi u fil-gruppi tax-xogħol tal-BEREC kif ukoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC, il-Kummissjoni kisret l-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn din id-dispożizzjoni tippermetti din il-parteċipazzjoni tan-NRA tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> biss. Skont ir-Renju ta’ Spanja, peress li l-Kosovo ma huwiex legalment <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-kundizzjonijiet neċessarji għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu fil-Kosovo ma jistgħux ikunu ssodisfatti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-formulazzjoni tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 hija ċara u kkonfermata mill-premessa 34 ta’ dan ir-regolament, li tagħmel riferiment ukoll għall-possibbiltà ta’ tali parteċipazzjoni tan-NRA tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. Skont ir-Renju ta’ Spanja, il-parteċipazzjoni fil-BEREC, prevista fl-imsemmi Artikolu 35(2), teħtieġ il-parteċipazzjoni ta’ awtorità relatata ma’ organizzazzjoni tal-Istat, b’tali mod li jista’ jkun hemm NRA biss fi Stat. Ir-Renju ta’ Spanja jispeċifika, barra minn hekk, li l-imsemmija premessa 34 tinvoka, bħala eżempji ta’ pajjiżi terzi, lill-Istati Membri taż-ŻEE jew tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) u l-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jirrileva li l-Kummissjoni impliċitament assimilat, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kosovo ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971, minkejja li ma hemm ebda bażi legali biex tagħmel dan. Huwa josserva li l-fatt li Kosovo kkonkluda FSA mal-Unjoni ma jagħmlux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni u li l-Kosovo ma jistax jiġi assimilat mal-Istati Membri taż-ŻEE jew tal-EFTA u lanqas mal-pajjiżi kandidati għall-adeżjoni. Huwa jinnota wkoll li l-Artikolu 2 tal-FSA Kosovo jikkonferma dan l-approċċ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jenfasizza li ma huwiex neċessarju li n-NRA tal-Kosovo tipparteċipa fil-BEREC sabiex tosserva l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo. Is-sitwazzjoni tal-Kosovo hija simili għall-ħames sitwazzjoni msemmija fl-ittra tal-Kummissjoni tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, jiġifieri dik tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>pajjiżi l-oħra<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>. Fil-fatt, dan l-artikolu jagħmel riferiment, b’mod ġenerali, għall-kooperazzjoni fis-settur tal-komunikazzjonijiet elettroniċi u huwa intiż li jsaħħaħ l-indipendenza tan-NRA, iżda ma jipprevedi ebda parteċipazzjoni fl-istrutturi Ewropej f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tar-Renju ta’ Spanja u titlob li dan l-ewwel motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 sa fejn, fid-deċiżjoni kkontestata, hija assimilat il-Kosovo ma’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, minkejja li din id-dispożizzjoni tippreżupponi l-parteċipazzjoni ta’ awtorità marbuta ma’ organizzazzjoni tal-Istat, b’tali mod li jista’ jkun hemm NRA biss fi Stat sovran, li ma huwiex il-każ fil-każ tal-Kosovo.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-Qorti Ġenerali li teżamina l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 u, b’mod partikolari, li tiddetermina jekk dan il-kunċett huwiex ekwivalenti għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>Stat terz<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, bħalma jippretendi r-Renju ta’ Spanja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/> bl-ebda mod ma huwa ddefinit fir-Regolament 2018/1971, u lanqas fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>It-Trattat FUE, min-naħa tiegħu, juża kemm il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> kif ukoll <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>Stat terz<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> fid-dispożizzjonijiet tiegħu. Madankollu, għandu jiġi nnutat li diversi dispożizzjonijiet li jirrigwardaw kwistjonijiet dwar ir-relazzjonijiet barranin jużaw il-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>, għaliex is-soċjetà internazzjonali ma hijiex ikkostitwita minn <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>Stati<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> biss. B’mod partikolari, il-ħames parti tat-Trattat FUE, intitolata <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>L-Azzjoni Esterna ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, tirrifletti l-fatt li s-soċjetà internazzjonali hija komposta minn diversi atturi u, għaldaqstant, tinkludi Titolu III dwar il-kooperazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>Mal-Pajjiżi Terzi<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> kif ukoll Titolu VI dwar ir-relazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>ta’ l-Unjoni ma’ l-Organizzazzjonijiet Internazzjonali u l-Pajjiżi Terzi<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE dwar il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> huma intiżi b’mod ċar li jiftħu l-possibbiltà li jiġu konklużi ftehimiet internazzjonali ma’ entitajiet <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>li ma humiex Stati<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>. Għalhekk, l-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet