28.7.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 267/36


P9_TA(2023)0027

It-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku

Emendi adottati mill-Parlament Ewropew fit-2 ta' Frar 2023 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-immirar tar-reklamar politiku (COM(2021)0731 – C9-0433/2021 – 2021/0381(COD)) (1)

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

(2023/C 267/10)

Emenda 1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)

Il-provvista u d-domanda għal reklamar politiku qed jikbru u qed isiru dejjem aktar transfruntieri fin-natura tagħhom. Għadd kbir, diversifikat u dejjem jiżdied ta' servizzi huma assoċjati ma' din l-attività, bħal konsulenzi politiċi, aġenziji tar-reklamar, pjattaformi “ad-tech”, ditti tar-relazzjonijiet pubbliċi, influencers u diversi operaturi tal-analitika tad-data u tas-senserija. Ir-reklamar politiku jista' jieħu ħafna forom, inkluż kontenut imħallas, riżultati ta' tiftix sponsorjati, messaġġi mmirati mħallsa, promozzjoni fil-klassifikazzjonijiet, promozzjoni ta' xi ħaġa jew xi ħadd integrat f'kontenut bħall-inklużjoni ta' prodott kummerċjali, influencers u approvazzjonijiet oħra. Attivitajiet relatati jistgħu jinvolvu pereżempju d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku fuq talba ta' sponsor jew il-pubblikazzjoni ta' kontenut bi ħlas.

(1)

Il-provvista u d-domanda għal reklamar politiku qed jikbru u qed isiru dejjem aktar transfruntieri fin-natura tagħhom. Għadd kbir, diversifikat u dejjem jiżdied ta' servizzi huma assoċjati ma' din l-attività, bħal konsulenzi politiċi, aġenziji tar-reklamar, pjattaformi “ad-tech”, ditti tar-relazzjonijiet pubbliċi, influencers u diversi operaturi tal-analitika tad-data u tas-senserija. Ir-reklamar politiku jista' jieħu ħafna forom, inkluż kontenut imħallas, riżultati ta' tiftix sponsorjati, messaġġi mmirati mħallsa, promozzjoni fil-klassifikazzjonijiet, promozzjoni ta' xi ħaġa jew xi ħadd integrat f'kontenut bħall-inklużjoni ta' prodott kummerċjali, influencers u approvazzjonijiet oħra. Attivitajiet relatati jistgħu jinvolvu pereżempju d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku fuq talba ta' sponsor jew il-pubblikazzjoni ta' kontenut bi ħlas jew forom oħra ta' ħlas, inklużi benefiċċji in natura .

Emenda 2

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)

Ir-reklamar politiku jista' jiġi disseminat jew jiġi ppubblikat permezz ta' diversi mezzi u media bejn il-fruntieri. Dan jista' jiġi disseminat jew ippubblikat permezz ta' media tradizzjonali offline bħall-gazzetti, it-televiżjoni u r-radju, u wkoll dejjem aktar permezz ta' pjattaformi online, siti web, applikazzjonijiet mobbli, logħob tal-kompjuter u interfaċċi diġitali oħra. Dawn tal-aħħar mhux biss huma partikolarment suxxettibbli li jiġu offruti b'mod transfruntier, iżda wkoll iqajmu sfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda u diffiċli. L-użu tar-reklamar politiku online qed jiżdied ħafna, u ċerti forom lineari offline ta' reklamar politiku, bħar-radju u t-televiżjoni, huma offruti wkoll online bħala servizzi on-demand. Il-kampanji tar-reklamar politiku għandhom it-tendenza li jiġu organizzati biex jagħmlu użu minn firxa ta' media u forom.

(2)

Ir-reklamar politiku jista' jiġi disseminat jew jiġi ppubblikat permezz ta' diversi mezzi u media bejn il-fruntieri kemm online kif ukoll offline . Dan qed jiżdied b'mod rapidu peress li jista' jiġi disseminat jew ippubblikat permezz ta' media tradizzjonali offline bħall-gazzetti, it-televiżjoni u r-radju, u wkoll dejjem aktar permezz ta' pjattaformi online, siti web, applikazzjonijiet mobbli, logħob tal-kompjuter u interfaċċi diġitali oħra. Dawn tal-aħħar mhux biss huma partikolarment suxxettibbli li jiġu offruti b'mod transfruntier, iżda wkoll iqajmu sfidi regolatorji u ta' infurzar ġodda u diffiċli. L-użu tar-reklamar politiku online qed jiżdied ħafna, u ċerti forom lineari offline ta' reklamar politiku, bħar-radju u t-televiżjoni, huma offruti wkoll online bħala servizzi on-demand. Il-kampanji tar-reklamar politiku għandhom it-tendenza li jiġu organizzati biex jagħmlu użu minn firxa ta' media u forom.

Emenda 3

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)

Il-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza hija għan pubbliku leġittimu, f'konformità mal-valuri kondiviżi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Mhux dejjem ikun faċli li ċ-ċittadini jirrikonoxxu r-reklamar politiku u jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom b'mod infurmat. Hemm bżonn ta' livell għoli ta' trasparenza, fost l-oħrajn, biex jiġi appoġġat dibattitu politiku miftuħ u ġust u elezzjonijiet jew referenda ħielsa u ġusti biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u l-interferenza mhux skont il-liġi, inkluż minn barra l-pajjiż . Ir-reklamar politiku jista' jkun vettur ta' diżinformazzjoni b'mod partikolari fejn ir-reklamar ma jiżvelax in-natura politika tiegħu, u lejn min ikun immirat. It-trasparenza tar-reklamar politiku tikkontribwixxi biex tippermetti lill-votanti jifhmu aħjar meta jkunu qed jiġu ppreżentati b'reklam politiku, f'isem min ikun qed isir ir-reklamar, u  kif qed ikunu fil-mira ta' fornitur tas-servizzi ta' reklamar, sabiex il-votanti jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jagħmlu għażliet infurmati.

(4)

Il-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza hija għan pubbliku leġittimu, f'konformità mal-valuri kondiviżi mill-UE u mill-Istati Membri tagħha skont l-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (“TUE”). Mhux dejjem ikun faċli li ċ-ċittadini jirrikonoxxu r-reklamar politiku u jeżerċitaw id-drittijiet demokratiċi tagħhom b'mod infurmat. Barra minn hekk, l-interferenza dejjem aktar sofistikata u intensa minn atturi barranin malizzjużi fil-proċessi elettorali demokratiċi tagħna permezz tat-tixrid tad-diżinformazzjoni jenħtieġ li tiġi indirizzata. Ir-reklamar politiku jista' jkun vettur ta' diżinformazzjoni, b'mod partikolari fejn ir-reklamar ma jiżvelax in-natura politika tiegħu, meta jkun ġej minn sponsors barra mill-Unjoni jew fejn ikun immirat jew amplifikat. Hemm bżonn ta' livell għoli ta' trasparenza, fost l-oħrajn, biex jiġu appoġġati dibattitu politiku miftuħ u ġust , kampanji politiċi u elezzjonijiet jew referenda ħielsa u ġusti u biex jiġu miġġielda d-diżinformazzjoni u l-interferenza mhux skont il-liġi, inkluż minn pajjiżi terzi . It-trasparenza tar-reklamar politiku tikkontribwixxi biex tippermetti lill-votanti u lill-individwi b'mod ġenerali jifhmu aħjar meta jkunu qed jiġu ppreżentati b'reklam politiku, f'isem min ikun qed isir ir-reklamar, kif ukoll kif u  għalfejn qed ikunu fil-mira ta' fornitur tas-servizzi ta' reklamar, sabiex il-votanti jkunu f'pożizzjoni aħjar biex jagħmlu għażliet infurmati.

Emenda 4

Proposta għal regolament

Premessa 4a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a)

Il-fornituri ta' servizzi ta' reklamar li huma fornituri ta' servizzi intermedjarji skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) involuti fil-preżentazzjoni ta' reklamar politiku fuq l-interfaċċa tagħhom jew l-interfaċċa ta' fornitur ta' servizzi ieħor, jenħtieġ li jiġu mħeġġa jistabbilixxu, jimplimentaw u jippubblikaw politiki u miżuri mfassla apposta biex jipprevjenu t-tqegħid ta' reklamar politiku flimkien ma' diżinformazzjoni, inkluż billi jipparteċipaw f'inizjattivi usa' ta' demonetizzazzjoni ta' diżinformazzjoni bħall-Kodiċi ta' Prattika dwar id-Diżinformazzjoni.

Emenda 5

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)

Fil-kuntest tar-reklamar politiku, ta' spiss jintużaw it-tekniki tal-immirar. It-tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni jenħtieġ li jinftiehmu bħala tekniki li jintużaw jew biex jiġi indirizzat reklamar politiku mfassal apposta biss għal persuna speċifika jew għal grupp ta' persuni, jew biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni, il-firxa jew il-viżibbiltà tar-reklamar politiku. Minħabba s-setgħa u l-potenzjal għall-użu ħażin tad-data personali tal-immirar, inkluż permezz ta' mikroimmirar u tekniki avvanzati oħra, tekniki bħal dawn jistgħu jippreżentaw theddid partikolari għall-interessi pubbliċi leġittimi, bħall-ġustizzja , l-opportunitajiet indaqs u t-trasparenza fil-proċess elettorali u  d-dritt fundamentali li wieħed jiġi infurmat b'mod oġġettiv, trasparenti u pluralistiku.

(5)

Fil-kuntest tar-reklamar politiku, ta' spiss jintużaw it-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami . Tekniki tal-immirar jenħtieġ li tfisser tekniki li jintużaw biex jiġi mfassal apposta reklam politiku unikament għal persuna speċifika jew għal grupp ta' persuni, jew biex jiġu esklużi permezz tal-ipproċessar tad-data personali. Tekniki tat-twassil tar-reklam jenħtieġ li tfisser tekniki awtomatizzati tal-ipproċessar ta' data personali li jintużaw biex jiddeterminaw udjenza speċifika, bħal persuna speċifika jew grupp speċifiku ta' persuni f'udjenza potenzjali, għad-disseminazzjoni ta' reklami politiċi. Tali tekniki jintużaw mill-pubblikaturi tar-reklamar politiku u speċjalment minn pjattaformi online kbar ħafna skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), biex iwasslu reklami politiċi lil udjenza fil-mira abbażi ta' data personali u l-kontenut tar-reklami . It-twassil tar-reklami bl-użu ta' tali tekniki jinvolvi l-użu ta' algoritmi opaki u jista' jkun differenti minn dak li l-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar, li jaġixxu f'isem l-isponsors, kellhom l-intenzjoni li jagħmlu, u b'dan jirriżulta li xi utenti jkunu inqas probabbli minn oħrajn li jaraw reklami politiċi partikolari. Minħabba s-setgħa u l-potenzjal għall-użu ħażin tad-data personali tal-immirar, inkluż permezz ta' mikroimmirar u tekniki avvanzati oħra, tali tekniki jistgħu jippreżentaw theddid partikolari għall-interessi pubbliċi leġittimi, bħall-prinċipji tal-ġustizzja , il-libertà tal-espressjoni, l-opportunitajiet indaqs u t-trasparenza fil-proċess elettorali u  d-drittijiet fundamentali li wieħed jiġi infurmat b'mod oġġettiv, trasparenti u pluralistiku , għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, l-ugwaljanza u n-nondiskriminazzjoni .

Emenda 6

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)

Ir-reklamar politiku bħalissa huwa rregolat b'mod eteroġenu fl-Istati Membri, li f'ħafna każijiet għandu t-tendenza li jiffoka fuq forom tradizzjonali tal-media. Jeżistu restrizzjonijiet speċifiċi inkluż fuq il-fornimenti transfruntieri tas-servizzi ta' reklamar politiku. Xi Stati Membri jipprojbixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-UE stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jipprovdu servizzi ta' natura politika jew b'għan politiku matul il-perjodi elettorali. Fl-istess ħin, f'xi Stati Membri x'aktarx li jeżistu nuqqasijiet u lakuni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali li jirriżultaw f'reklamar politiku li xi drabi jiġi disseminat mingħajr ma jitqiesu r-regoli nazzjonali rilevanti u b'hekk jirriskjaw li jimminaw l-objettiv tar-regolamentazzjoni tat-trasparenza għar-reklamar politiku.

(6)

Ir-reklamar politiku bħalissa huwa rregolat b'mod eteroġenu fl-Istati Membri, li f'ħafna każijiet għandu t-tendenza li jiffoka fuq forom tradizzjonali tal-media. Jeżistu restrizzjonijiet speċifiċi inkluż fuq il-fornimenti transfruntieri tas-servizzi ta' reklamar politiku , li jaffettwaw direttament il-kapaċità li jitwettqu kampanji politiċi transfruntiera u pan-Ewropej . Xi Stati Membri jipprojbixxu lill-fornituri tas-servizzi tal-UE stabbiliti fi Stati Membri oħra milli jipprovdu servizzi ta' natura politika jew b'għan politiku matul il-perjodi elettorali. Fl-istess ħin, x'aktarx li jeżistu nuqqasijiet u lakuni fil-leġiżlazzjoni nazzjonali ta' xi Stati Membri, kif ukoll fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, li jirriżultaw f'reklamar politiku li xi drabi jiġi disseminat mingħajr ma jitqiesu r-regoli nazzjonali rilevanti u b'hekk jirriskjaw li jimminaw l-objettiv tar-regolamentazzjoni tat-trasparenza għar-reklamar politiku.

Emenda 7

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)

Din is-sitwazzjoni twassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern, tnaqqas iċ-ċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jkunu qed iħejju, iqiegħdu, jippubblikaw jew jiddessiminaw reklamar politiku, toħloq ostakli għall-moviment liberu ta' servizzi relatati, toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern, inkluż bejn il-fornituri tas-servizzi offline u dawk online, u  teħtieġ sforzi kumplessi ta' konformità u spejjeż addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi rilevanti.

(8)

Din is-sitwazzjoni twassal għall-frammentazzjoni tas-suq intern, tnaqqas iċ-ċertezza legali għall-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jkunu qed iħejju, iqiegħdu, jippromwovu, jippubblikaw , iwasslu jew jiddisseminaw reklamar politiku, toħloq ostakli għall-moviment liberu ta' servizzi relatati, toħloq distorsjoni fil-kompetizzjoni fis-suq intern, inkluż bejn il-fornituri tas-servizzi offline u dawk online b'konsegwenza tad-disparità fil-livell tal-obbligi u l-konformità bejn dawk it-tipi differenti ta' fornituri tas-servizzi , u  tirrikjedi sforzi kumplessi ta' konformità u spejjeż addizzjonali għall-fornituri tas-servizzi rilevanti.

