9.8.2007   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 209/63


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 35/2007

tas-27 ta' April 2007

li temenda l-Anness XX (Ambjent) li jinsab mal-Ftehim ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim’, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 125/2006 tat-22 ta' Settembru 2006 (1).

(2)

Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (2) għandha tkun inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2006/12/KE tħassar id-Direttiva 75/442/KEE (3), li hi inkorporata fil-Ftehim u li b'hekk hi mħassra skond il-Ftehim,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

It-test ta' punt 27 (Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE) ta' l-Anness XX mal-Ftehim għandu jinbidel u jsir kif ġej:

“ 32006 L 0012: Id-Direttiva 2006/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' April 2006 dwar l-iskart (ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9).”

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2006/12/KE fil-lingwa Iżlandiża u Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-28 ta' April 2007, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 27 ta' April 2007.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan Seatter


(1)   ĠU L 333, 30.11.2006, p. 55.

(2)   ĠU L 114, 27.4.2006, p. 9.

(3)   ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.