internazzjonali ma’ entitajiet territorjali, koperti taħt il-kunċett flessibbli ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>pajjiż<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, li għandhom il-kapaċità li jikkonkludu trattati skont id-dritt internazzjonali, iżda li ma humiex bilfors <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>Stati<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> fis-sens tad-dritt internazzjonali. Li jiġi sostnut il-kuntrarju jwassal sabiex jinħoloq vojt legali fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-Unjoni kkonkludiet diversi ftehimiet internazzjonali ma’ entitajiet li ma humiex Stati sovrani. Hemm b’mod partikolari ftehimiet konklużi mal-Organizzazzjoni għal-Liberazzjoni tal-Palestina (PLO), it-territorju doganali distint ta’ Tajwan, Penghu, Kinmen u Matsu, il-Gvern tar-Reġjun Amministrattiv Speċjali ta’ Ħong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina jew anki r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Għandu jiġi enfasizzat ukoll li l-Unjoni kkonkludiet diversi ftehimiet internazzjonali mal-Kosovo, li tirrikonoxxi b’dan il-mod il-kapaċità tiegħu li jikkonkludi tali ftehimiet. Fil-fatt, l-Unjoni b’mod partikolari kkonkludiet il-FSA Kosovo skont l-Artikolu 217 TFUE jew anki l-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kosovo dwar il-prinċipji ġenerali għall-parteċipazzjoni tal-Kosovo fi programmi tal-Unjoni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="195" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2017">ĠU 2017, L 195, p. 3</REF.DOC.OJ>), konformement mal-Artikolu 212 TFUE. Il-konklużjoni ta’ dawn il-ftehimiet kienet legalment possibbli biss għaliex il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> imsemmi f’dawn id-dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE seta’ jieħu tifsira wiesgħa, li tippermetti b’dan il-mod lill-Unjoni li tqis lill-Kosovo bħala tali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li, kull darba, l-Unjoni naqset milli tieħu pożizzjoni fuq l-istatus ta’ Stat tal-Kosovo fid-dawl tad-dritt internazzjonali, bħalma juru d-dispożizzjonijiet imsemmija fil-premessa 17 u fl-Artikolu 2 tal-FSA Kosovo, li jippreċiżaw li dan il-ftehim ma jikkostitwixxix rikonoxximent tal-Kosovo bħala Stat indipendenti mill-Unjoni u lanqas ma jaffettwa l-pożizzjonijiet individwali tal-Istati Membri fuq il-kwistjoni tal-istatus tiegħu. Tali prekawzjonijiet jinsabu wkoll f’atti oħrajn tal-Unjoni dwar il-Kosovo, bħall-ftehim qafas imsemmi fil-punt 32 iktar ’il fuq u l-atti bażiċi li jistabbilixxu diversi programmi tal-Unjoni, bħal Erasmus + jew Horizon 2020, li l-Kosovo ġie aċċettat jipparteċipa fihom bħala <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Dawn il-prekawzjonijiet meħuda mill-Unjoni fl-atti tagħha dwar il-Kosovo, billi jsemmu espliċitament l-assenza ta’ rikonoxximent tal-Istat tal-Kosovo, ma jistgħux, kuntrarjament għal dak li jippretendi r-Renju ta’ Spanja, jiġu interpretati fis-sens li jeskludu lill-Kosovo mill-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Għall-kuntrarju, l-imsemmija prekawzjonijiet huma intiżi preċiżament li jiddistingwu, minn naħa, l-istatus ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>Stat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> u, min-naħa l-oħra, il-kapaċità tal-Kosovo li jimpenja ruħu skont id-dritt internazzjonali, bħala attur ta’ dan id-dritt li jaqa’ taħt il-kunċett iktar wiesa’ ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> imsemmi fid-dritt primarju tal-Unjoni, b’mod partikolari fl-Artikoli 212 u 216 sa 218 TFUE, sabiex jindika entitajiet suġġetti għad-dritt internazzjonali li jista’ jkollhom drittijiet u obbligi, ma jistax ikollu sens differenti meta dan l-istess kunċett ikun f’test ta’ dritt sekondarju bħalma huwa l-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Barra minn hekk, xejn ma jindika li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> imsemmi f’din id-dispożizzjoni tal-aħħar għandu jirċievi interpretazzjoni differenti minn dik li tinsab fl-imsemmija dispożizzjonijiet tat-Trattat FUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 ma jistax, kuntrarjament għal dak li jargumenta r-Renju ta’ Spanja, ikun ekwivalenti għal dak ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>Stat terz<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Dan il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> għandu portata usa’ li tmur lil hinn mill-Istati sovrani biss, b’tali mod li l-Kosovo jista’ jaqa’ taħt tali kunċett ta’ pajjiż terz, bla ħsara għall-pożizzjoni tal-Unjoni jew dik tal-Istati Membri tagħha f’dak li jirrigwarda l-istatus tal-Kosovo bħala Stat indipendenti. Bl-istess mod, fil-kwalità tiegħu ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, il-Kosovo jista’ wkoll ikollu awtoritajiet pubbliċi, bħan-NRA tal-Kosovo, b’tali mod li l-affermazzjoni tar-Renju ta’ Spanja skont liema <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>jista’ jkun hemm NRA biss fi Stat<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> ma tistax tintlaqa’.