Emenda 8

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)

F'dan il-kuntest, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku x'aktarx li jiġu skoraġġuti milli jipprovdu s-servizzi ta' reklamar politiku tagħhom f'sitwazzjonijiet transfruntieri. Dan huwa partikolarment minnu għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, li spiss ma jkollhomx ir-riżorsi biex jassorbu jew jgħaddu l-ispejjeż għoljin ta' konformità marbuta mat-tħejjija, it-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni tar-reklamar politiku f'aktar minn Stat Membru wieħed. Dan jillimita d-disponibbiltà tas-servizzi u jħalli impatt negattiv fuq il-possibbiltà li l-fornituri tas-servizzi jinnovaw u joffru kampanji permezz ta' tipi differenti ta' media u kampanji multinazzjonali fi ħdan is-suq intern.

(9)

F'dan il-kuntest, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku x'aktarx li jiġu skoraġġuti milli jipprovdu s-servizzi ta' reklamar politiku tagħhom f'sitwazzjonijiet transfruntieri. Dan huwa partikolarment minnu għall-mikrointrapriżi u l-SMEs, li spiss ma jkollhomx ir-riżorsi biex jassorbu jew jgħaddu l-ispejjeż għoljin ta' konformità marbuta mat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni tar-reklamar politiku f'aktar minn Stat Membru wieħed. Dan jillimita d-disponibbiltà tas-servizzi u jħalli impatt negattiv fuq il-possibbiltà li l-fornituri tas-servizzi jinnovaw u joffru kampanji permezz ta' tipi differenti ta' media u kampanji multinazzjonali fi ħdan is-suq intern.

Emenda 9

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)

Għalhekk, meta jiġu pprovduti servizzi ta' reklamar politiku, jenħtieġ li jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta' trasparenza tar-reklamar politiku madwar l-Unjoni, filwaqt li jenħtieġ li jiġu evitati d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi relatati fis-suq intern, billi jiġu stabbiliti obbligi uniformi ta' trasparenza għall-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jiggarantixxu l-protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-persuni u s-superviżjoni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE.

(10)

Għalhekk, meta jiġu pprovduti servizzi ta' reklamar politiku, jenħtieġ li jiġi żgurat livell konsistenti u għoli ta' trasparenza tar-reklamar politiku madwar l-Unjoni, filwaqt li jenħtieġ li jiġu evitati d-diverġenzi li jfixklu ċ-ċirkolazzjoni libera tas-servizzi relatati fis-suq intern, billi jiġu stabbiliti regoli armonizzati dwar il-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku, u dwar it-trasparenza u d-diliġenza dovuta għall-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jiggarantixxu l-protezzjoni uniformi tad-drittijiet tal-persuni u s-superviżjoni fis-suq intern kollu abbażi tal-Artikolu 114 tat-TFUE.

Emenda 10

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)

L-Istati Membri jenħtieġ li ma jżommux jew ma jintroduċux, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' trasparenza fir-reklamar politiku. L-armonizzazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ta' trasparenza marbuta mar-reklamar politiku żżid iċ-ċertezza legali u tnaqqas il-frammentazzjoni tal-obbligi li l-fornituri ta' servizzi jkollhom jissodisfaw fil-kuntest tar-reklamar politiku.

(11)

L-Istati Membri jenħtieġ li ma jżommux jew ma jintroduċux, fil-liġijiet nazzjonali tagħhom, dispożizzjonijiet diverġenti minn dawk stipulati f'dan ir-Regolament, b'mod partikolari dispożizzjonijiet iktar jew inqas strinġenti biex jiżguraw livell differenti ta' trasparenza fir-reklamar politiku. L-armonizzazzjoni sħiħa tar-rekwiżiti ta' trasparenza u diliġenza dovuta marbuta mar-reklamar politiku żżid iċ-ċertezza legali u tnaqqas il-frammentazzjoni tal-obbligi li l-fornituri tas-servizzi jkollhom jissodisfaw fil-kuntest tar-reklamar politiku.

Emenda 11

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-kontenut sostantiv tar-reklamar politiku u lanqas ir-regoli li jirregolaw il-wiri tar-reklamar politiku, inkluż l-hekk imsejħa perjodi ta' silenzju preċedenti għall-elezzjonijiet jew għar-referenda .

(13)

Dan ir-Regolament jenħtieġ li la jaffettwa l-kontenut tar-reklamar politiku u lanqas ir-regoli tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jirregolaw il-kontenut tar-reklamar politiku, il-preżentazzjoni tar-reklamar politiku, il-perjodi elettorali u t-tmexxija ta' kampanji politiċi, inklużi l-projbizzjonijiet fuq ir-reklamar . Barra minn hekk, jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax, b'mod partikolari, id-dritt fundamentali għal-libertà tal-opinjoni u l-libertà tal-kelma.

Emenda 12

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a)

Jenħtieġ li l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jitqiesu fl-applikazzjoni u fl-infurzar ta' dan ir-Regolament, f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Il-kunċett ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju jenħtieġ li jinftiehem skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda 13

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)

Ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi rekwiżit ta' trasparenza armonizzat li huwa applikabbli għall-atturi ekonomiċi li jipprovdu reklamar politiku u servizzi relatati (jiġifieri attivitajiet li normalment jiġu pprovduti bi ħlas); dawn is-servizzi jikkonsistu b'mod partikolari fit-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament li jipprevedu livell għoli ta' trasparenza tas-servizzi ta' reklamar politiku huma bbażati fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza wkoll l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni fil-kuntest tal-pubblikazzjoni, tad-disseminazzjoni jew tal-promozzjoni tar-reklamar politiku li jinvolvi l-ipproċessar tad-data personali. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament li jindirizzaw l-użu tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni huma bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE. Ir-reklamar politiku mmirat lejn individwi fi Stat Membru jenħtieġ li jinkludi reklamar imħejji, imqiegħed jew ippubblikat kompletament minn fornituri tas-servizzi stabbiliti barra mill-Unjoni iżda disseminat lil individwi fl-Unjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk reklam politiku huwiex dirett lejn individwi fi Stat Membru, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi li jikkollegawh ma' dak l-Istat Membru, inklużi l-lingwa, il-kuntest, l-objettiv tar-reklamar u l-mezzi ta' tixrid tiegħu.

(14)

Ir-Regolament jenħtieġ li jipprevedi rekwiżiti armonizzati ta' trasparenza u diliġenza dovuta li jkunu applikabbli għall-atturi ekonomiċi li jipprovdu reklamar politiku u servizzi relatati (jiġifieri attivitajiet li normalment jiġu pprovduti bi ħlas); dawn is-servizzi jikkonsistu b'mod partikolari fit-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament li jipprevedu livell għoli ta' trasparenza tas-servizzi ta' reklamar politiku huma bbażati fuq l-Artikolu 114 tat-TFUE. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jindirizza wkoll l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tat-twassil tar-reklami fil-kuntest tal-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil jew id-disseminazzjoni tar-reklamar politiku li jinvolvi l-ipproċessar tad-data personali. Ir-regoli ta' dan ir-Regolament li jindirizzaw l-użu tal-immirar u  tat-twassil tar-reklami huma bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE. Ir-reklamar politiku mmirat lejn individwi fi Stat Membru jenħtieġ li jinkludi reklamar imħejji, imqiegħed , promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat kompletament minn fornituri tas-servizzi stabbiliti barra mill-Unjoni iżda disseminat lil individwi fl-Unjoni. Sabiex jiġi ddeterminat jekk reklam politiku huwiex dirett lejn individwi fi Stat Membru, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi li jikkollegawh ma' dak l-Istat Membru, inklużi l-lingwa, il-kuntest, l-objettiv tar-reklamar u l-mezzi ta' disseminazzjoni tiegħu.

Emenda 14

Proposta għal regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)

Jenħtieġ li l-ispeċifiċitajiet tal-mezz ta' pubblikazzjoni jew disseminazzjoni tar-reklam politiku jitqiesu fl-applikazzjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament.

Emenda 15

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament ifakkar fl-importanza tal-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni fil-provvista transfruntiera tas-servizzi ta' reklamar politiku fl-Unjoni. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jiddiskriminawx kontra sponsors legalment stabbiliti fl-Unjoni, inkluż fil-każ ta' servizzi transfruntiera lill-partiti politiċi Ewropej, peress li dan ikun ta' ħsara għall-possibbiltà tat-twettiq ta' kampanji politiċi transfruntiera, essenzjali biex titrawwem sfera pubblika Ewropea. Madankollu, ir-rifjut li jiġu pprovduti servizzi fi Stat Membru fejn il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku ma jwettqux negozju ma jikkostitwixxix diskriminazzjoni peress li tali fornituri tas-servizzi m'għandhomx ikunu mġiegħla jwettqu negozju fi Stat Membru li fih mhumiex ekonomikament attivi.

Emenda 16

Proposta għal regolament

Premessa 14c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14c)

Evidenza solida turi li atturi barranin kienu qed jinterferixxu b'mod attiv fil-funzjonament demokratiku tal-Unjoni u l-Istati Membri tagħha, partikolarment matul il-perjodi ta' elezzjonijiet u referenda. Meta wieħed iqis li l-interferenzi barranin jikkostitwixxu ksur serju tal-valuri u l-prinċipji li fuqhom hija bbażata l-Unjoni, u barra minn hekk, l-interferenzi barranin, il-manipulazzjoni tal-informazzjoni u d-diżinformazzjoni huma abbuż tad-drittijiet fundamentali tal-espressjoni u l-informazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 11 tal-Karta u jheddu lil dawn il-libertajiet filwaqt li jdgħajfu l-proċessi demokratiċi fl-UE u l-Istati Membri tagħha, bħal li jsiru elezzjonijiet ħielsa u ġusti, hemm bżonn li jittieħdu miżuri xierqa biex jiġġieldu d-diżinformazzjoni u jipprevjenu tali interferenzi permezz ta' reklami sponsorjati minn atturi minn barra l-Unjoni. Biex jiġi appoġġat l-infurzar tar-regoli nazzjonali dwar l-interferenza esterna fl-elezzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġi żgurat li r-reklamar politiku sponsorjat, imħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat fl-Unjoni, jew dirett lejn individwi fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mill-post fejn ikunu stabbiliti l-fornituri tas-servizzi, ikun disponibbli biss għall-isponsors li jkunu ċittadini tal-Unjoni u għall-fornituri tas-servizzi li jaġixxu f'isem tali sponsors, apparti mill-persuni fiżiċi jew ġuridiċi li jirrisjedu fl-Unjoni jew li jkunu stabbiliti fl-Unjoni. Għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-post tal-istabbiliment ta' sponsor, jenħtieġ li jitqies il-post tal-istabbiliment ta' entitajiet li fl-aħħar mill-aħħar jikkontrollaw l-isponsor.

Emenda 17

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)

Ma hemm l-ebda definizzjoni eżistenti tar-reklamar politiku jew tar-reklam politiku fil-livell tal-Unjoni. Hija meħtieġa definizzjoni komuni biex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u r-regoli armonizzati ta' trasparenza dwar l-immirar u  l-amplifikazzjoni . Din id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri l-ħafna forom li jista' jieħu r-reklamar politiku u kwalunkwe mezz u mod ta' pubblikazzjoni jew tixrid fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk is-sors ikunx jinsab fl-Unjoni jew f'pajjiż terz.

(15)

Ma hemm l-ebda definizzjoni eżistenti tar-reklamar politiku jew tar-reklam politiku fil-livell tal-Unjoni. Hija meħtieġa definizzjoni komuni biex jiġi stabbilit il-kamp ta' applikazzjoni tal-obbligi u r-regoli armonizzati ta' trasparenza dwar l-immirar u  t-twassil tar-reklami . Din id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri l-ħafna forom li jista' jieħu r-reklamar politiku u kwalunkwe mezz u mod ta' pubblikazzjoni jew disseminazzjoni fl-Unjoni, irrispettivament minn jekk is-sors ikunx jinsab fl-Unjoni jew f'pajjiż terz.

Emenda 18

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)

Id-definizzjoni tar-reklamar politiku jenħtieġ li tinkludi reklamar ippubblikat jew disseminat direttament jew indirettament minn attur politiku jew ippubblikat jew disseminat direttament jew indirettament f'ismu. Peress li r-reklamar minn attur politiku, jew f'ismu, ma jistax jinfired mill-attività tiegħu fir-rwol tiegħu bħala attur politiku, jista' jiġi preżunt li jista' jinfluwenza d-dibattitu politiku, ħlief għal messaġġi ta' natura purament privata jew purament kummerċjali.

(16)

Id-definizzjoni tar-reklamar politiku jenħtieġ li tinkludi reklamar imħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat , imwassal jew disseminat direttament jew indirettament minn attur politiku jew imħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat , imwassal jew disseminat direttament jew indirettament bi kwalunkwe mezz f'ismu. Peress li r-reklamar minn attur politiku, jew f'ismu, ma jistax jinfired mill-attività tiegħu fir-rwol tiegħu bħala attur politiku, jista' jiġi preżunt li jista' jinfluwenza d-dibattitu politiku jew ir-riżultat ta' elezzjoni jew ta' referendum , ħlief għal messaġġi ta' natura purament privata jew purament kummerċjali. Sabiex jiġi ddeterminat li messaġġ huwa ta' natura purament privata jew purament kummerċjali, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħall-kontenut tiegħu, il-lingwa użata sabiex jiġi trażmess, il-kuntest li fih huwa trażmess, l-objettiv tiegħu u l-mezzi li bihom jiġi promoss, ippubblikat jew disseminat. Messaġġi li jikkonċernaw l-istatus tal-familja jew l-attivitajiet kummerċjali ta' attur politiku jistgħu jkunu purament privati jew purament kummerċjali. Barra minn hekk, id-definizzjoni ta' reklamar politiku jenħtieġ li tinkludi messaġġi mħejjija, imqiegħda, promossi, ippubblikati, imwassla jew disseminati li jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultat ta' elezzjoni jew referendum jew proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew imġiba ta' votazzjoni. Dawk il-messaġġi ma jistgħux jitqiesu bħala purament privati jew purament kummerċjali. Dawk il-messaġġi jistgħu joriġinaw minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika, inkluż minn sorsi uffiċjali, bħal gvernijiet, awtoritajiet pubbliċi, istituzzjonijiet jew korpi. Madankollu, jekk il-messaġġi tagħhom jkunu strettament limitati biex iħabbru elezzjonijiet jew referenda jew il-modi għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda, dawn il-messaġġi għandhom jiġu esklużi mill-ambitu.

