|
8.1.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 4/10 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/21
tal-5 ta' Jannar 2015
dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, huwa meħtieġ li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-prodotti msemmija fl-Anness ta' dan ir-Regolament. |
|
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabbilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqu, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita b'dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan tal-applikazzjoni ta' tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-prodotti. |
|
(3) |
Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-prodotti msemmija fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta' dik it-tabella. |
|
(4) |
Huwa xieraq li jiġi pprovdut li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa fir-rigward tal-merkanzija kkonċernata minn dan ir-Regolament li ma tkunx konformi ma' dan ir-Regolament tista', għal ċertu perjodu, tibqa' tiġi invokata mid-detentur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 (2). Dak il-perjodu għandu jkun ta' tliet xhur. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella li tinsab fl-Anness għandhom ikunu klassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.
Artikolu 2
L-informazzjoni tariffarja vinkolanti li tkun għadha ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista' tibqa' tiġi invokata skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perijodu ta' tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta' Jannar 2015.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Heinz ZOUREK
Direttur Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Għaqda Doganali
(2) Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).
ANNESS
|
Deskrizzjoni tal-prodotti |
Klassifikazzjoni (Kodiċi NM) |
Raġunijiet |
|
(1) |
(2) |
(3) |
|
Komponent elettroniku li jkun f'qafas rettangulari tal-plastik (l-hekk imsejjaħ “skartoċċ tal-logħba (cartridge)”) bil-qisien ta' 35 × 33 × 4 mm. L-iskartoċċ tal-logħba magħmul minn unità ta' ċirkwit stampat b'ċirkwiti integrati (memorja tinqara biss (ROM) u memorja flash), elementi passivi (kapasiters, reżistenzi) u diversi labar ta' kuntatt. Ir-ROM fiha programm ta' applikazzjoni (logħba tal-vidjow) u ma tistax tinbidel jew tiġi aġġornata mill-utent. Il-memorja flash tintuża biex tinħażen id-dejta maħluqa meta tintlagħab il-logħba, bħalma huma l-preferenzi jew il-livelli u l-punti milħuqa. Minħabba l-forma speċjali u l-labar ta' kuntatt speċifikament configurati tiegħu, l-iskartoċċ jista' jintuża biss f'marka kummerċjali speċifika u fit-tip tal-pannelli għall-kontroll (consoles) taħt l-intestatura 9504 . Ara l-istampa (*1) |
9504 50 00 |
Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, in-nota 3 tal-Kapitolu 95 u bil-kliem tal-kodiċijiet tan-NM 9504 u 9504 50 00 . L-iskartoċċ ma fihx biss memorja flash imma wkoll ROM magħmula mil-logħba. Il-memorja flash taħżen biss informazzjoni meħtieġa biex tintlagħab il-logħba, bħalma huma l-preferenzi jew il-livelli u l-iskorjar milħuqa. L-iskartoċċ jista' jintuża biss biex jintlagħbu l-logħbiet tal-vidjow flimkien ma' pannell għall-kontroll (console). Għaldaqstant, il-klassifikazzjoni bħala midja għar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew fenomena oħra tal-intestatura 8523 hija eskluża (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (HSEN) għall-intestatura 8523 , is-sitt paragrafu, il-punt (f). Peress li l-iskartoċċ huwa parti jew aċċessorju adatt għall-użu biss jew prinċipali mal-pannell għall-kontroll (console) tas-subintestatura 9504 50 , għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9504 50 00 (ara wkoll il-HSEN tal-intestatura 9504 (2), it-tielet paragrafu). |
(*1) L-istampa għandha tintuża biss għal raġunijiet ta' informazzjoni.