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalhekk, meta qieset fid-deċiżjoni kkontestata li l-Kosovo kien <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>pajjiż terz<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, il-Kummissjoni ma kisritx din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-ewwel motiv imqajjem mir-Renju ta’ Spanja għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn ma jeżistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-BEREC</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn ma jeżistix <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-paragrafu 2 ta’ din id-dispożizzjoni, għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-Bord tar-Regolaturi, fil-gruppi ta’ ħidma u fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-BEREC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jqis li, kuntrarjament għal dak li tindika d-deċiżjoni kkontestata, l-Artikolu 111 tal-FSA ma jippermettix li jitqies li l-Kosovo kkonkluda mal-Unjoni ftehim ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC. Din id-dispożizzjoni tipprevedi biss tisħiħ tal-kooperazzjoni sabiex il-Kosovo jadotta l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni, iżda biss il-parteċipazzjoni fl-istrutturi Ewropej. Konsegwentement, il-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-BEREC timplika li wieħed imur lil hinn minn din il-kooperazzjoni u mill-għan stabbilit mill-imsemmija dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li, fid-deċiżjoni kkontestata u fl-ittra tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, il-Kummissjoni ħalltet, minn naħa, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> koperta mill-Artikolu 35(1) tar-Regolament 2018/1971 kif ukoll mill-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo, u, min-naħa l-oħra, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, koperta mill-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Fil-fatt, id-deċiżjoni kkontestata ma hijiex limitata għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> iżda tikkonkretizza l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> tan-NRA tal-Kosovo fil-BEREC. Issa, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> ta’ NRA mal-BEREC għandha tiġi distinta mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> tagħha jew mill-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/> tagħha fl-istrutturi Ewropej tal-BEREC, għaliex dawn iż-żewġ ipoteżijiet koperti mill-imsemmi Artikolu 35 għandhom portata u natura differenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkonkludi minn dan li d-deċiżjoni kkontestata tistabbilixxi integrazzjoni fl-istruttura tal-BEREC li la hija prevista mill-FSA Kosovo u lanqas minn ebda ftehim ieħor konkluż għal dan l-għan mal-Unjoni. Għalhekk, l-interpretazzjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>estensiva<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, mogħtija mill-Kummissjoni, hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dawn l-argumenti u titlob li t-tieni motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 sa fejn hija qieset, fid-deċiżjoni kkontestata, li, f’dak li jirrigwarda l-Kosovo, kien jeżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>ftehim mal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-finijiet tal-parteċipazzjni tan-NRA tal-Kosovo fil-Bord tar-Regolaturi u fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC kif ukoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC. Skont ir-Renju ta’ Spanja, l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo ma jippermettix li jitqies li l-Kosovo kkonkludiet mal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa l-kompitu tal-Qorti Ġenerali li teżamina l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>ftehim mal-Unjoni għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> imsemmi fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, u wara li tiddetermina jekk il-FSA Kosovo, b’mod partikolari l-Artikolu 111 tiegħu, jaqax taħt dan il-kunċett.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi nnutat li, kuntrarjament għall-Artikolu 35(1) tar-Regolament 2018/1971, il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jissuġġetta l-parteċipazzjoni tan-NRA tal-pajjiżi terzi fil-korpi kompetenti tal-BEREC għall-kundizzjoni doppja, minn naħa, tal-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> bejn il-pajjiż terz ikkonċernat u l-Unjoni u, min-naħa l-oħra, li l-konklużjoni ta’ dan il-ftehim tkun saret <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni dwar l-eżistenza ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>ftehim mal-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, mill-kuntest li dan il-kliem jidħol fih isegwi li dan tal-aħħar jagħmel riferiment għal ftehim internazzjonali konkluż bejn żewġ suġġetti tad-dritt internazzjonali pubbliku, jiġifieri l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat. Għalhekk, il-FSA Kosovo tista’ ċertament tikkostitwixxi tali ftehim, għaliex dan jorbot lill-partijiet skont id-dritt internazzjonali pubbliku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tat-tieni kundizzjoni li l-ftehim ikun ġie konkluż <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, din l-espressjoni tal-aħħar tindika li l-ftehimiet ikkonċernati għandhom jinkludu dispożizzjonijiet li jservu bħala l-bażi għall-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz ikkonċernat fil-qasam inkwistjoni, f’dan