Emenda 19

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)

Il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni minn atturi oħra ta' messaġġ li jista' jinfluwenza r-riżultat ta' elezzjoni jew ta' referendum, ta' proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew ta' mġiba ta' votazzjoni jenħtieġ li jikkostitwixxu wkoll reklamar politiku. Sabiex jiġi ddeterminat jekk il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta' messaġġ tistax tinfluwenza r-riżultat ta' elezzjoni jew referendum, ta' proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew ta' mġiba ta' votazzjoni, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha, bħall-kontenut tal-messaġġ, il-lingwa użata biex twassal il-messaġġ, il-kuntest li fih jintbagħat il-messaġġ, l-objettiv tal-messaġġ u l-mezzi li bihom jiġi ppubblikat jew disseminat il-messaġġ. Il-messaġġi dwar kwistjonijiet soċjetali jew kontroversjali jistgħu, skont il-każ, ikunu jistgħu jinfluwenzaw ir-riżultat ta' elezzjoni jew referendum, ta' proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew ta' mġiba ta' votazzjoni.

(17)

Il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil jew id-disseminazzjoni minn atturi oħra ta' messaġġ li jista' jinfluwenza r-riżultat ta' elezzjoni jew ta' referendum, ta' proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew ta' mġiba ta' votazzjoni jew l-opinjoni pubblika dwar kwistjonijiet soċjetali jew kontroversjali fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali, reġjonali, lokali jew f'dak ta' partit politiku, jenħtieġ li jikkostitwixxu wkoll reklamar politiku. Jenħtieġ li proċess leġiżlattiv jew regolatorju jinkludi teħid ta' deċiżjonijiet li jkollu effetti vinkolanti ta' applikazzjoni ġenerali fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew. Sabiex jiġi determinat jekk il-pubblikazzjoni , il-promozzjoni jew id-disseminazzjoni ta' messaġġ jistgħux jinfluwenzaw ir-riżultat ta' elezzjoni jew referendum, proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew imġiba ta' votazzjoni, jenħtieġ li jitqiesu l-fatturi rilevanti kollha fil-mument li fih il-messaġġ ġie promoss , ippubblikat, imwassal jew disseminat, bħall-identità tal-isponsor tal-messaġġ, il-forma u l-kontenut tal-messaġġ, il-lingwa mitkellma jew miktuba użata biex twassal il-messaġġ, il-kuntest li fih jintbagħat il-messaġġ, l-objettiv tal-messaġġ u l-mezzi li bihom jiġi promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat il-messaġġ , l-udjenza fil-mira u l-objettiv tal-messaġġ .

Emenda 20

Proposta għal regolament

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a)

Il-komunikazzjoni ta' partit politiku mal-membri ta' bħalissa u ta' qabel tiegħu hija parti inerenti mis-sħubija f'partit politiku u jenħtieġ li ma tikkostitwixxix reklamar politiku.

Emenda 21

Proposta għal regolament

Premessa 17b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17b)

Ir-reklamar kummerċjali u l-prattiki ta' kummerċjalizzazzjoni jistgħu jaffettwaw b'mod leġittimu l-perċezzjonijiet tal-konsumaturi dwar il-prodotti u s-servizzi jew l-imġiba tax-xiri tagħhom, inkluż permezz ta' differenzjazzjoni tad-ditti bbażata fuq azzjonijiet tal-kumpaniji fil-qasam tar-responsabbiltà soċjali korporattiva, li jwasslu għal impatt soċjali, jew kwalunkwe tip ieħor ta' involviment xprunat mill-iskop. F'xi każijiet, ir-reklamar kummerċjali jista' jinfluwenza r-riżultat ta' elezzjoni jew ta' referendum, proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew imġiba ta' votazzjoni, u b'hekk, f'dawn il-każijiet jenħtieġ li japplika dan ir-Regolament.

Emenda 22

Proposta għal regolament

Premessa 17c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17c)

Għall-implimentazzjoni effettiva tar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament, u b'mod partikolari biex jiġu appoġġati l-isponsors tar-reklamar u l-fornituri tas-servizzi li jaġixxu f'isem l-isponsors biex jiddikjaraw ir-reklamar politiku, u biex jiġu appoġġati l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku fl-iffaċilitar u l-amministrazzjoni xierqa ta' tali dikjarazzjonijiet, huwa meħtieġ li l-Kummissjoni tfassal gwida komuni.

Emenda 23

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)

L-informazzjoni prattika minn sorsi uffiċjali rigward l-organizzazzjoni u l-modalitajiet għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda jenħtieġ li ma tikkostitwixxix reklamar politiku.

(18)

L-informazzjoni prattika minn sorsi uffiċjali strettament limitata biex jitħabbru elezzjonijiet jew referenda jew il-modalitajiet għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda jenħtieġ li ma tikkostitwixxix reklamar politiku.

Emenda 24

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)

Il-fehmiet politiċi espressi fil-programmi ta' xandiriet lineari awdjoviżivi jew ippubblikati f'media stampata mingħajr ħlas dirett jew ħlas ekwivalenti jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament.

(19)

Il-media tikkontribwixxi għall-funzjonament tajjeb tal-proċessi demokratiċi u taqdi rwol essenzjali fil-libertà tal-espressjoni u d-dritt għall-informazzjoni, b'mod partikolari matul il-perjodi elettorali. Din tipprovdi spazju għal dibattitu pubbliku u tikkontribwixxi għall-formazzjoni tal-opinjoni pubblika. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax il-libertà editorjali tal-media. Il-fehmiet u l-opinjonijiet politiċi jew kontenut editorjali ieħor espressi jew disseminati għal skopijiet ġurnalistiċi jew taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur tas-servizz tal-media jenħtieġ li ma jitqisux bħala reklamar politiku u jenħtieġ li ma jkunux koperti minn dan ir-Regolament , jekk ma jingħataw l-ebda ħlas jew remunerazzjoni oħra minn partijiet terzi speċifikament għall-espressjoni tal-fehmiet jew l-opinjonijiet . Tali fehmiet u opinjonijiet politiċi li huma promossi, ippubblikati jew disseminati addizzjonalment mill-fornitur tas-servizz jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, jitqiesu bħala reklamar politiku. Jenħtieġ li japplikaw il-prattiki ġurnalistiċi stabbiliti fil-liġi nazzjonali jew mill-kunsilli tal-media u tal-istampa f'konformità mad-dritt tal-Unjoni, inkluża l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Jenħtieġ li kwalunkwe forma ta' reklamar bil-moħbi tkun ipprojbita.

Emenda 25

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a)

Il-litteriżmu medjatiku huwa ċentrali biex l-individwi jkunu jistgħu jużaw il-media b'mod effettiv u sikur. Hija wkoll ħila essenzjali għall-pubbliku li jibbenefika mill-aċċess għall-informazzjoni dwar ir-reklamar politiku pprovdut minn dan ir-Regolament. Għalhekk, huwa importanti li jiġi promoss l-iżvilupp tal-litteriżmu medjatiku fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni, fit-taqsimiet kollha tas-soċjetà, għal individwi ta' kull età.

Emenda 26

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)

Huwa meħtieġ li r-reklamar politiku jiġi ddefinit bħala każ ta' reklamar politiku. Ir-reklamar jinkludi l-mezzi li bihom jiġi kkomunikat il-messaġġ tar-reklam, inkluż b'mod stampat, permezz tal-media tax-xandir jew permezz ta' servizz ta' pjattaformi online.

(21)

Huwa meħtieġ li r-reklamar politiku jiġi ddefinit bħala każ ta' reklamar politiku. Ir-reklamar jinkludi l-mezzi li bihom jiġi kkomunikat il-messaġġ tar-reklam, inkluż b'mod stampat, permezz tal-media tax-xandir , fuq portali tal-media online, fuq paġni web li juru riżultati minn tiftix fuq magni tat-tiftix jew permezz ta' servizz ta' pjattaformi online.

Emenda 27

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)

Kampanja tar-reklamar jenħtieġ li tirreferi għat-tħejjija, għall-pubblikazzjoni u għad-disseminazzjoni ta' sensiela ta' reklami relatati matul kuntratt għar-reklamar politiku, abbażi ta' tħejjija, sponsorizzazzjoni u finanzjament komuni. Din għandha tinkludi t-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' reklam jew verżjonijiet ta' reklam fuq media differenti u fi żminijiet differenti fl-istess ċiklu elettorali.

(24)

Kampanja tar-reklamar jenħtieġ li tirreferi għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil u d-disseminazzjoni ta' sensiela ta' reklami relatati matul kuntratt għas-servizzi tar-reklamar politiku, abbażi ta' tħejjija, sponsorizzazzjoni u finanzjament komuni. Din għandha tinkludi t-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u d-disseminazzjoni ta' reklam jew verżjonijiet ta' reklam fuq media differenti u fi żminijiet differenti fl-istess ċiklu elettorali jew proċess leġiżlattiv .

Emenda 28

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)

Id-definizzjoni tar-reklamar politiku jenħtieġ li ma taffettwax id-definizzjonijiet nazzjonali ta' partit politiku, għanijiet politiċi jew perjodi ta' kampanja fil-livell nazzjonali.

(25)

Id-definizzjoni tar-reklamar politiku jenħtieġ li ma taffettwax id-definizzjonijiet nazzjonali ta' partit politiku, għanijiet politiċi jew perjodi ta' kampanja politika fil-livell nazzjonali.

Emenda 29

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)

Sabiex tiġi koperta l-firxa wiesgħa ta' fornituri tas-servizzi rilevanti marbuta ma' servizzi ta' reklamar politiku, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jiġu mifhuma bħala li jinkludu fornituri involuti fit-tħejjija, it-tqegħid , il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku.

(26)

Sabiex tiġi koperta l-firxa wiesgħa ta' fornituri tas-servizzi rilevanti marbuta ma' servizzi ta' reklamar politiku, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jiġu mifhuma bħala li jinkludu fornituri involuti fit-tħejjija, bħat-tfassil u l-ippjanar ta' reklam jew kampanja , jew fit-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku. Pereżempju, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jistgħu jibdew servizzi ta' reklamar politiku f'isem l-isponsors. Il-provvista ta' tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami fil-kuntest tar-reklamar politiku jenħtieġ li jinftiehem bħala servizz ta' reklamar politiku.

Emenda 30

Proposta għal regolament

Premessa 26a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a)

Il-fornituri tas-servizzi purament anċillari fir-rigward ta' reklamar politiku, li huma pprovduti flimkien ma' u li sempliċement jikkomplementaw it-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' reklamar politiku, jenħtieġ li ma jinftehmux bħala fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku fis-sens ta' dan ir-Regolament. Servizzi anċillari huma servizzi li tipikament jiddependu fuq servizz ta' reklamar politiku u jikkomplementawh. Tali servizzi jistgħu jinkludu t-trasport, il-finanzjament u l-investiment, ix-xiri, il-bejgħ, il-catering, il-kummerċjalizzazzjoni, is-servizzi tal-kompjuter, it-tindif u l-manutenzjoni.

Emenda 31

Proposta għal regolament

Premessa 26b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b)

Sponsor jenħtieġ li jinftiehem bħala l-persuna li f'isimha r-reklamar politiku jitħejja, jitqiegħed, jiġi promoss, ippubblikat jew disseminat, pereżempju kandidat individwali f'elezzjoni, partit politiku jew organizzazzjoni politika.

Emenda 32

Proposta għal regolament

Premessa 26c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26c)

Pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jinftiehmu bħala fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku, normalment fl-aħħar tal-katina ta' fornituri tas-servizzi, li jippromwovu, jippubblikaw, iwasslu jew jiddisseminaw ir-reklamar politiku permezz tax-xandir, jagħmluh disponibbli permezz ta' interfaċċa jew inkella jwassluh lill-pubbliku.

Emenda 33

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)

Il-kunċett ta' servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jinkludix messaġġi li huma kondiviżi minn individwi fil-kapaċità purament personali tagħhom. Individwu jenħtieġ li ma jitqiesx li qed jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu jekk ikun qed jippubblika messaġġi li d-disseminazzjoni jew il-pubblikazzjoni tagħhom ikunu qed jitħallsu minn individwu ieħor .

(27)

Il-kunċett ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jinkludix messaġġi li huma kondiviżi minn individwi fil-kapaċità purament personali tagħhom. Individwu jenħtieġ li ma jitqiesx li qed jaġixxi fil-kapaċità personali tiegħu jekk ikun qed jippubblika messaġġi li d-disseminazzjoni jew il-pubblikazzjoni tagħhom tkun tinvolvi ħlas jew benefiċċji in natura minn partijiet terzi .

Emenda 34

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)

Ladarba reklam jiġi indikat bħala marbut ma' reklamar politiku, dan jenħtieġ li jiġi indikat b'mod ċar lil fornituri oħra tas-servizzi involuti fis-servizzi ta' reklamar politiku. Barra minn hekk, ladarba reklam ikun ġie identifikat bħala reklam politiku, id-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu xorta tenħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' trasparenza. Pereżempju, meta kontenut sponsorjat ikun kondiviż b'mod organiku, ir-reklamar xorta jenħtieġ li jiġi ttikkettat bħala reklamar politiku.

(28)

Ladarba sponsor jiddikjara li reklam huwa politiku, jenħtieġ li dan jiġi indikat b'mod ċar u mingħajr dewmien lil fornituri oħra tas-servizzi involuti fis-servizzi ta' reklamar politiku. Barra minn hekk, ladarba reklam ikun ġie identifikat bħala politiku, id-disseminazzjoni ulterjuri tiegħu xorta jenħtieġ li tikkonforma mar-rekwiżiti ta' trasparenza u diliġenza dovuta . Pereżempju, meta reklamar politiku ikun kondiviż b'mod organiku, xorta jenħtieġ li jiġi ttikkettat bħala politiku.

Emenda 35

Proposta għal regolament

Premessa 28a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28a)

Sabiex tiġi garantita l-effettività tar-rekwiżiti ta' trasparenza u diliġenza dovuta, l-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors jenħtieġ li jittrażmettu in bona fide l-informazzjoni rilevanti fil-ħin, b'mod ċar, komplet u preċiż biex il-fornituri l-oħra tas-servizzi fil-katina jkunu jistgħu jikkonformaw mar-Regolament. Meta l-pubblikatur tar-reklamar politiku jkun l-uniku fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku, l-isponsor jenħtieġ li jikkomunika tali informazzjoni lill-pubblikatur tar-reklamar politiku.

