|
13.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 150/134 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/642
tat-12 ta’ Mejju 2020
li japprova s-sustanza bażika L-ċisteina f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 23(5) flimkien mal-Artikolu 13(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fid-9 ta’ Frar 2018, il-Kummissjoni rċeviet applikazzjoni mingħand Soleo-EcoSolutions, għall-approvazzjoni tal-L-ċisteina bħala sustanza bażika. Ma’ dik l-applikazzjoni ngħatat l-informazzjoni meħtieġa skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 23(3). |
|
(2) |
Il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (minn hawn ’il quddiem “l-Awtorità”) għal assistenza xjentifika. L-Awtorità pprovdiet lill-Kummissjoni b’rapport tekniku dwar l-L-ċisteina fid-29 ta’ Jannar 2019 (2). Fis-17 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni ppreżentat ir-rapport ta’ rieżami (3) kif ukoll abbozz ta’ dan ir-Regolament lill-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
|
(3) |
L-informazzjoni mogħtija mill-applikant turi li l-L-ċisteina tissodisfa l-kriterji ta’ oġġett tal-ikel kif iddefinit fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). Barra minn hekk, is-sustanza ma tintużax b’mod predominanti għal skopijiet ta’ protezzjoni tal-pjanti, iżda madankollu hija utli għall-protezzjoni tal-pjanti fi prodott li jkun fih is-sustanza. B’hekk, trid titqies bħala sustanza bażika. |
|
(4) |
Mill-eżamijiet li saru jidher li b’mod ġenerali, l-L-ċisteina taf tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 23 tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, l-aktar fejn jidħlu l-użi li ġew eżaminati u dettaljati fir-rapport ta’ rieżami tal-Kummissjoni. Għaldaqstant jixraq li l-L‐ċisteina tiġi approvata bħala sustanza bażika. |
|
(5) |
F’konformità mal-Artikolu 13(2) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009 flimkien mal-Artikolu 6 tiegħu, u fid-dawl tal-għarfien xjentifiku u tekniku attwali, jeħtieġ madankollu li jiġu inklużi ċerti kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, li huma spjegati fid-dettall fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
|
(6) |
F’konformità mal-Artikolu 13(4) tar-Regolament (KE) Nru 1107/2009, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (5) jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Approvazzjoni ta’ sustanza bażika
Is-sustanza L-ċisteina hija approvata bħala sustanza bażika kif stipulat fl-Anness I.
Artikolu 2
Emendi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.
(2) EFSA (l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel), 2019. Technical report on the outcome of the consultation with Member States and EFSA on the basic substance application for L-cysteine for use in plant protection as insecticide. Pubblikazzjoni ta’ sostenn tal-EFSA 2019: EN-1562. 46 pp. doi:10.2903/sp.efsa.2019.EN-1562.
(3) Final Review report for the basic substance L-cysteine finalised in the Standing Committee on Plants, Animals, Food and Feed at its meeting on 24 March 2020 in view of the approval of L-cysteine as basic substance in accordance with Regulation (EC) No 1107/2009 (SANTE/11056/2019).
(4) Ir-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u l-ħtiġijiet tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (ĠU L 31, 1.2.2002, p. 1).
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).
ANNESS I
|
Isem komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
L-ċisteina (E 920) Nru CAS: 52-89-1 EINECS: 200-157-7 (Kloridrat tal-L-ċisteina) Nru CAS: 7048-04-6 EINECS: 615-117-8 (Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina) |
Kloridrat tal-L-ċisteina (1:1) |
Minimu ta’ 98,0 % kloridrat tal-L-ċisteina (fuq bażi anidra) Grad alimentari f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (2). massimu ta’ 1,5 mg/kg As massimu ta’ 5 mg/kg Pb |
2.6.2020 |
L-ċisteina (E 920) għandha tintuża bħala taħlita b’matriċi (dqiq, grad alimentari) b’konċentrazzjoni ta’ massimu ta’ 8 % (ta’ kloridrat tal-L-ċisteina, fuq bażi anidra) f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-L-ċisteina (SANTE/11056/2019) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu. |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod kif għandha tintuża s-sustanza bażika huma previsti fir-rapport ta’ rieżami.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
ANNESS II
Fil-Parti C tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011, tiddaħħal l-entrata li jmiss:
|
Numru |
Isem komuni, Numri ta’ Identifikazzjoni |
Isem tal-IUPAC |
Purità (1) |
Data tal-approvazzjoni |
Dispożizzjonijiet speċifiċi |
|
“21 |
L-ċisteina (E 920) Nru CAS: 52-89-1 EINECS: 200-157-7 (Kloridrat tal-L-ċisteina) Nru CAS: 7048-04-6 EINECS: 615-117-8 (Kloridrat monoidrat tal-L-ċisteina) |
Kloridrat tal-L-ċisteina (1:1) |
Minimu ta’ 98,0 % kloridrat tal-L-ċisteina (fuq bażi anidra) Grad alimentari f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012. massimu ta’ 1,5 mg/kg As massimu ta’ 5 mg/kg Pb |
2.6.2020 |
L-ċisteina (E 920) għandha tintuża bħala taħlita b’matriċi (dqiq, grad alimentari) b’konċentrazzjoni ta’ massimu ta’ 8 % (ta’ kloridrat tal-L-ċisteina, fuq bażi anidra) f’konformità mal-kundizzjonijiet speċifiċi inklużi fil-konklużjonijiet tar-rapport ta’ rieżami dwar l-L-ċisteina (SANTE/11056/2019) u b’mod partikolari l-Appendiċi I u II tiegħu.” |
(1) Aktar dettalji dwar l-identità, l-ispeċifikazzjoni u l-mod kif għandha tintuża s-sustanza bażika huma previsti fir-rapport ta’ rieżami.