il-każ il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>qasam tal-komunikazzjoni elettronika<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/>, bħalma jsemmi espliċitament l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Is-sens ta’ din l-espressjoni huwa, barra minn hekk, ippreċiżat fil-premessa 34 ta’ dan ir-regolament, sa fejn din tagħmel riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>Stati tal-EFTA taż-ŻEE u [għal] pajjiżi kandidati<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> bħala eżempji ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>pajjiżi terzi [li] daħlu fi ftehimiet mal-Unjoni għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li, fir-rigward tal-pajjiżi tal-Balkani tal-Punent kandidati għall-adeżijoni fl-Unjoni (jiġifieri l-Albanija, il-Maċedonja tat-Tramuntana, il-Montenegro u s-Serbja), dawn tal-aħħar ikkonkludew FSA mal-Unjoni li għandhom għan ekwivalenti għal dak tal-FSA Kosovo u li jinkludu dispożizzjonijiet simili ħafna, bħala formulazzjoni u kuntest, għall-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo. Dan huwa b’mod partikolari l-każ tal-Artikolu 104 tal-FSA mal-Albanija (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="107" PAGE.FIRST="166" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 107, p. 166</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 106 tal-FSA mal-Montenegro (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="108" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 108, p. 3</REF.DOC.OJ>) jew anki tal-Artikolu 106 tal-FSA mas-Serbja (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="278" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 278, p. 16</REF.DOC.OJ>), li kollha jitqiesu bħala ftehimiet konklużi mal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, li barra minn hekk ir-Renju ta’ Spanja ma jikkontestax. Minn dan isegwi li l-FSA Kosovo, b’mod partikolari l-Artikolu 111 tiegħu, għandu għalhekk jitqies ukoll bħala tali <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>ftehim għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan l-approċċ huwa kkonfermat minn analiżi tal-kliem tal-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo kif ukoll mis-suġġett u mill-għan ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Filfatt, l-ewwel nett, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo, għandu jiġi nnutat li din tistieden interpretazzjoni wiesgħa tal-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu, peress li dan jipprevedi li l-Unjoni u l-Kosovo <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>b’mod partikolari, għandhom isaħħu l-kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/> fil-qasam tan-netwerks u s-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bl-għan aħħari jkun li l-Kosovo jadotta l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni f’dan is-settur. It-tisħiħ tal-kooperazzjoni f’dan il-qasam jikkostitwixxi għalhekk motiv li permezz tiegħu l-FSA Kosovo jaħseb li jilħaq l-għan tiegħu ta’ implimentazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni mill-Kosovo.<?PAGE NO="9"?> Barra minn hekk, l-imsemmi artikolu jagħmel riferiment espress għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0073" ID="QS0073"/>awtoritajiet regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> f’dan il-qasam, li jistieden ukoll li jitqies li din id-dispożizzjoni tippermetti l-ftuħ tal-BEREC għal dawn l-awtoritajiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tas-suġġett u tal-għan tal-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo, għandu jitfakkar li dawn huma intiżi għall-adozzjoni, mill-Kosovo, tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni fil-qasam tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Issa, din l-adozzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tkun iffaċilitata ħafna bil-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC, fid-dawl tar-rwol ta’ dawn tal-aħħar, li jirrigwarda mill-preparazzjoni għall-implimentazzjoni koerenti tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam. Din il-parteċipazzjoni tkun iġġustifikata wkoll meta din il-ħidma tkun intiża għat-tfassil ta’ leġiżlazzjoni ġdida tal-Unjoni fl-imsemmi qasam. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-Artikolu 4(4) tar-Regolament 2018/1971 jeżiġi li n-NRA u l-Kummissjoni jieħdu l-ikbar kunsiderazzjoni tal-komunikazzjonijiet, linji gwida, rakkommandazzjonijiet, pożizzjonijiet komuni u prattiċi tajba adottati mill-BEREC sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni koerenti tal-qafas regolatorju tal-Unjoni fil-qasam ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi. Għaldaqstant, sa fejn il-missjoni prinċipali tal-BEREC u l-Uffiċċju tal-BEREC tikkonsisti f’li tiġi żgurata l-omoġeneità tal-applikazzjoni tal-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni fil-qasam tan-netwerks u tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi, bħalma jirriżulta b’mod partikolari mill-Artikolu 3(2) u mill-Artikolu 4(1)(k) tar-Regolament 2018/1971, huwa koerenti li jitqies li l-awtoritajiet kollha li għandhom il-missjoni li japplikaw l-istess <HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> tal-Unjoni f’dan il-qasam jistgħu, b’osservanza b’mod partikolari