Emenda 36

Proposta għal regolament

Premessa 28b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28b)

Meta l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jsiru konxji ta' żball ċar, ineżattezza jew inkompletezza fid-dikjarazzjoni li r-reklamar huwa jew mhuwiex politiku, jew fl-informazzjoni kkomunikata, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jirrikjedu lill-isponsors jiżguraw li tali żball ċar, ineżatteżża jew inkompletezza jiġu kkoreġuti.

Emenda 37

Proposta għal regolament

Premessa 28c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28c)

Dikjarazzjoni jew informazzjoni jenħtieġ li titqies manifestament żbaljata jekk dan ikun jidher mir-reklamar, mill-isponsor, jew mill-kuntest li fih jiġi pprovdut is-servizz rilevanti, mingħajr verifiki jew eżerċizzji ulterjuri ta' ġbir ta' informazzjoni.

Emenda 38

Proposta għal regolament

Premessa 28d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(28d)

Sforzi raġonevoli jenħtieġ li jinkludu miżuri diliġenti u oġġettivi, bħall-kuntatt mal-isponsor jew mal-fornituri tas-servizzi kkonċernati biex tiġi kkompletata jew ikkoreġuta l-informazzjoni. Jenħtieġ li jitqiesu n-natura u l-importanza tal-informazzjoni żbaljata jew nieqsa fir-rigward tar-rekwiżiti stabbiliti b'dan ir-Regolament. Sforzi raġonevoli jenħtieġ li jiġu riflessi wkoll fl-arranġamenti kuntrattwali fost il-fornituri tas-servizzi u mal-isponsor, fejn rilevanti. Il-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jkunx meħtieġ jinvolvi ruħu f'eżerċizzji ta' ġbir ta' informazzjoni eċċessivi jew għaljin jew f'kuntatt kumpless mal-isponsor jew mal-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku kkonċernati.

Emenda 39

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)

Ir-regoli dwar it-trasparenza stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għas-servizzi ta' reklamar politiku, jiġifieri reklamar politiku li normalment jiġi pprovdut bi ħlas, li jista' jinkludi benefiċċju in natura. Ir-rekwiżiti ta' trasparenza jenħtieġ li ma japplikawx għall-kontenut imtella' minn utent ta' servizz intermedjarju online, bħal pjattaforma online, u disseminata mis-servizz intermedjarju online mingħajr remunerazzjoni għat-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni għall-messaġġ speċifiku, sakemm l-utent ma jkunx tħallas minn parti terza għar-reklamar politiku.

(29)

Ir-regoli dwar it-trasparenza , id-diliġenza dovuta u l-protezzjoni tad-data stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li japplikaw biss għas-servizzi ta' reklamar politiku, jiġifieri reklamar politiku li normalment jiġi pprovdut bi ħlas, li jista' jinkludi benefiċċju in natura. Ir-rekwiżiti jenħtieġ li ma japplikawx għall-kontenut imtella' minn utent ta' servizz intermedjarju online, bħal pjattaforma online, u disseminata mis-servizz intermedjarju online mingħajr remunerazzjoni għat-tqegħid, il-pubblikazzjoni , it-twassil jew id-disseminazzjoni għall-messaġġ speċifiku, sakemm l-utent ma jkunx tħallas jew irċieva benefiċċju in natura minn parti terza għar-reklamar politiku.

Emenda 40

Proposta għal regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza jenħtieġ ukoll li ma japplikawx għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika bħal servizzi ta' messaġġi elettroniċi jew telefonati, sakemm ma jkun involut l-ebda servizz tar-reklamar politiku.

(30)

Ir-rekwiżiti ta' trasparenza jenħtieġ ukoll li ma japplikawx għall-kondiviżjoni tal-informazzjoni permezz ta' servizzi ta' komunikazzjoni elettronika interpersonali bħal servizzi ta' messaġġi elettroniċi jew telefonati, sakemm ma jkun involut l-ebda servizz tar-reklamar politiku.

Emenda 41

Proposta għal regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)

Il-libertà tal-espressjoni, kif protetta mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tkopri d-dritt tal-individwu li jkollu opinjonijiet politiċi, jirċievi u jagħti informazzjoni politika u jaqsam ideat politiċi. Kull limitazzjoni għaliha trid tikkonforma mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u dik il-libertà tista' tkun soġġetta għal modulazzjonijiet u restrizzjonijiet fejn dawn ikunu ġġustifikati mill-kisba ta' interess pubbliku leġittimu u jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, bħall-proporzjonalità u ċ-ċertezza legali. Dan huwa l-każ, inter alia, fejn l-ideat politiċi jiġu kkomunikati permezz ta' fornituri ta' servizzi ta' reklamar.

(31)

Il-libertà tal-espressjoni, kif protetta mill-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, tkopri d-dritt tal-individwu li jkollu opinjonijiet politiċi, jirċievi u jagħti informazzjoni politika u jaqsam ideat politiċi. Kull limitazzjoni għaliha trid tikkonforma mal-Artikolu 52 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u dik il-libertà tista' tkun soġġetta għal modulazzjonijiet u restrizzjonijiet fejn dawn ikunu meħtieġa u ġġustifikati mill-kisba ta' interess pubbliku leġittimu u jikkonformaw mal-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, bħall-proporzjonalità u ċ-ċertezza legali. Dan huwa l-każ, inter alia, fejn l-ideat politiċi jiġu kkomunikati permezz ta' fornituri ta' servizzi ta' reklamar. Il-libertà tal-espressjoni hija waħda mill-pedamenti ta' dibattitu demokratiku vivaċi.

Emenda 42

Proposta għal regolament

Premessa 31a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(31a)

Minħabba l-importanza tar-reklamar politiku, huwa essenzjali li dan ir-Regolament jiżgura qafas regolatorju li jiżgura aċċess sħiħ, ugwali u mingħajr restrizzjonijiet għas-servizzi tar-reklamar politiku u l-informazzjoni dwar it-trasparenza meħtieġa tagħhom għar-riċevituri kollha, inklużi l-persuni b'diżabilità. Għalhekk, huwa importanti li r-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-fornituri ta' servizzi ta' reklamar politiku jkunu konsistenti mad-dritt eżistenti tal-Unjoni, bħall-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà u d-Direttiva dwar l-Aċċessibbiltà tal-Web u li d-dritt tal-Unjoni jiġi żviluppat aktar, sabiex ħadd ma jitħalla jibqa' lura b'riżultat tal-innovazzjoni diġitali.

Emenda 43

Proposta għal regolament

Premessa 32

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(32)

Fir-rigward tal-intermedjarji online, ir-Regolament (UE)  2021/XX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] japplika għal reklami politiċi ppubblikati jew disseminati mill-intermedjarji online permezz ta' regoli orizzontali applikabbli għat-tipi kollha tar-reklamar online, inklużi r-reklamar kummerċjali u politiku. Abbażi tad-definizzjoni tar-reklamar politiku stabbilita f'dan ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi pprovduta granularità addizzjonali tar-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti għall-pubblikaturi tar-reklamar li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE)  2021/XX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] , b'mod partikolari pjattaformi kbar ħafna. Dan jikkonċerna b'mod partikolari informazzjoni relatata mal-finanzjament ta' reklamar politiku. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, inkluż fir-rigward tal-valutazzjoni tar-riskju u l-obbligi ta' mitigazzjoni għal pjattaformi online kbar ħafna fir-rigward tas-sistemi tar-reklamar tagħhom.

(32)

Fir-rigward tal-intermedjarji online, ir-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) japplika għal reklami politiċi ppubblikati jew disseminati mill-intermedjarji online permezz ta' regoli orizzontali applikabbli għat-tipi kollha tar-reklamar online, inkluż ir-reklamar kummerċjali u politiku. Abbażi tad-definizzjoni tar-reklamar politiku stabbilita f'dan ir-Regolament, huwa xieraq li tiġi pprovduta granularità addizzjonali tar-rekwiżiti ta' trasparenza stabbiliti għall-pubblikaturi tar-reklamar li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) , b'mod partikolari pjattaformi online kbar ħafna. Dan jikkonċerna b'mod partikolari informazzjoni relatata mal-finanzjament ta' reklamar politiku. Ir-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament ma jaffettwawx id-dispożizzjonijiet tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, iżda jenħtieġ li jinformaw il-valutazzjoni tar-riskju u l-obbligi ta' mitigazzjoni għal pjattaformi online kbar ħafna fir-rigward tas-sistemi tar-reklamar tagħhom , inklużi t-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami tas-servizzi tar-reklamar politiku użat . Sabiex tassisti lill-Istati Membri u lill-fornituri tas-servizzi, jenħtieġ li l-Kummissjoni tipprovdi linji gwida dwar l-interazzjoni bejn l-atti legali differenti tal-Unjoni u dan ir-Regolament, u n-natura komplementari tagħhom, u dwar l-interpretazzjoni ta' rekwiżiti simili fihom.

Emenda 44

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)

It-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku jistgħu jinvolvu katina kumplessa ta' fornituri tas-servizzi. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, fejn l-għażla tal-kontenut tar-reklamar, l-għażla tal-kriterji mmirati , il-provvista tad-data użata għall-immirar ta' reklam , id-dispożizzjonijiet tat-tekniki tal-mmirar, il-konsenja ta' reklam u d-disseminazzjoni tiegħu jistgħu jiġu kkontrollati minn fornituri ta' servizzi differenti. Pereżempju, is-servizzi awtomatizzati jistgħu jappoġġaw it-tqabbil tal-profil tal-utent ta' interfaċċa mal-kontenut tar-reklamar ipprovdut, bl-użu tad-data personali miġbura direttament mingħand l-utent tas-servizz u mill-imġiba online tal-utenti, kif ukoll id-data inferita.

(33)

It-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u d-disseminazzjoni tar-reklamar politiku jistgħu jinvolvu katina kumplessa ta' fornituri tas-servizzi. Dan huwa l-każ, b'mod partikolari, fejn l-għażla tal-kontenut tar-reklamar, l-għażla tal-kriterji tal-immirar u tat-twassil tar-reklami , il-provvista tad-data użata għall-immirar u t-twassil tar-reklami , id-dispożizzjonijiet tat-tekniki tal-immirar u  tat-twassil tar-reklami, it-twassil tar-reklam u d-disseminazzjoni tiegħu jistgħu jiġu kkontrollati minn fornituri tas-servizzi differenti.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)

Fid-dawl tal-importanza li tiġi ggarantita, b'mod partikolari, l-effettività tar-rekwiżiti ta' trasparenza inkluż li tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti li jiġbru fil-provvista tas-servizzi tagħhom, inkluża l-indikazzjoni li reklam ikun politiku, tkun provduta lill-pubblikatur tar-reklamar politiku li jwassal ir-reklam politiku lill-pubbliku . Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-rekwiżit, u l-provvista f'waqtha u preċiża ta' din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jikkunsidraw u jappoġġaw l-awtomatizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-informazzjoni fost il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku.

(34)

Fid-dawl tal-importanza li tiġi ggarantita, b'mod partikolari, l-effettività tar-rekwiżiti ta' trasparenza u diliġenza dovuta inkluż li tiġi ffaċilitata s-sorveljanza tagħhom, l-isponsors u fejn rilevanti, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jaġixxu f'isem l-isponsors jenħtieġ li jiżguraw l-eżattezza tal-informazzjoni li jipprovdu. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti li jiġbru fil-provvista tas-servizzi tagħhom, inkluża l-indikazzjoni li reklam ikun politiku, tkun kompluta u tkun provduta lill-pubblikatur tar-reklamar politiku li jiddisemina r-reklam politiku. Sabiex tiġi appoġġata l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-rekwiżit, u l-provvista f'waqtha u preċiża ta' din l-informazzjoni, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jittrażmettu din l-informazzjoni fl-istess ħin mal-provvista tas-servizz rilevanti, u jikkunsidraw u jappoġġaw l-awtomatizzazzjoni tat-trażmissjoni tal-informazzjoni fost il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku billi jadattaw l-interfaċċi online tagħhom biex tiġi ffaċilitata l-konformità . Meta l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jsiru konxji li l-informazzjoni li jkunu ttrażmettew tkun ġiet aġġornata, jenħtieġ li jiżguraw li din l-informazzjoni aġġornata tiġi kkomunikata lill-pubblikatur rilevanti tar-reklamar politiku.

Emenda 46

Proposta għal regolament

Premessa 36

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(36)

Il-passi jistgħu jinkludu wkoll id-dispożizzjoni ta' mekkaniżmu effiċjenti biex l-individwi jindikaw li reklam politiku huwa politiku, u t-teħid ta' azzjoni effettiva b'reazzjoni għal indikazzjonijiet bħal dawn.

(36)

Il-passi jistgħu jinkludu wkoll id-dispożizzjoni ta' mekkaniżmu effiċjenti minn pubblikaturi tar-reklamar biex l-individwi jindikaw li reklam huwa politiku, u t-teħid ta' azzjoni effettiva b'reazzjoni għal indikazzjonijiet bħal dawn.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)

Filwaqt li jipprevedu rekwiżiti speċifiċi, jenħtieġ li l-ebda wieħed mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jinftiehem bħala li jimponi obbligu ta' monitoraġġ ġenerali fuq il-fornituri intermedjarji ta' servizzi għall-kontenut politiku kondiviż minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, lanqas jenħtieġ li jiġu mifhuma bħala li jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jieħdu miżuri proattivi fir-rigward ta' kontenut jew attivitajiet illegali li dawk il-fornituri jittrażmettu jew jaħżnu.

(37)

Filwaqt li jipprevedu rekwiżiti speċifiċi, jenħtieġ li l-ebda wieħed mill-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament ma jinftiehem bħala li jimponi obbligu ta' monitoraġġ ġenerali fuq il-fornituri intermedjarji ta' servizzi għall-kontenut politiku kondiviż b'mod organiku minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi, lanqas jenħtieġ li jiġu mifhuma bħala li jimponu obbligu ġenerali fuq il-fornituri tas-servizzi intermedjarji biex jieħdu miżuri proattivi fir-rigward ta' kontenut jew attivitajiet illegali li dawk il-fornituri jittrażmettu jew jaħżnu.

