|
5.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 448/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10439 — DP WORLD / SYNCREON)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 448/05)
1.
Fil-25 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
DP World Limited (“DP World”, l-Emirati Għarab Magħquda), |
|
— |
syncreon Newco B.V. (“syncreon”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
DP World takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ syncreon kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
DP World Group: operazzjonijiet tat-terminal tal-port, servizzi marittimi, żoni ta’ kummerċ ħieles u servizzi ta’ mmaniġġar tal-merkanzija u loġistika (jiġifieri, ħatt u tagħbija ta’ bastimenti u attivitajiet relatati) madwar id-dinja. |
|
— |
syncreon: loġistika tal-provvista madwar id-dinja b’enfasi fuq id-disinn u t-tħaddim ta’ soluzzjonijiet tal-katina tal-provvista għall-klijenti primarjament attivi fis-setturi awtomobilistiċi u teknoloġiċi. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10439 — DP WORLD / SYNCREON
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).