tal-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, jipparteċipaw fil-ħidma tal-BEREC u tal-Uffiċċju tal-BEREC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo jipprevedi kooperazzjoni mill-qrib, billi jagħmel riferiment għal <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0074" ID="QS0074"/>tisħiħ<QUOT.END REF.START="QS0074" CODE="201D" ID="QE0074"/> tal-kooperazzjoni bejn l-Unjoni u l-Kosovo. F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li t-titolu tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 juża wkoll il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0075" ID="QS0075"/>kooperazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0075" CODE="201D" ID="QE0075"/>, b’tali mod li l-paragafu 1 u l-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu jistgħu jirregolaw modalitajiet ta’ kooperazzjoni, li huma differenti. Fil-fatt, din il-kooperazzjoni tista’ tieħu l-forma jew ta’ ftehim ta’ kooperazzjoni skont l-imsemmi paragrafu 1 jew ta’ parteċipazzjoni, bi drittijiet limitati, skont l-imsemmi paragrafu 2. Din il-forma ta’ kooperazzjoni tal-aħħar tikkorrispondi għall-kooperazzjoni mill-qrib imsemmija fl-imsemmi Artikolu 111, iżda bl-ebda mod ma tista’ tkun ekwivalenti għal xi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0076" ID="QS0076"/>integrazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0076" CODE="201D" ID="QE0076"/> tan-NRA tal-Kosovo fl-istruttura tal-BEREC, kuntrarjament għal dak li jallega r-Renju ta’ Spanja. Barra minn hekk, l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo jenfasizza espliċitament l-importanza tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0077" ID="QS0077"/>awtoritajiet regolatorji<QUOT.END REF.START="QS0077" CODE="201D" ID="QE0077"/> u l-indipendenza tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dawn il-kunsiderazzjonijiet kollha jsegwi li l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo jikkostitwixxi ftehim <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0078" ID="QS0078"/>għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0078" CODE="201D" ID="QE0078"/>, fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Għaldaqstant, billi qieset fid-deċiżjoni kkontestata li l-Artikolu 111 tal-FSA Kosovo kien jippermetti li jiġi sostnut li l-Kosovo kien ikkonkluda <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0079" ID="QS0079"/>ftehim mal-Unjoni għal dak l-iskop<QUOT.END REF.START="QS0079" CODE="201D" ID="QE0079"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, il-Kummissjoni ma kisritx din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv invokat mir-Renju ta’ Spanja għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn il-Kummissjoni warrbet il-proċedura stabbilita għall-parteċipazzjoni tan-NRA tal-pajjiżi terzi fil-BEREC</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li d-deċiżjoni kkontestata tikser l-Artikolu 35 tar-Regolament 2018/1971 sa fejn il-Kummissjoni warrbet il-proċedura stabbilita għall-parteċipazzjoni tan-NRA tal-pajjiżi terzi fil-BEREC. Barra minn hekk, din l-attitudni wasslet għall-adozzjoni ta’ att ġuridiku mingħajr ebda bażi legali, li joħloq obbligi fil-konfront ta’ terzi, mingħajr il-Kummissjoni ma ngħatat kompetenzi speċifiċi sabiex tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>B’mod partikolari, ir-Renju ta’ Spanja jirrileva li l-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 jipprevedi li l-arranġamenti ta’ xogħol huma stabbiliti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0080" ID="QS0080"/>skont dispożizzjonijiet rilevanti ta’ dawn il-ftehimiet [ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC]<QUOT.END REF.START="QS0080" CODE="201D" ID="QE0080"/> u li dawn id-dispożizzjonijiet ser jiddeterminaw ukoll, fl-ewwel lok, il-modalitajiet ta’ ffissar tal-arranġamenti ta’ xogħol. Għalhekk għandu jkun hemm ftehim ta’ parteċipazzjoni konkluż bejn l-Unjoni u l-pajjiż terz, għaliex jinħolqu obbligi ġuridiċi fil-konfront ta’ pajjiż terz fid-dawl tal-parteċipazzjoni tiegħu fil-BEREC. Issa, fl-assenza ta’ tali ftehim, bħalma huwa allegat fil-kuntest tat-tieni motiv, il-Kummissjoni stabbilixxiet l-imsemmija dispożizzjonijiet b’mod unilaterali, fid-deċiżjoni kkontestata, bi ksur tal-proċedura ta’ determinazzjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma prevista fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-Renju ta’ Spanja jenfasizza li xi <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0081" ID="QS0081"/>dispożizzjonijiet rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0081" CODE="201D" ID="QE0081"/>, fis-sens tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, jistgħu jiġu stabbiliti biss fil-ftehim ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC. Il-fatt li dawn id-dispożizzjonijiet ma humiex previsti f’tali ftehim ma jagħtix is-setgħa lill-Kummissjoni li tistabbilixxihom b’mod unilaterali, ’il barra mill-qafas ta’ ftehim internazzjonali, kuntrarjament għal dak li hija indikat fl-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, li fiha hija ddikjarat lilha nnifisha bħala kompetenti sabiex tadotta arranġamenti ta’ ħidma vinkolanti skont il-bżonn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-Kummissjoni, fir-realtà, adottat att li għandu effetti ġuridiċi mingħajr ebda bażi ġuridika sabiex tagħmel