Emenda 48

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)

It-trasparenza tar-reklamar politiku jenħtieġ li tippermetti liċ-ċittadini jifhmu li jinsabu quddiem reklam politiku. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li, b ' rabta ma' kull reklam politiku, jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni ċara li tgħid li dak huwa reklam politiku u  tal-identità tal-sponsor tiegħu . Fejn xieraq, l-isem tal-sponsor jista' jinkludi logo politiku. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jagħmlu użu minn tikkettar li jkun effettiv, filwaqt li jqisu l-iżviluppi fir-riċerka xjentifika rilevanti u l-aħjar prattika dwar il-provvista tat-trasparenza permezz tat-tikkettar tar-reklamar. Għandhom jiżguraw ukoll, b'rabta ma' kull reklam politiku, il-pubblikazzjoni ta' informazzjoni biex jippermettu li jinftiehmu l-kuntest usa' tar-reklamar politiku u l-għanijiet tiegħu, li tista' jew tiġi inkluża fir-reklam innifsu, jew tiġi pprovduta mill-pubblikatur fuq is-sit web tiegħu, aċċessibbli permezz ta' link jew direzzjoni ekwivalenti ċara u faċli għall-utent fir-reklam .

(38)

It-trasparenza tar-reklamar politiku jenħtieġ li tippermetti lill-individwi jifhmu li jinsabu quddiem reklam politiku. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li, f 'kull reklam politiku, jiżguraw il-pubblikazzjoni ta' dikjarazzjoni ċara li tgħid li dak huwa reklam politiku , tal-identità tal-isponsor tiegħu u  tal-kampanja politika li huwa parti minnha . Fejn xieraq, l-isem tal-sponsor jista' jinkludi logo politiku. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jiżguraw li reklami li jkunu politiċi jiġu ttikkettati b'mod korrett bħala tali u jagħmlu użu minn tikkettar li jkun effettiv, filwaqt li jqisu l-iżviluppi fir-riċerka xjentifika rilevanti u l-aħjar prattika dwar il-provvista tat-trasparenza permezz tat-tikkettar tar-reklamar. Fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u żviluppi oħra fir-riċerka xjentifika rilevanti u fil-prattiki tas-suq, jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta att delegat li jistabbilixxi tekniki ta' tikkettar armonizzati u effiċjenti għar-reklam politiku.

Emenda 49

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)

Din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta f'avviż ta' trasparenza li jenħtieġ li jinkludi wkoll l-identità tal-isponsor, sabiex tiġi appoġġata l-akkontabbiltà fil-proċess politiku. Il-post tal-istabbiliment tal-isponsor u jekk l-isponsor huwiex persuna fiżika jew ġuridika jenħtieġ li jiġu indikati b'mod ċar. Id-data personali dwar individwi involuti fir-reklamar politiku, li ma jkunux relatati mal-isponsor jew ma' attur politiku involut ieħor jenħtieġ li ma tiġix provduta fl-avviż ta' trasparenza. L-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-perjodu ta' tixrid , kwalunkwe elezzjoni relatata, l-ammont minfuq u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti fi skambju parzjali jew sħiħ għar-reklam speċifiku, kif ukoll, għall-kampanja kollha tar-reklamar, is-sors tal-fondi użati u informazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-ġustizzja tad-disseminazzjoni tar-reklam politiku. Informazzjoni dwar is-sors tal-fondi użati tikkonċerna pereżempju l-oriġini pubblika jew privata tagħhom, il-fatt li dawn joriġinaw minn ġewwa jew minn barra l-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni dwar l-elezzjonijiet jew ir-referenda relatati jenħtieġ li, meta jkun possibbli, tinkludi link għal informazzjoni minn sorsi uffiċjali rigward l-organizzazzjoni u l-modalitajiet għall-parteċipazzjoni jew għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni f'dawk l-elezzjonijiet jew referenda. L-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar kif għandhom jiġu mmarkati r-reklami politiċi f'konformità mal-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar in-notifika skont l-Artikoli  14, 15 u 19 tar-Regolament (UE)  2021/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] .

(39)

Din l-informazzjoni jenħtieġ li tiġi pprovduta f'avviż ta' trasparenza li jenħtieġ li jinkludi wkoll l-identità tal-isponsor u , fejn applikabbli, l-entità li fl-aħħar mill-aħħar tikkontrolla l-isponsor, sabiex tiġi appoġġata l-akkontabbiltà fil-proċess politiku. Il-post tal-istabbiliment tal-isponsor u jekk l-isponsor huwiex persuna fiżika jew ġuridika jenħtieġ li jiġu indikati b'mod ċar. Id-data personali dwar individwi involuti fir-reklamar politiku, li ma jkunux relatati mal-isponsor jew ma' attur politiku involut ieħor jenħtieġ li ma tiġix provduta fl-avviż ta' trasparenza. L-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li jkun fih ukoll informazzjoni dwar il-perjodu ta' disseminazzjoni , kwalunkwe elezzjoni relatata, l-ammont minfuq u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti fi skambju parzjali jew sħiħ għar-reklam speċifiku, kif ukoll, għall-kampanja kollha tar-reklamar, is-sors tal-fondi użati u informazzjoni oħra biex tiġi żgurata l-ġustizzja tad-disseminazzjoni tar-reklam politiku. Informazzjoni dwar is-sors tal-fondi użati tikkonċerna pereżempju l-oriġini pubblika jew privata tagħhom, il-fatt li dawn joriġinaw minn ġewwa jew minn barra l-Unjoni Ewropea. L-informazzjoni dwar l-elezzjonijiet jew ir-referenda relatati jenħtieġ li, meta jkun possibbli, tinkludi link għal informazzjoni minn sorsi uffiċjali rigward l-organizzazzjoni u l-modalitajiet għall-parteċipazzjoni jew għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni f'dawk l-elezzjonijiet jew referenda. L-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li jkun disponibbli fil-mument li fih jiġi ppubblikat jew disseminat ir-reklam u l-informazzjoni li jinkludi jenħtieġ li tinżamm aġġornata. L-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li jinkludi wkoll informazzjoni dwar kif għandhom jiġu mmarkati r-reklami politiċi f'konformità mal-proċedura stabbilita f'dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li jkun mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar in-notifika skont l-Artikoli  16 u 17 tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) .

Emenda 50

Proposta għal regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li tiġi pprovduta fir-reklam innifsu jew tkun tista' tiġi rkuprata faċilment abbażi ta' indikazzjoni pprovduta fir-reklam . Ir-rekwiżit li l-informazzjoni dwar l-avviż ta' trasparenza għandha tkun, inter alia, viżibbli b'mod ċar jenħtieġ li jinvolvi li din l-informazzjoni tkun tidher b'mod prominenti fir-reklamar jew miegħu. Ir-rekwiżit li l-informazzjoni ppubblikata fl-avviż ta' trasparenza trid tkun faċilment aċċessibbli, li tista' tinqara mill-magni fejn ikun teknikament possibbli, u faċli għall-utent jenħtieġ li jkun jindirizza l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità. L-Anness I tad-Direttiva 2019/882 (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) fih rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni diġitali li jenħtieġ li tintuża biex l-informazzjoni politika ssir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

(40)

Jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jiżguraw li kull reklam politiku jkun fih indikazzjoni ċara ta' fejn l-avviż ta' trasparenza jkun jista' faċilment jinsab fir-reklam. Il-preżentazzjoni tal-informazzjoni tista' tvarja skont il-mezzi użati. Sabiex tinkiseb faċilment l-informazzjoni fl-avviż ta' trasparenza , jista' jintuża pereżempju link għal paġna web iddedikata, fuq l-iskrin jew permezz ta' mezzi awdjo, kodiċi ta' Rispons Rapidu (kodiċi QR) jew miżuri tekniċi ekwivalenti faċli għall-utent . Ir-rekwiżit li l-informazzjoni dwar l-avviż ta' trasparenza għandha tkun, inter alia, viżibbli b'mod ċar jenħtieġ li jinvolvi li din l-informazzjoni tkun tidher b'mod prominenti fir-reklamar jew miegħu. Ir-rekwiżit li l-informazzjoni ppubblikata fl-avviż ta' trasparenza trid tkun faċilment aċċessibbli, li tista' tinqara mill-magni fejn ikun teknikament possibbli, u faċli għall-utent jenħtieġ li jkun jindirizza l-ħtiġijiet tal-persuni b'diżabilità. L-Anness I tad-Direttiva  (UE) 2019/882 (l-Att Ewropew dwar l-Aċċessibbiltà) fih rekwiżiti ta' aċċessibbiltà għall-informazzjoni, inkluża l-informazzjoni diġitali li jenħtieġ li tintuża biex l-informazzjoni politika ssir aċċessibbli għall-persuni b'diżabilità.

Emenda 51

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)

L-avviżi ta' trasparenza jenħtieġ li jitfasslu biex iqajmu kuxjenza fost l-utenti u jgħinu fl-identifikazzjoni ċara tar-reklamar politiku bħala tali. Dawn jenħtieġ li jitfasslu biex jibqgħu fis-seħħ jew jibqgħu aċċessibbli f'każ li reklam politiku jiġi disseminat aktar, pereżempju jitqiegħed fuq pjattaforma oħra jew jintbagħat bejn individwu u ieħor. L-informazzjoni inkluża fl-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li tiġi ppubblikata meta tibda l-pubblikazzjoni tar-reklamar politiku u tinżamm għal perjodu ta' sena wara l-aħħar pubblikazzjoni. L-informazzjoni miżmuma jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-reklamar politiku li jkun ġie tterminat jew li titneħħa mill-pubblikaturi.

(41)

L-avviżi ta' trasparenza jenħtieġ li jitfasslu biex iqajmu kuxjenza fost l-utenti u jgħinu fl-identifikazzjoni ċara tar-reklamar politiku bħala tali. Dawn jenħtieġ li jitfasslu biex jibqgħu fis-seħħ jew jibqgħu aċċessibbli f'każ li reklam politiku jiġi disseminat aktar, pereżempju jitqiegħed fuq pjattaforma oħra jew jintbagħat bejn individwu u ieħor. L-informazzjoni inkluża fl-avviż ta' trasparenza jenħtieġ li tiġi ppubblikata meta tibda l-pubblikazzjoni tar-reklamar politiku u tinżamm għal perjodu ta' għaxar snin wara l-aħħar pubblikazzjoni. L-informazzjoni miżmuma jenħtieġ li tinkludi wkoll informazzjoni dwar ir-reklamar politiku li jkun ġie tterminat jew li titneħħa mill-pubblikaturi u r-raġuni għat-tneħħija .

Emenda 52

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)

Peress li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jagħmlu r-reklami politiċi disponibbli għall-pubbliku, jenħtieġ li jippubblikaw jew jiddessiminaw dik l-informazzjoni lill-pubbliku flimkien mal-pubblikazzjoni jew mad-disseminazzjoni tar-reklam politiku. Jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku ma jagħmlux disponibbli għall-pubbliku dawk ir-reklami politiċi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' trasparenza skont dan ir-Regolament. Barra minn hekk , il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma pjattaformi online kbar ħafna skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2021/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni inkluża fl-avviż ta' trasparenza disponibbli permezz tar-repożitorji tar-reklamar ippubblikati skont l-Artikolu 30 tar-Regolament [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali]. Dan se jiffaċilita l-ħidma tal-atturi interessati, inklużi r-riċerkaturi, fir-rwol speċifiku tagħhom li jappoġġaw elezzjonijiet jew referenda ħielsa u ġusti u kampanji elettorali ġusti, inkluż billi jiskrutinizzaw l-isponsors tar-reklam politiku u janalizzaw ix-xenarju politiku tar-reklamar.

(42)

Peress li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jagħmlu r-reklami politiċi disponibbli għall-pubbliku, jenħtieġ li jippubblikaw jew jiddessiminaw dik l-informazzjoni lill-pubbliku flimkien mal-pubblikazzjoni jew mad-disseminazzjoni tar-reklam politiku. Meta l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jsiru konxji li reklam politiku ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta' trasparenza skont dan ir-Regolament, jenħtieġ li jagħmlu l-aħjar sforzi biex jissodisfaw ir-rekwiżiti skont dan ir-Regolament. Meta l-informazzjoni ma tkunx tista' tiġi kkompletata jew ikkoreġuta mingħajr dewmien żejjed, jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku ma jagħmlux disponibbli jew ma jkomplux bit-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil jew id-disseminazzjoni lill-pubbliku tar-reklami politiċi li ma jissodisfawx ir-rekwiżiti ta' trasparenza skont dan ir-Regolament. F'tali sitwazzjoni , il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jinfurmaw lill-fornitur tas-servizzi kkonċernat u, fejn rilevanti lill-isponsor, dwar il-passi raġonevoli meħuda biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti skont dan ir-Regolament.

Emenda 53

Proposta għal regolament

Premessa 42a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42a)

Meta jikkonformaw ma' dawn l-obbligi, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jaġixxu b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali, u drittijiet u interessi leġittimi oħra. Jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku b'mod partikolari jagħtu attenzjoni dovuta għal-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, inklużi l-libertà u l-pluraliżmu tal-media.

Emenda 54

Proposta għal regolament

Premessa 42b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42b)

Jenħtieġ li dan ir-Regolament jiffaċilita l-ħidma tal-atturi interessati, inklużi r-riċerkaturi, fir-rwol speċifiku tagħhom li jappoġġaw elezzjonijiet jew referenda ħielsa u ġusti u kampanji elettorali ġusti, inkluż billi jiskrutinizzaw l-isponsors tar-reklam politiku u janalizzaw ix-xenarju tar-reklamar politiku. Għalhekk, il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma Pjattaformi Online Kbar Ħafna (VLOPs) skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u Magni tat-Tiftix Online Kbar Ħafna (VLOSEs) skont it-tifsira fir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) jenħtieġ li jagħmlu l-informazzjoni inkluża fl-avviż ta' trasparenza disponibbli u jaġġornawha, f'ħin reali, permezz tar-repożitorji tar-reklami ppubblikati skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali).

Emenda 55

Proposta għal regolament

Premessa 42c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(42c)

Jenħtieġ li l-Kummissjoni tistabbilixxi repożitorju Ewropew għar-reklami politiċi online biex tappoġġa lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku li mhumiex VLOPs skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u VLOSEs skont it-tifsira fir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) biex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li mhumiex VLOPs skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u VLOSEs skont it-tifsira fir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) jenħtieġ li jiżguraw li l-informazzjoni li tinsab fl-avviż ta' trasparenza ssir disponibbli fir-repożitorju Ewropew għar-reklami politiċi online mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar minn 24 siegħa wara. L-informazzjoni li ssir disponibbli fuq l-interfaċċa tal-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li tiġi pprovduta f'format li jinqara mill-magni skont l-istruttura u l-istandards komuni tad-data, żviluppata mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti. L-informazzjoni fir-repożitorji tal-VLOPs u l-VLOSEs u l-informazzjoni fir-repożitorju Ewropew għal reklami politiċi online jenħtieġ li jkunu konnessi permezz ta' interfaċċa komuni ta' programmazzjoni tal-applikazzjonijiet u jkunu aċċessibbli pubblikament permezz ta' portal uniku.

