|
9.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 231/5 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9419 — PSP/Welltower/SRG/Senior Housing Property)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 231/06)
1.
Fl-1 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Public Sector Pension Investment Board (“PSP”, il-Kanada), |
|
— |
Welltower Inc. (“Welltower”, l-Istati Uniti), |
|
— |
SRG Partners, LLC (“SRG”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Proprjetà ta’ akkomodazzjoni għall-anzjani magħrufa bħala “Peninsula Del Rey” (“Penisola Del Rey”, l-Istati Uniti). |
PSP, Welltower u SRG jakkwistaw fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt tat-totalità ta’ “Peninsula Del Rey”.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— għal PSP: il-ġestur tal-investiment tal-pensjoni ta’ diversi pjanijiet tal-pensjoni Kanadiżi, inkluż il-pjan tal-pensjoni tas-Servizz Pubbliku Federali Kanadiż u tal-Forzi Kanadiżi. Il-PSP jamministra portafoll diversifikat globali ta’ titoli fissi kif ukoll investimenti f’ekwità privata, proprjetà immobbli, infrastruttura, riżorsi naturali u dejn privat.
— għal Welltower: tinvesti fi proprjetajiet ikkonċentrati fi swieq ewlenin ta’ tkabbir kbir, li jikkonsistu fi djar tal-anzjani u komunitajiet post-akuti, u proprjetajiet mediċi għal outpatients fl-Istati Uniti, il-Kanada u r-Renju Unit.
— għal SRG: tippossjedi, tamministra u tiżviluppa komunitajiet ta’ djar għall-anzjani fl-Istati Uniti.
— għal Peninsula Del Rey: proprjetà ta’ djar għall-anzjani li tinsab f’165 Pierce Street f’Daly City, San Mateo County, California, l-Istati Uniti tal-Amerika.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fin-Notifika.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9419 — PSP/Welltower/SRG/Senior Housing Property
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 122964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).