dan. Minkejja li d-deċiżjoni kkontestata ssemmi bħala bażi ġuridika l-Artikolu 17(1) TUE, din id-dispożizzjoni madankollu ma tikkostitwixxix bażi ġuridika suffiċjenti, li tippermetti lill-Kummissjoni tadotta unilateralment atti li jipprevedu l-parteċipazzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0082" ID="QS0082"/>pajjiżi terzi<QUOT.END REF.START="QS0082" CODE="201D" ID="QE0082"/> fl-istrutturi Ewropej. L-imsemmija dispożizzjoni tagħti lill-Kummissjoni setgħa ġenerali sabiex teżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni b’mod ġenerali, u mhux f’qasam speċifiku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont ir-Renju ta’ Spanja, ir-Regolament 2018/1971 lanqas ma jattribwixxi lill-Kummissjoni l-kompetenza li tiffissa <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0083" ID="QS0083"/>dispożizzjonijiet rilevanti<QUOT.END REF.START="QS0083" CODE="201D" ID="QE0083"/> fis-sens tal-Artikolu 35(2) ta’ dan ir-regolament, fil-każ ta’ lakuna fil-ftehim ta’ parteċipazzjoni. Għalhekk il-Kummissjoni ma tistax tistabbilixxi, b’deċiżjoni unilaterali, dawn id-dispożizzjonijiet rilevanti u l-arranġamenti ta’ ħidma li jimplimentawhom, mingħajr l-imsemmi regolament ma jkun taha l-kompetenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jirrileva li, kuntrarjament għal dak li tindika l-Kummissjoni fl-ittra tagħha tal‑<DATE ISO="20190424">24 ta’ April 2019</DATE>, ir-Regolament 2018/1971 ma attribwixxilhiex kompetenza sabiex tadotta arranġamenti ta’ ħidma vinkolanti skont il-bżonn. Minn naħa, l-Artikolu 35(1) ta’ dan ir-regolament, li ma japplikax f’dan il-każ, ma jagħtix lill-Kummissjoni l-kompetenza li tistabbilixxi arranġamenti ta’ ħidma vinkolanti, iżda biss dik li tapprova arranġamenti ta’ ħidma li ma joħolqux obbligi ġuridiċi, stabbiliti mill-BEREC u mill-Uffiċċju tal-BEREC. Min-naħa l-oħra, l-Artikolu 35(2) tal-imsemmi regolament ma jattribwixxi ebda rwol lill-Kummissjoni, peress li dan ma huwiex iċċitat f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkonkludi minn dan li, fl-assenza ta’ dispożizzjonijiet rilevanti fil-FSA Kosovo li jippermettu l-parteċipazzjoni fil-BEREC, il-Kummissjoni ma tistax tadotta, b’deċiżjoni unilaterali, dispożizzjonijiet neċessarji sabiex jintlaħaq l-għan ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC u li jipprevedu obbligi fuq il-Kosovo. Dan ir-rwol jista’ jittieħed biss mill-Kunsill ta’ Stabbilizzazzjoni u Assoċjazzjoni, imwaqqaf mill-Artikolu 126 tal-FSA Kosovo, sa fejn huwa l-uniku korp bis-setgħa li jieħu deċiżjonijiet obbligatorji għall-Kosovo u għall-Unjoni fil-qasam tal-FSA Kosovo, konformement mal-Artikolu 128 tal-FSA Kosovo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tirrifjuta l-argumenti tar-Renju ta’ Spanja u titlob li t-tielet motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet motiv tiegħu, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, sa fejn hija ffissat unilateralment, fid-deċiżjoni kkontestata, l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0084" ID="QS0084"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0084" CODE="201D" ID="QE0084"/> fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, għall-finijiet tal-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-Bord tar-Regolaturi u fil-gruppi ta’ ħidma tal-BEREC kif<?PAGE NO="11"?> ukoll fil-Kunsill ta’ Amministrazzjoni tal-Uffiċċju tal-BEREC. Skont ir-Renju ta’ Spanja, dawn l-arranġamenti ta’ ħidma vinkolanti għandhom jiġu stabbiliti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0085" ID="QS0085"/>skont dispożizzjonijiet rilevanti [tal-]ftehimiet<QUOT.END REF.START="QS0085" CODE="201D" ID="QE0085"/> ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC, b’tali mod li huma biss dawn il-ftehimiet innifishom li għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ ffissar tal-imsemmija arranġamenti ta’ ħidma.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jikkonkludi minn dan li, billi ħadet id-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni mhux biss warrbet il-proċedura stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni għall-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC, iżda adottat ukoll att ġuridiku vinkolanti mingħajr ebda bażi legali, għaliex din l-istituzzjoni ma għandhiex il-kompetenzi neċessarji sabiex tagħmel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, huwa l-kompitu tal-Qorti Ġenerali li teżamina l-proċedura ta’ determinazzjoni tal-arranġamenti ta’ ħidma applikabbli għall-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, sabiex tistabbilixxi li l-Kummissjoni kellha kompetenza sabiex tiffissa unilateralment dawn l-arranġamenti ta’ ħidma fid-deċiżjoni kkontestata u jekk il-bażi legali li din tal-aħħar hija bbażata fuqha hijiex valida.