Emenda 56

Proposta għal regolament

Premessa 44

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(44)

L-informazzjoni dwar l-ammonti minfuqa u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti fi skambju parzjali jew sħiħ għal servizzi ta' reklamar politiku tista' tikkontribwixxi b'mod utli għad-dibattitu politiku. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li tkun tista' tinkiseb ħarsa ġenerali xierqa lejn l-attività tar-reklamar politiku mir-rapporti annwali mħejjija mill-pubblikaturi tar-reklamar politiku rilevanti. Sabiex jappoġġa s-sorveljanza u l-akkontabbiltà, tali rapportar jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar l-infiq fuq l-immirar tar-reklamar politiku fil-perjodu rilevanti, aggregat għall-kampanja jew għall-kandidat. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati, dawn l-obbligi ta' rapportar tat-trasparenza jenħtieġ li ma japplikawx għal intrapriżi li jikkwalifikaw skont l-Artikolu 3 (3) tad-Direttiva 2013/34/UE.

(44)

L-informazzjoni dwar l-ammonti minfuqa u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti fi skambju parzjali jew sħiħ għal servizzi ta' reklamar politiku tista' tikkontribwixxi b'mod utli għad-dibattitu politiku. Huwa meħtieġ li jiġi żgurat li tkun tista' tinkiseb ħarsa ġenerali xierqa lejn l-attività tar-reklamar politiku mir-rapporti annwali mħejjija mill-pubblikaturi tar-reklamar politiku rilevanti. Sabiex jappoġġa s-sorveljanza u l-akkontabbiltà, tali rapportar jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar l-infiq fuq l-immirar jew it-twassil tar-reklamar politiku fil-perjodu rilevanti, aggregat għall-kampanja jew għall-kandidat. Sabiex jiġu evitati piżijiet sproporzjonati, dawn l-obbligi ta' rapportar tat-trasparenza jenħtieġ li ma japplikawx għal intrapriżi li jikkwalifikaw skont l-Artikolu 3 , il-paragrafi 1 sa 3, tad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda 57

Proposta għal regolament

Premessa 45

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(45)

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lill-individwi jirrapportawlhom li reklam politiku partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament. Il-mekkaniżmi għar-rapportar ta' reklamar bħal dan jenħtieġ li jkunu faċli biex jiġu aċċessati u biex jintużaw, u jenħtieġ li jiġu adattati għall-forma tar-reklamar distribwit mill-pubblikatur tar-reklamar. Kemm jista' jkun, dawn il-mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu aċċessibbli mir-reklam innifsu, pereżempju fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq mekkaniżmi eżistenti, fejn xieraq. Meta l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu fornituri tas-servizzi ta' hosting online skont it-tifsira tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, fir-rigward tar-reklamar politiku ospitat fuq talba tar-riċevituri tas-servizzi tagħhom, ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu  14 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali għan-notifiki li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità ta' reklami bħal dawn ma' dan ir-Regolament.

(45)

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lill-individwi jirrapportawlhom li reklam politiku partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament. Il-mekkaniżmi għar-rapportar ta' reklamar bħal dan jenħtieġ li jkunu faċli biex jiġu aċċessati u biex jintużaw, u jenħtieġ li jiġu adattati għall-forma tar-reklamar distribwit mill-pubblikatur tar-reklamar. Kemm jista' jkun, dawn il-mekkaniżmi jenħtieġ li jkunu aċċessibbli mir-reklam innifsu, pereżempju fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jkunu jistgħu jiddependu fuq mekkaniżmi eżistenti, fejn xieraq. Meta l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu fornituri tas-servizzi ta' hosting online skont it-tifsira tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali, fir-rigward tar-reklamar politiku ospitat fuq talba tar-riċevituri tas-servizzi tagħhom, ikomplu japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu  16 tal-Att dwar is-Servizzi Diġitali għan-notifiki li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità ta' reklami bħal dawn ma' dan ir-Regolament. Meta l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu fornituri tas-servizzi ta' hosting online skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), fir-rigward tar-reklamar politiku ospitat fuq talba tar-riċevituri tas-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu jistgħu jiddependu fuq il-mekkaniżmu tal-avviż skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) għan-notifiki li jikkonċernaw in-nuqqas ta' konformità ta' tali reklami ma' dan ir-Regolament.

Emenda 58

Proposta għal regolament

Premessa 45a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45a)

Meta reklam partikolari ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament, il-mekkaniżmi pprovduti mill-pubblikatur jenħtieġ li jippermettu lill-individwi jissenjalaw ir-reklam ikkonċernat. Meta dawk il-mekkaniżmi ma jkunux disponibbli, l-individwi jenħtieġ li jkunu jistgħu jirrapportaw tali reklam politiku direttament lill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 59

Proposta għal regolament

Premessa 45b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45b)

Jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jagħmlu sforzi raġonevoli biex jindirizzaw fil-ħin, u b'mod diliġenti u oġġettiv, in-notifiki riċevuti skont dan ir-Regolament, billi jikkuntattjaw lill-fornituri tas-servizzi rilevanti u, skont kif rilevanti, lill-isponsor. Il-pubblikatur tar-reklamar politiku jenħtieġ li jinforma lill-awtur tan-notifika u lill-fornituri tas-servizzi kkonċernati bis-segwitu mogħti għan-notifika u jipprovdi informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju, inkluż skont id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil  (1a) , fir-rigward tar-reklamar li għalih tirrelata n-notifika. Meta notifika jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex fornitur diliġenti ta' servizzi ta' reklamar politiku jkun jista' jidentifika, mingħajr eżami dettaljat u proċess kumpless ta' kuntatt, li jkun ċar li l-informazzjoni hija nieqsa jew mhux kompluta, jenħtieġ li l-pubblikatur tar-reklamar politiku jaġixxi mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 60

Proposta għal regolament

Premessa 45c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45c)

Sabiex tiġi żgurata l-effettività tar-rekwiżiti ta' trasparenza u diliġenza dovuta matul elezzjoni jew referendum, jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jipproċessaw, fi żmien l-aħħar xahar qabel l-elezzjoni jew ir-referendum, kwalunkwe notifika li jirċievu dwar reklam marbut ma' din il-votazzjoni mingħajr dewmien żejjed u fi żmien 48 siegħa, billi jikkuntattjaw lill-fornituri tas-servizzi kkonċernati u, fejn rilevanti, lill-isponsor. Jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma intrapriżi mikro u żgħar jipproċessaw kwalunkwe notifika bħal din mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 61

Proposta għal regolament

Premessa 45d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(45d)

Kwalunkwe azzjoni meħuda minn pubblikatur tar-reklamar politiku jenħtieġ li jkollha fil-mira strettament il-korrezzjoni, it-tlestija jew it-tneħħija ta' elementi speċifiċi ta' informazzjoni li ma jkunux konformi ma' dan ir-Regolament. Meta tagħmel dan, jenħtieġ li tqis kif xieraq il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, u drittijiet fundamentali oħra.

Emenda 62

Proposta għal regolament

Premessa 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(46)

Sabiex l-entitajiet speċifiċi jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fid-demokraziji, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-trażmissjoni ta' informazzjoni ppubblikata mar-reklam politiku jew li tinsab fl-avviż ta' trasparenza lil atturi interessati bħar-riċerkaturi skrutinizzati, il-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-osservaturi elettorali akkreditati, sabiex jappoġġaw il-prestazzjoni tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess demokratiku. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jwieġbu għal talbiet li huma manifestament bla bażi jew eċċessivi . Barra minn hekk, il-fornitur tas-servizzi rilevanti jenħtieġ li jitħalla jitlob tariffa raġonevoli f'każ ta' talbiet ripetittivi u għaljin, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż amministrattivi għall-għoti tal-informazzjoni.

(46)

Sabiex l-entitajiet speċifiċi jkunu jistgħu jaqdu r-rwol tagħhom fid-demokraziji, huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-trażmissjoni ta' informazzjoni ppubblikata mar-reklam politiku jew li tinsab fl-avviż ta' trasparenza lil atturi interessati bħar-riċerkaturi skrutinizzati, il-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-osservaturi elettorali akkreditati, sabiex jappoġġaw il-prestazzjoni tar-rwoli rispettivi tagħhom fil-proċess demokratiku. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li ma jkunux meħtieġa jwieġbu għal talbiet li huma manifestament mhux ċari, eċċessivi jew li jikkonċernaw informazzjoni mhux fil-kontroll tal-fornitur tas-servizz . Barra minn hekk, il-fornitur tas-servizzi rilevanti jenħtieġ li jitħalla jitlob tariffa raġonevoli f'każ ta' talbiet ripetittivi u għaljin, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż amministrattivi għall-għoti tal-informazzjoni.

Emenda 63

Proposta għal regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)

Id-data personali miġbura direttament mingħand l-individwi, jew indirettament bħad-data inferita, meta l-individwi jiġu raggruppati skont l-interessi assunti tagħhom jew derivati permezz tal-attività online tagħhom, it-tfassil ta' profili tal-imġiba u tekniki oħra ta' analiżi, qed tintuża dejjem aktar biex il-messaġġi politiċi jiġu mmirati lejn gruppi jew votanti individwali jew individwi, u biex jiġi amplifikat l-impatt tagħhom. Abbażi tal-ipproċessar tad-data personali, b'mod partikolari data meqjusa sensittiva skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (11) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (12), gruppi differenti ta' votanti jew individwi jistgħu jiġu segmentati u l-karatteristiċi jew il-vulnerabbiltajiet tagħhom jiġu sfruttati pereżempju billi r-reklami jiġu disseminati f'mumenti speċifiċi u f'postijiet speċifiċi mfassla biex jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjonijiet fejn ikunu sensittivi għal ċertu tip ta' informazzjoni/messaġġ. Dan għandu effetti speċifiċi u detrimentali fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom u l-libertà tagħhom li jirċievu informazzjoni oġġettiva, li jiffurmaw l-opinjoni tagħhom, li jieħdu deċiżjonijiet politiċi u li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom. Dan għandu impatt negattiv fuq il-proċess demokratiku. Għandhom jiġu previsti restrizzjonijiet u kundizzjonijiet addizzjonali mqabbla mar-Regolament (UE) 2016/679 u  mar-Regolament (UE) 2018/1725. Il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament dwar l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tar-reklamar politiku jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE.

(47)

Id-data personali miġbura direttament mingħand l-individwi, jew indirettament bħad-data osservata jew inferita, meta l-individwi jiġu raggruppati skont l-interessi assunti tagħhom jew derivati permezz tal-attività online tagħhom, it-tfassil ta' profili tal-imġiba u tekniki oħra ta' analiżi, qed tintuża dejjem aktar biex il-messaġġi politiċi jiġu mmirati lejn gruppi jew votanti individwali jew individwi, u biex jiġi amplifikat l-impatt tagħhom. Abbażi tal-ipproċessar tad-data personali, b'mod partikolari data meqjusa sensittiva skont ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (11) u r-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u  tal-Kunsill  (12), gruppi differenti ta' votanti jew individwi jistgħu jiġu segmentati u l-karatteristiċi jew il-vulnerabbiltajiet tagħhom jiġu sfruttati pereżempju billi r-reklami jiġu disseminati f'mumenti speċifiċi u f'postijiet speċifiċi mfassla biex jieħdu vantaġġ mis-sitwazzjonijiet fejn ikunu sensittivi għal ċertu tip ta' informazzjoni/messaġġ. Dan għandu effetti speċifiċi u detrimentali fuq id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali tagħhom u l-libertà tagħhom li jiġu trattati b'mod ġust u ekwu, ma jiġux manipulati, li jirċievu informazzjoni oġġettiva, li jiffurmaw l-opinjoni tagħhom, li jieħdu deċiżjonijiet politiċi u li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot tagħhom. Barra minn hekk, dan ikollu impatt negattiv fuq il-proċess demokratiku peress li jippermetti frammentazzjoni tad-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet importanti tas-soċjetà, analiżi predatorja tal-votanti, sensibilizzazzjoni selettiva u, fl-aħħar mill-aħħar, il-manipulazzjoni tal-elettorat . Dan jippermetti wkoll ir-riskju tat-tixrid tad-diżinformazzjoni, u ntuża għal interferenza elettorali barranija speċjalment minn entitajiet barranin mhux demokratiċi. Ir-reklamar qarrieqi jew mhux ċar għal finijiet politiċi huwa riskju għaliex jinfluwenza l-mekkaniżmi ewlenin li jippermettu l-funzjonament tas-soċjetà demokratika tagħna. Dan kollu jseħħ minkejja kundizzjonijiet diġà eżistenti għall-ipproċessar tad-data personali, inkluż għall-immirar u t-twassil tar-reklami, previsti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. Il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament dwar l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali fil-kuntest tar-reklamar politiku jenħtieġ li jkunu bbażati fuq l-Artikolu 16 tat-TFUE.

Emenda 64

Proposta għal regolament

Premessa 47a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47a)

Il-perkorsi eżistenti skont ir-Regolament (UE) 2016/679 biex jitfassal u jiġi indirizzat legalment ir-reklamar lill-individwi huma soġġetti għal abbuż sistemiku, speċjalment fir-rigward tal-ġbir tal-kunsens liberu u infurmat tal-individwi, li ma jistgħux jiġu solvuti skont il-qafas regolatorju attwali.

Emenda 65

Proposta għal regolament

Premessa 47b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47b)

Id-dark patterns fuq l-interfaċċi online tal-pjattaformi online huma prattiki li materjalment jgħawwġu jew ifixklu, fl-iskop jew fl-effett, il-kapaċità tal-utenti tas-servizz li jagħmlu għażliet jew deċiżjonijiet awtonomi u infurmati dwar id-data personali li jipprovdu għall-fini ta' reklamar politiku. Għalhekk, il-fornituri ta' pjattaformi online jenħtieġ li jiġu pprojbiti milli jikkundizzjonaw lill-utenti tas-servizz u milli jgħawwġu jew ifixklu l-awtonomija, it-teħid ta' deċiżjonijiet, jew l-għażla tal-utenti.