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 huwa fformulat kif ġej: <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0086" ID="QS0086"/>Taħt id-dispożizzjonijiet rilevanti ta’ [parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC], għandhom jiġu żviluppati arranġamenti ta’ ħidma li jispeċifikaw, b’mod partikolari, in-natura, sa fejn u l-mod kif dawn […] ser jieħdu sehem […] inkluż id-dispożizzjonijiet dwar il-parteċipazzjoni fl-inizjattivi meħuda mill-BEREC, il-kontribuzzjonijiet finanzjarji u l-persunal għall-Uffiċċju tal-BEREC. […]<QUOT.END REF.START="QS0086" CODE="201D" ID="QE0086"/></TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja jibbaża ruħu b’mod partikolari fuq din il-formulazzjoni tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971 sabiex jallega li huma biss il-ftehimiet ta’ parteċipazzjoni fil-BEREC li għandhom jiddeterminaw il-modalitajiet ta’ ffissar ta’ dawn l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0087" ID="QS0087"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0087" CODE="201D" ID="QE0087"/>. Issa, tali approċċ huwa diffiċli li jiġi rrikonċiljat mal-effett utli ta’ din id-dispożizzjoni. Fil-fatt, jekk in-natura, il-portata u l-kundizzjonijiet ta’ din il-parteċipazzjoni kellhom diġà jkunu ddettaljati f’dawn il-ftehimiet ta’ parteċipazzjoni nnifishom, l-imsemmija dispożizzjoni, li għandha bħala għan preċiżament li tipprevedi l-adozzjoni tal-imsemmija arranġamenti ta’ ħidma, jitneħħielha l-effett utli tagħha u għalhekk ma jkollhiex iktar raġuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0088" ID="QS0088"/>dispożizzjonijiet rilevanti [tal-]ftehimiet<QUOT.END REF.START="QS0088" CODE="201D" ID="QE0088"/>, imsemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, ma jistax ifisser li jrid ikun hemm diġà dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-parteċipazzjoni fil-BEREC fil-ftehim ta’ parteċipazzjoni kkonċernat. Ir-riferiment għall-imsemmija <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0089" ID="QS0089"/>dispożizzjonijiet rilevanti [tal-]ftehimiet<QUOT.END REF.START="QS0089" CODE="201D" ID="QE0089"/>, li flimkien magħha hemm il-kelma <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0090" ID="QS0090"/>taħt<QUOT.END REF.START="QS0090" CODE="201D" ID="QE0090"/>, huwa intiż pjuttost li jindika li l-adozzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0091" ID="QS0091"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0091" CODE="201D" ID="QE0091"/> għandha ssir <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0092" ID="QS0092"/>konformement<QUOT.END REF.START="QS0092" CODE="201D" ID="QE0092"/> mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn il-ftehimiet ta’ parteċipazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-Renju ta’ Spanja madankollu jargumenta li ftehim mal-pajjiż terz ikkonċernat huwa neċessarju sabiex jiġu ddeterminati d-dettalji tal-parteċipazzjoni tal-awtoritajiet tiegħu fil-BEREC, peress li jinħolqu xi obbligi fil-konfront ta’ dawn l-awtoritajiet. Issa, skont ir-Renju ta’ Spanja, tali ftehim huwa nieqes f’dak li jirrigwarda l-Kosovo.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, bħalma jirriżulta mill-eżami tat-tieni motiv, jeżisti <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0093" ID="QS0093"/>ftehim<QUOT.END REF.START="QS0093" CODE="201D" ID="QE0093"/> ta’ parteċipazzjoni konkluż bejn il-Kosovo u l-Unjoni, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Barra minn hekk, mill-kunsiderazzjonijiet li jinsabu fil-punti 69 u 70 iktar ’il fuq jsegwi li tali ftehim ma għandux neċessarjament jinkludi dispożizzjonijiet iddettaljati dwar il-parteċipazzjoni fil-BEREC. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament 2018/1971 ma jeżiġix li n-natura, il-portata u l-kundizzjonijiet ta’ din il-parteċipazzjoni jkunu s-suġġett ta’ ftehim formali jew ta’ strument bilaterali mal-pajjiż terz ikkonċernat. B’mod ġenerali, ma huwiex legalment neċessarju li wieħed jeżiġi li l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0094" ID="QS0094"/>ftuħ tal-parteċipazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0094" CODE="201D" ID="QE0094"/> ta’ NRA ta’ pajjiż terz ikun suġġett għal awtorizzazzjoni speċifika stabbilita fil-kuntest ta’ ftehim internazzjonali. Fil-fatt, dan il-ftuħ u r-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0095" ID="QS0095"/>regoli<?PAGE NO="12"?> ta’ dħul<QUOT.END REF.START="QS0095" CODE="201D" ID="QE0095"/> adottati għall-parteċipazzjoni fil-BEREC ma jimplikaw ebda obbligu legali fil-konfront ta’ din in-NRA, għaliex, definittivament, huwa l-kompitu ta’ din tal-aħħar li tieħu liberament id-deċiżjoni ulterjuri li tipparteċipa fil-BEREC konformement ma’ dawn ir-regoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jargumenta li l-bażi legali li d-deċiżjoni kkontestata hija bbażata fuqha hija nieqsa, għaliex il-Kummissjoni ma għandhiex il-kompetenzi neċessarji sabiex tistabbilixxi l-arranġamenti ta’ ħidma applikabbli għall-parteċipazzjoni tan-NRA tal-Kosovo fil-BEREC u fl-Uffiċċju tal-BEREC.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tindika li, fl-assenza ta’ kompetenza espressa fil-formulazzjoni tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, hija ddeċidiet li kien iktar xieraq li tagħmel riferiment, fil-premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata, għall-Artikolu 17 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fil-fatt, għandu jiġi rrilevat li, fil-premessa 1 tagħha, id-deċiżjoni kkontestata ssemmi l-Artikolu 17 TUE. B’mod partikolari, din il-premessa tistipula li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0096" ID="QS0096"/>[l-]Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea jelenka s-setgħat tal-Kummissjoni u jipprevedi li l-Kummissjoni għandha tippromwovi l-interess ġenerali tal-Unjoni u tieħu l-inizjattivi xierqa għal dak l-għan, teżerċita funzjonijiet ta’ koordinazzjoni, eżekuttivi u ta’ ġestjoni, kif stabbilit fit-Trattati, u tiżgura r-rappreżentanza esterna tal-Unjoni, bl-eċċezzjoni tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni u każijiet oħra previsti fit-Trattati<QUOT.END REF.START="QS0096" CODE="201D" ID="QE0096"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Għandu jiġi nnutat ukoll li l-Uffiċċju tal-BEREC huwa aġenzija ddeċentralizzata tal-Unjoni inkarigata li tapplika d-dritt tal-Unjoni. Din l-aġenzija għandha setgħat idderivati, mogħtija normalment mill-Kummissjoni bħala parti mill-funzjonijiet eżekuttivi tagħha u mis-setgħat ta’ rappreżentazzjoni esterna tagħha, għaliex din tikkonċerna l-kooperazzjoni man-NRA tal-pajjiżi terzi, konformement mal-Artikolu 17 TUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kompetenzi li ma ġewx espliċitament iddelegati lil aġenzija tal-Unjoni fil-qafas ta’ att leġiżlattiv jibqgħu taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni. Peress li la r-Regolament 2018/1971 u lanqas ebda leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni ma taw espressament lill-Uffiċċju tal-BEREC jew lil xi korp ieħor il-kompetenza li jistabbilixxu l-arranġamenti ta’ ħidma applikabbli għall-parteċipazzjoni tan-NRA tal-pajjiżi terzi, b’mod partikolari tan-NRA tal-Kosovo, din il-kompetenza hija tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni hija kkorroborata mid-differenza fil-formulazzjoni użata fl-Artikolu 35(1) u fl-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971. Fil-fatt, il-paragrafu 1 jiddelega espliċitament lill-BEREC u lill-Uffiċċju tal-BEREC is-setgħa li jistabbilixxu <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0097" ID="QS0097"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0097" CODE="201D" ID="QE0097"/>, iżda suġġett għall-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0098" ID="QS0098"/>approvazzjoni minn qabel tal-Kummissjoni<QUOT.END REF.START="QS0098" CODE="201D" ID="QE0098"/>, li għalhekk għandha rwol ta’ superviżjoni, filwaqt li l-paragrafu 2 ma jipprevedix din id-delega ta’ setgħa. Din is-setgħa tibqa’ għalhekk taqa’ taħt il-kompetenza tal-Kummissjoni, li tippermettilha tadotta <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0099" ID="QS0099"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0099" CODE="201D" ID="QE0099"/> skont l-Artikolu 35(2) tal-imsemmi regolament, ħlief jekk il-ftehim internazzjonali kkonċernat jipprevedi proċedura oħra, bħalma huwa l-każ għall-Istati Membri taż-ŻEE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Għalhekk, huwa l-kompitu tal-Kummissjoni li timplimenta r-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni skont setgħat li huma mogħtija lilha mill-Artikolu 17 TUE u ma tistax tiġi kkritikata li għamlet riferiment għal din id-dispożizzjoni fil-premessa 1 tad-deċiżjoni kkontestata, fl-assenza ta’ kompetenza espressament imsemmija fil-formulazzjoni tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-Renju ta’ Spanja jallega li dispożizzjoni ġenerali bħall-Artikolu 17 TUE, li tipprevedi l-kooperazzjoni b’mod ġenerali, ma tistax isservi bħala bażi għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, f’dak li jirrigwarda s-setgħat tal-Kunsill, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li l-Artikolu 16 TUE seta’ jservi bħala bażi għal ċerti setgħat tal-Kunsill (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160728">28 ta’ Lulju 2016</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kunsill vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑660/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:616">EU:C:2016:616</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għalhekk, jekk<?PAGE NO="13"?> dan kien il-każ għall-Artikolu 16 TUE, ma hemmx raġuni għaliex tali interpretazzjoni ma tingħatax ukoll għall-Artikolu 17 TUE, li jikkostitwixxi d-dispożizzjoni ekwivalenti għall-Kummissjoni. Għaldaqstant, kuntrarjament għal dak li jargumenta r-Renju ta’ Spanja, il-fatt li l-Artikolu 17 TUE huwa dispożizzjoni ġenerali ma jimplikax li ma jistax jikkostitwixxi bażi legali suffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha jsegwi li l-Kummissjoni kellha kompetenza sabiex tiffissa unilateralment, fid-deċiżjoni kkontestata, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0100" ID="QS0100"/>arranġamenti ta’ ħidma<QUOT.END REF.START="QS0100" CODE="201D" ID="QE0100"/> applikabbli għall-parteċipazzjoni tan-NRA ta’ pajjiżi terzi fil-BEREC, koperti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 35(2) tar-Regolament 2018/1971, b’tali mod li ma tistax tiġi kkritikata li warrbet, f’din id-deċiżjoni, il-proċedura stabbilita fl-imsemmija dispożizzjoni. Bl-istess mod, il-Kummissjoni ma tistax tiġi kkritikata dwar l-assenza ta’ bażi legali tal-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv imqajjem mir-Renju ta’ Spanja għandu wkoll jiġi miċħud u għalhekk ir-rikors kollu kemm hu għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Peress li r-Renju ta’ Spanja tilef, hemm lok li huwa jiġi kkundannat għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Perišin</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit-<DATE ISO="20200923">23 ta’ Settembru 2020</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>