Emenda 66

Proposta għal regolament

Premessa 47c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47c)

Jenħtieġ li dan jinkludi wkoll li l-utent tas-servizz ripetutament jintalab jagħmel għażla fejn tkun diġà saret tali għażla, li l-proċedura tal-kanċellazzjoni ta' servizz tkun ferm aktar ikkumplikata milli li wieħed jirreġistra għalih, jew li ċerti għażliet isiru aktar diffiċli jew jieħdu ħafna ħin minn oħrajn jew b'settings awtomatiċi li huma diffiċli ħafna biex jinbidlu, u b'hekk jippreġudikaw b'mod mhux raġonevoli t-teħid tad-deċiżjonijiet tal-utent tas-servizz, b'mod li jgħawweġ u jfixkel l-awtonomija, it-teħid ta' deċiżjonijiet u l-għażla tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li r-regoli li jipprevjenu d-dark patterns ma jinftehmux bħala li jipprevjenu lill-fornituri milli jinteraġixxu direttament mal-utenti tas-servizz u joffrulhom servizzi ġodda jew addizzjonali. L-użu sistematiku ta' dark patterns, ftehimiet ta' kunsens mhux ċari, informazzjoni qarrieqa, u żmien insuffiċjenti biex jinqraw it-termini u l-kundizzjonijiet huma prattiki komuni li jagħmluha diffiċli għall-utenti tas-servizz milli jkollhom informazzjoni ċara u kontroll fil-kuntest tal-industrija tar-reklamar online ibbażata fuq is-sorveljanza.

Emenda 67

Proposta għal regolament

Premessa 47d (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47d)

Sabiex jiġu protetti l-individwi fir-rigward tal-mod u l-finijiet li għalihom tiġi pproċessata d-data personali tagħhom, u b'mod partikolari f'kuntesti rilevanti biex jinfluwenzaw l-għażliet demokratiċi tagħhom u l-involviment tagħhom fid-dibattitu pubbliku, kif ukoll biex jiġu protetti d-demokrazija u l-integrità tal-elezzjonijiet, huwa meħtieġ li jiġu kkomplementati r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 billi jiżdiedu aktar restrizzjonijiet, li jenħtieġ li jieħdu l-forma ta' limitazzjonijiet stretti fuq l-ipproċessar ta' data personali għall-immirar u t-twassil tar-reklamar politiku online, abbażi tal-Artikolu 16 tat-TFUE.

Emenda 68

Proposta għal regolament

Premessa 47e (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47e)

It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami abbażi ta' ċerti kundizzjonijiet u ta' ammont limitat ta' data personali pprovduta li mhumiex kategoriji speċjali ta' data personali fi ħdan it-tifsira fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 jistgħu jkunu utli fid-disseminazzjoni ta' reklamar politiku u ta' informazzjoni biex jintlaħqu u jiġu infurmati ċ-ċittadini.

Emenda 69

Proposta għal regolament

Premessa 47f (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47f)

It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali jenħtieġ li jkunu permessi biss abbażi ta' data personali li hija pprovduta b'mod espliċitu mis-suġġett tad-data lill-pubblikatur tar-reklamar għall-iskop speċifiku u uniku li jirċievi reklamar politiku mmirat. F'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-fornituri jenħtieġ li ma jitolbux il-kunsens meta s-suġġett tad-data jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona b'mezzi awtomatizzati bl-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi. F'każ li s-suġġetti tad-data jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu, jew ikun irtira l-kunsens tiegħu, jenħtieġ li jingħata għażliet ġusti u raġonevoli oħra biex jaċċessa s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni. Ir-rifjut tal-għoti tal-kunsens jenħtieġ li ma jkunx aktar diffiċli jew jieħu aktar ħin għas-suġġett tad-data mill-għoti tal-kunsens. L-ipproċessar ta' data personali osservata jew inferita, f'konformità mal-Linji Gwida 8/2020 tal-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-immirar tal-utenti tal-media soċjali, jenħtieġ li ma jkunx permess. Mingħajr tali restrizzjoni imposta fuq it-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami, l-immirar u t-twassil tar-reklamar politiku abbażi ta' data personali x'aktarx li jirriżultaw f'riskju għoli għad-drittijiet u l-libertajiet tal-persuni fiżiċi.

Emenda 70

Proposta għal regolament

Premessa 47g (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47g)

Jenħtieġ li d-data personali pprovduta tinkludi biss kategoriji ta' data personali pprovduta b'mod espliċitu u attiv mis-suġġett tad-data għall-iskop speċifiku u uniku li tkun immirata b'reklamar politiku mill-kontrollur tad-data li tkun ġiet ipprovduta lilu. Jenħtieġ li s-suġġetti tad-data ma jkunux fil-mira ta' reklami politiċi minn kontrolluri tad-data li lilhom ma jkunux ipprovdew id-data personali tagħhom. Meta tiġi pprovduta d-data lill-pubblikatur, jenħtieġ li tiddaħħal fl-interfaċċa jew fis-settings tal-pubblikatur. L-ipproċessar ta' kwalunkwe data li tikkonċerna s-suġġetti tad-data li altrimenti tiġi pproċessata matul l-użu normali tas-servizz, bħal metadata, data dwar it-traffiku u dwar il-lokalizzazzjoni jew il-kontenut ta' komunikazzjonijiet, kemm personali kif ukoll pubbliċi, jenħtieġ li għalhekk jiġi eskluż.

Emenda 71

Proposta għal regolament

Premessa 47h (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47h)

Xi kandidati jew partiti politiċi b'riżorsi tajbin jistgħu jevitaw ir-restrizzjonijiet fuq tekniki tal-immirar b'servizzi interni li jwettqu kummerċjalizzazzjoni politika fuq skala kbira. Għalhekk, meta l-isponsors jipproċessaw data personali għal kummerċjalizzazzjoni politika mmirata diretta, bħal li jibagħtu posta elettronika mmirata jew messaġġi testwali, fuq skala kbira u fuq bażi sistematika, ir-restrizzjonijiet fuq it-tekniki tal-immirar jenħtieġ li japplikaw, irrispettivament minn jekk servizz huwiex involut jew le. Dan ma jaffettwax il-fatt li r-restrizzjonijiet fuq it-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami jenħtieġ li ma japplikawx biss għal komunikazzjoni diretta, inklużi posta elettronika personalizzata jew messaġġi testwali li mhumiex immirati lejn kummerċjalizzazzjoni diretta fuq skala kbira, u kontenut organiku ppubblikat bl-użu ta' servizzi intermedjarji online mingħajr remunerazzjoni għat-tqegħid, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni għall-messaġġ speċifiku.

Emenda 72

Proposta għal regolament

Premessa 47i (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47i)

Sabiex jiġu protetti l-elezzjonijiet u r-referenda u tiġi evitata kwalunkwe interferenza, manipulazzjoni u diżinformazzjoni bla bżonn, huwa meħtieġ li jiżdiedu restrizzjonijiet ulterjuri rigward l-immirar u t-twassil tar-reklami fil-perjodu immedjatament qabel l-elezzjoni jew ir-referenda. Fis-60 jum qabel kwalunkwe elezzjoni jew referendum, it-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami fil-kuntest tar-reklamar politiku li jinvolvi d-data personali pprovduta jenħtieġ li jkunu strettament limitati għall-użu tal-lokalizzazzjoni u l-lingwi mitkellma mis-suġġett tad-data. Il-fatt li persuna tkun votant għall-ewwel darba jista' jintuża wkoll peress li huwa importanti li jintlaħqu dawn il-persuni u li tingħatalhom informazzjoni dwar l-elezzjoni jew ir-referendum. Il-lokalizzazzjoni tas-suġġett tad-data użata biex jitwassal reklamar politiku immirat jenħtieġ li tinftiehem li tkun fil-livell tal-kostitwenza li jkun applikabbli fl-elezzjoni jew fir-referendum rilevanti; Madankollu, fl-Istati Membri li għandhom kostitwenza waħda biss fil-livell nazzjonali għall-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, il-lokalizzazzjoni tas-suġġett tad-data jista' jinftiehem f'livell reġjonali jew f'livell ekwivalenti f'konformità mal-liġi nazzjonali, għal reklamar politiku relatat ma' dawk l-elezzjonijiet.

Emenda 73

Proposta għal regolament

Premessa 47j (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47j)

Il-projbizzjoni u r-restrizzjonijiet rigward l-ipproċessar ta' data personali għar-reklamar politiku jenħtieġ li ma jipprevjenux lill-isponsors, lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku jew lill-fornituri ta' servizzi ta' reklamar, inklużi pjattaformi online, milli juru reklamar politiku online abbażi ta' informazzjoni kuntestwali, inkluż kliem ewlieni. Din il-limitazzjoni hija proporzjonata fid-dawl tal-fatt li l-isponsors għandhom aċċess għal perkorsi oħra għar-reklamar politiku tagħhom, b'mod partikolari permezz ta' mmirar kuntestwali online u permezz ta' media alternattiva offline. Din il-limitazzjoni tikkonforma mad-dritt li jagħti informazzjoni u ideat ta' interess ġenerali li l-pubbliku huwa intitolat li jirċievi minħabba li dan id-dritt jista' jiġi ċirkoskritt f'ċerti ċirkostanzi, jekk iċ-ċirkoskrizzjoni titwettaq b'mod raġonevoli, bir-reqqa u in bona fide, u jekk tkun proporzjonata u ġġustifikata minn raġunijiet rilevanti u suffiċjenti, b'mod partikolari, għall-protezzjoni tad-drittijiet ta' oħrajn.

Emenda 74

Proposta għal regolament

Premessa 47k (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47k)

Meta jagħżlu parametri mmirati, l-isponsors jiddelinjaw udjenza potenzjali għar-reklamar politiku tagħhom. Madankollu, skont il-baġit li jiddedikaw għall-kampanja ta' reklamar tagħhom, ir-reklamar politiku tagħhom mhux neċessarjament se jilħaq udjenza potenzjali sħiħa bħal din. Il-pubblikatur se jkollu jagħżel lil min, minn dik l-udjenza potenzjali, se jirċievi effettivament ir-reklam politiku. Sabiex jiġi evitat il-ħolqien ta' kmamar tal-eku u ta' bżieżaq ta' filtri u biex jiġu evitati varjazzjonijiet demografiċi abbażi ta' razza jew ġeneru, li jirriżultaw f'forom ta' diskriminazzjoni, jenħtieġ li l-pjattaformi online ma jitħallewx iwasslu reklamar politiku b'mod selettiv fi ħdan l-udjenzi potenzjali fil-mira abbażi ta' pproċessar ulterjuri ta' data personali. Għalhekk, ir-riċevituri attwali tar-reklam politiku jenħtieġ li jintgħażlu biss b'mod aleatorju mill-pubblikatur, mingħajr ebda pproċessar ulterjuri ta' data personali.

Emenda 75

Proposta għal regolament

Premessa 47l (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(47l)

L-obbligi ta' trasparenza estensivi previsti f'dan ir-Regolament se jgħinu wkoll biex jagħmluha impossibbli li jiġu pproklamati messaġġi mhux innutati, opposti u polarizzanti lil partijiet speċifiċi tal-elettorat, minħabba li l-għassiesa, is-soċjetà ċivili, il-ġurnalisti u partijiet oħra tal-elettorat se jkunu jistgħu jwettqu l-iskrutinju tagħhom.

Emenda 76

Proposta għal regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)

It-tekniki tal-immirar u tal-amplifikazzjoni fil-kuntest tar-reklamar politiku li jinvolvu l-ipproċessar tad-data msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 jenħtieġ għalhekk li jiġu pprojbiti. L-użu ta' tekniki bħal dawn jenħtieġ li jkun permess biss meta jitwettaq mill-kontrollur, jew minn persuna li taġixxi f'ismu, abbażi tal-kunsens espliċitu tas-suġġett tad-data jew matul l-attivitajiet leġittimi tiegħu, b'salvagwardji xierqa minn fondazzjoni, minn assoċjazzjoni jew minn korp ieħor mingħajr skop ta' qligħ b'għan politiku, filosofiku jew reliġjuż, jew ta' trade union, u bil-kundizzjoni li l-ipproċessar ikun relatat biss mal-membri jew mal-eks membri tal-korp jew ma' persuni li jkollhom kuntatt regolari miegħu b'rabta mal-finijiet tiegħu, u li d-data personali ma tiġix żvelata barra minn dak il-korp mingħajr il-kunsens tas-suġġetti tad-data. Dan jenħtieġ li jkun akkumpanjat minn salvagwardji speċifiċi. Il-kunsens jenħtieġ li jinftiehem bħala kunsens skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE) 2018/1725. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx possibbli li wieħed jibbaża fuq l-eċċezzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 9(2), il-punti (b), (c), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 10(2), il-punti (b), (c), (e), (f), (g), (h), (i) u (j) tar-Regolament (UE) 2018/1725 rispettivament għall-użu ta' tekniki tal-immirar u tal-amplifikazzjoni għall-pubblikazzjoni, il-promozzjoni jew id-disseminazzjoni tar-reklamar politiku li jinvolvi pproċessar tad-data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/725.

imħassar

Emenda 77

Proposta għal regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)

Sabiex jiġu żgurati trasparenza u akkontabbiltà aħjar, meta jagħmlu użu minn tekniki tal-mmirar u tal-amplifikazzjoni fil-kuntest tar-reklamar politiku li jinvolvi l-ipproċessar tad-data personali, il-kontrolluri jenħtieġ li jimplimentaw salvagwardji addizzjonali. Għandhom jadottaw u jimplimentaw politika li tiddeskrivi l-użu ta' dawn it-tekniki biex jimmiraw lejn individwi jew jamplifikaw il-kontenut tagħhom u jżommu rekord tal-attivitajiet rilevanti tagħhom. Meta jippubblikaw, jippromwovu jew jiddessiminaw reklam politiku li jagħmel użu minn tekniki tal-immirar u tal-amplifikazzjoni , il-kontrolluri jenħtieġ li jipprovdu, flimkien mar-reklam politiku, informazzjoni sinifikanti biex jippermettu lill-individwu kkonċernat jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tal-immirar użat, u l-użu tad-data ta' terzi u tekniki analitiċi addizzjonali, inkluż jekk l-immirar tar-reklamar kienx ottimizzat aktar matul il-konsenja.

(49)

Sabiex jiġu żgurati trasparenza u akkontabbiltà aħjar, meta jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar u t-twassil tar-reklami fil-kuntest tar-reklamar politiku li jinvolvi l-ipproċessar tad-data personali pprovduta , il-kontrolluri jenħtieġ li jimplimentaw salvagwardji addizzjonali. Jenħtieġ li jadottaw u jimplimentaw politika li tiddeskrivi l-użu ta' dawn it-tekniki biex jimmiraw lejn individwi jew iwasslu l-kontenut tar-reklam tagħhom , jagħmlu l-valutazzjonijiet annwali tar-riskju tal-użu ta' dawn it-tekniki dwar id-drittijiet u  l-libertajiet fundamentali tal-individwi u s-soċjetà kollha kemm hi u jżommu rekord tal-attivitajiet rilevanti tagħhom. Meta jippubblikaw, jippromwovu , iwasslu jew jiddessiminaw reklam politiku li jagħmel użu minn tekniki tal-immirar, il-kontrolluri jenħtieġ li jipprovdu, flimkien mar-reklam politiku, informazzjoni sinifikanti biex jippermettu lill-individwu kkonċernat jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tal-immirar użat, u l-użu tad-data ta' terzi u tekniki analitiċi addizzjonali, inkluż jekk l-immirar tar-reklamar kienx ottimizzat aktar matul il-konsenja.

Emenda 78

Proposta għal regolament

Premessa 50

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(50)

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni jenħtieġ li jinkludu, fl-avviż ta' trasparenza tagħhom, l-informazzjoni meħtieġa biex l-individwu kkonċernat ikun jista' jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tat-teknika użata, u l-użu tad-data ta' terzi u ta' tekniki analitiċi addizzjonali użati u link għall-politika rilevanti tal-kontrollur . F'każ li l-kontrollur ikun differenti mill-pubblikatur tar-reklamar, il-kontrollur jenħtieġ li jittrażmetti lill-pubblikatur tar-reklamar politiku l-politika interna jew referenza għaliha. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar jenħtieġ li, kif meħtieġ, jittrażmettu lill-pubblikatur tar-reklamar politiku l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-provvista ta' din l-informazzjoni tista' tkun awtomatizzata u integrata fil-proċessi kummerċjali ordinarji abbażi ta' standards.

(50)

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar jew tat-twassil tar-reklami jenħtieġ li jinkludu, fl-avviż ta' trasparenza tagħhom, l-informazzjoni meħtieġa biex l-individwu kkonċernat ikun jista' jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tat-teknika użata, u l-użu tad-data ta' terzi u ta' tekniki analitiċi addizzjonali użati u link għall-politika rilevanti tas-servizz tar-reklamar politiku . F'każ li l-fornitur tas-servizz tar-reklamar politiku jkun differenti mill-pubblikatur tar-reklamar, il-fornitur tas-servizz jenħtieġ li jittrażmetti lill-pubblikatur tar-reklamar politiku l-politika interna jew referenza għaliha. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar jenħtieġ li, kif meħtieġ, jittrażmettu lill-pubblikatur tar-reklamar politiku l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-provvista ta' din l-informazzjoni tista' tkun awtomatizzata u integrata fil-proċessi kummerċjali ordinarji abbażi ta' standards.

Emenda 79

Proposta għal regolament

Premessa 51

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(51)

Sabiex l-individwi jingħataw aktar is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data, il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni addizzjonali u għodod effettivi lis-suġġett tad-data kkonċernat biex jappoġġaw l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom skont il-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż biex joġġezzjonaw jew jirtiraw il-kunsens tagħhom meta jkunu fil-mira ta' reklam politiku. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli direttament mill-avviż ta' trasparenza. L-għodod li huma disponibbli għall-individwi biex jappoġġaw l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom jenħtieġ li jkunu effettivi biex jipprevjenu li individwu jkun fil-mira ta' reklamar politiku, kif ukoll biex jipprevjenu l-immirar abbażi ta' kriterji speċifiċi u minn kontrollur speċifiku wieħed jew aktar.

(51)

Sabiex l-individwi jingħataw aktar is-setgħa li jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom tal-protezzjoni tad-data, il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jenħtieġ li jipprovdu informazzjoni addizzjonali u għodod effettivi lis-suġġett tad-data kkonċernat biex jappoġġaw l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom skont il-qafas legali tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data, inkluż biex jirtiraw il-kunsens tagħhom meta jkunu fil-mira ta' reklam politiku. Din l-informazzjoni jenħtieġ li tkun faċilment aċċessibbli direttament mill-avviż ta' trasparenza. L-għodod li huma disponibbli għall-individwi biex jappoġġaw l-eżerċitar tad-drittijiet tagħhom jenħtieġ li jkunu effettivi biex jipprevjenu li individwu jkun fil-mira ta' reklamar politiku, kif ukoll biex jipprevjenu l-immirar abbażi ta' kriterji speċifiċi u minn kontrollur speċifiku wieħed jew aktar.

Emenda 80

Proposta għal regolament

Premessa 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(52)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tħeġġeġ it-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta kif imsemmi fl-Artikolu 40 tar-Regolament (UE) 2016/679 biex tappoġġa l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data f'dan il-kuntest.

(52)

Il-Kummissjoni jenħtieġ li tfassal linji gwida biex tappoġġa l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data f'dan il-kuntest.

Emenda 81

Proposta għal regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta f'konformità mar-rekwiżiti kollha applikabbli għall-użu ta' tekniki tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ppreżentata f'format li jkun faċilment aċċessibbli, viżibbli b'mod ċar u faċli għall-utent, inkluż permezz tal-użu ta' lingwaġġ sempliċi.

(53)

L-informazzjoni li trid tiġi pprovduta f'konformità mar-rekwiżiti kollha applikabbli għall-użu ta' tekniki tal-immirar u  t-twassil tar-reklami skont dan ir-Regolament jenħtieġ li tiġi ppreżentata f'format li jkun faċilment aċċessibbli, kompluta, viżibbli b'mod ċar u faċli għall-utent, inkluż permezz tal-użu ta' lingwaġġ sempliċi u xieraq għall-persuni b'diżabilità .

Emenda 82

Proposta għal regolament

Premessa 54

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(54)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-immirar lejn entitajiet interessati oħra. Ir-reġim applikabbli jenħtieġ li jkun konsistenti mar-reġim għat-trażmissjoni ta' informazzjoni relatata mar-rekwiżiti ta' trasparenza.

(54)

Huwa xieraq li jiġu stabbiliti regoli dwar it-trażmissjoni ta' informazzjoni dwar l-immirar u t-twassil tar-reklami lejn entitajiet interessati oħra. Ir-reġim applikabbli jenħtieġ li jkun konsistenti mar-reġim għat-trażmissjoni ta' informazzjoni relatata mar-rekwiżiti ta' trasparenza.

Emenda 83

Proposta għal regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)

Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku stabbiliti f'pajjiż terz li joffru servizzi fl-Unjoni jenħtieġ li jaħtru rappreżentant legali awtorizzat fl-Unjoni biex jippermetti sorveljanza effettiva ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawk il-fornituri. Ir-rappreżentant legali jista' jkun dak maħtur abbażi tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679) jew ir-rappreżentant maħtur abbażi tal-Artikolu  11 tar-Regolament (UE)  2021/xxx [id-DSA] .

(55)

Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku stabbiliti f'pajjiż terz li joffru servizzi fl-Unjoni jenħtieġ li jaħtru rappreżentant legali awtorizzat fl-Unjoni li jkun irreġistrat mal-punt uniku ta' kuntatt nazzjonali, biex jippermetti sorveljanza effettiva ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' dawk il-fornituri. Ir-rappreżentant legali jista' jkun dak maħtur abbażi tal-Artikolu 27 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew ir-rappreżentant maħtur abbażi tal-Artikolu  13 tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) . Jenħtieġ li l-Istati Membri jżommu reġistru disponibbli għall-pubbliku tar-rappreżentanti legali kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom skont dan ir-Regolament, u jenħtieġ li l-Kummissjoni żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku u faċilment aċċessibbli tar-rappreżentanti legali rreġistrati fl-Unjoni.

Emenda 84

Proposta għal regolament

Premessa 56

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(56)

Fl-interess tas-superviżjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza jiġu fdati bil-kompetenza li jimmonitorjaw u jinfurzaw ir-regoli rilevanti. Skont is-sistema legali ta' kull Stat Membru u f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] , jistgħu jinħatru awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali differenti għal dan il-għan.

(56)

Fl-interess tas-superviżjoni effettiva ta' dan ir-Regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet ta' sorveljanza jiġu fdati bil-kompetenza li jimmonitorjaw u jinfurzaw ir-regoli rilevanti u li jingħataw ir-riżorsi xierqa għal tali kompetenzi addizzjonali . Skont is-sistema legali ta' kull Stat Membru u f'konformità mad-dritt eżistenti tal-Unjoni inkluż ir-Regolament (UE) 2016/679 u r-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) , jistgħu jinħatru awtoritajiet ġudizzjarji jew amministrattivi nazzjonali differenti għal dan il-għan.

Emenda 85

Proposta għal regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)

Fir-rigward tas-superviżjoni ta' servizzi intermedjarji online skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li din is-superviżjoni tkun koerenti mal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] . Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali f'kull Stat Membru, skont ir-Regolament (UE) dwar is-Servizzi Diġitali, jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, ikunu responsabbli biex jiżguraw il-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet u jinvolvu ruħhom, fejn meħtieġ, f'kooperazzjoni transfruntiera ma' Koordinaturi oħra tas-Servizzi Diġitali skont il-mekkaniżmi stabbiliti fir-Regolament (UE) [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] . Fil-qafas tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun limitat għall-kooperazzjoni nazzjonali bejn il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali [u jenħtieġ li ma jinkludix l-eskalazzjoni għal-livell tal-Unjoni kif previst mir-Regolament (UE) [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] .

(57)

Fir-rigward tas-superviżjoni ta' servizzi intermedjarji online skont dan ir-Regolament, l-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru awtoritajiet kompetenti u jiżguraw li din is-superviżjoni tkun koerenti mal-awtoritajiet kompetenti maħtura skont l-Artikolu 38 tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) . Il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali f'kull Stat Membru, skont ir-Regolament (UE) 2022/2065 dwar is-Servizzi Diġitali, jenħtieġ li, fi kwalunkwe każ, ikunu responsabbli biex jiżguraw il-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward ta' dawk il-kwistjonijiet u jinvolvu ruħhom, fejn meħtieġ, f'kooperazzjoni transfruntiera ma' Koordinaturi oħra tas-Servizzi Diġitali skont il-mekkaniżmi stabbiliti fir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) . Fil-qafas tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, dan il-mekkaniżmu jenħtieġ li jkun limitat għall-kooperazzjoni nazzjonali bejn il-Koordinaturi tas-Servizzi Diġitali [u jenħtieġ li ma jinkludix l-eskalazzjoni għal-livell tal-Unjoni kif previst mir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) .

Emenda 86

Proposta għal regolament

Premessa 58

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(58)

Għas-sorveljanza ta' dawn l-aspetti ta' dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679, jenħtieġ li l-Istati Membri taħt ir-Regolament (UE) 2018/725 jaħtru awtoritajiet kompetenti. Biex jiġu appoġġati ż-żamma tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi u l-fiduċja pubblika fis-sorveljanza tar-reklamar politiku, huwa meħtieġ li dawn l-awtoritajiet ikunu strutturalment indipendenti minn intervent estern jew minn pressjoni politika u jkollhom is-setgħa xierqa li jimmonitorjaw u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7. L-Istati Membri jistgħu jaħtru, b'mod partikolari, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

(58)

Għas-sorveljanza ta' dawn l-aspetti ta' dan ir-Regolament li ma jaqgħux taħt il-kompetenza tal-awtoritajiet superviżorji skont ir-Regolament (UE) 2016/679, ir-Regolament (UE) 2018/725 u r-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw u jinfurzaw ir-regoli rilevanti . Biex jiġu appoġġati ż-żamma tad-drittijiet u l-libertajiet fundamentali, l-istat tad-dritt, il-prinċipji demokratiċi u l-fiduċja pubblika fis-sorveljanza tar-reklamar politiku, huwa meħtieġ li dawn l-awtoritajiet ikunu strutturalment indipendenti minn intervent estern jew minn pressjoni politika u jkollhom is-setgħa xierqa li jimmonitorjaw u jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw il-konformità ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7. L-Istati Membri jistgħu jaħtru, b'mod partikolari, l-awtoritajiet jew il-korpi regolatorji nazzjonali skont l-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (13).

Emenda 87

Proposta għal regolament

Premessa 58a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(58a)

Għall-fini tal-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom skont dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti msemmija fl-Artikolu 15 il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jenħtieġ li jiġu pprovduti b'riżorsi suffiċjenti.

Emenda 88

Proposta għal regolament

Premessa 59

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(59)

Fejn diġà jeżistu regoli skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-provvista ta' informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet u bejniethom, bħall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] , jew dawk li jinsabu fir-Regolament (UE) 2016/679, dawk ir-regoli jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

(59)

Fejn diġà jeżistu regoli skont id-dritt tal-Unjoni dwar il-provvista ta' informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti u l-kooperazzjoni ma' dawk l-awtoritajiet u bejniethom, bħall-Artikolu 9 tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) , jew dawk li jinsabu fir-Regolament (UE) 2016/679, dawk ir-regoli jenħtieġ li japplikaw mutatis mutandis għad-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament.

Emenda 89

Proposta għal regolament

Premessa 60

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(60)

L-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkooperaw ma' xulxin kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE billi jagħmlu l-aħjar użu mill-istrutturi eżistenti inklużi n-networks ta' kooperazzjoni nazzjonali, in-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni C(2018) 5949 final, u l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva stabbilit skont id-Direttiva 2010/13/UE. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż billi tidentifika b'mod konġunt il-ksur, taqsam is-sejbiet u l-għarfien espert, u tikkoordina dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli rilevanti.

(60)

L-awtoritajiet kompetenti għas-sorveljanza ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkooperaw ma' xulxin kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll fil-livell tal-UE billi jagħmlu l-aħjar użu mill-istrutturi eżistenti inklużi n-networks ta' kooperazzjoni nazzjonali, in-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet kif imsemmi fir-Rakkomandazzjoni C(2018) 5949 final, il-Bord Ewropew għas-Servizzi Diġitali kif imsemmi fir-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u l-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva stabbilit skont id-Direttiva 2010/13/UE. Din il-kooperazzjoni jenħtieġ li tiffaċilita l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet relatati mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż billi tidentifika b'mod konġunt il-ksur, taqsam is-sejbiet u l-għarfien espert, u tikkoordina dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli rilevanti.

Emenda 90

Proposta għal regolament

Premessa 60a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(60a)

Fil-qafas tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet, jenħtieġ li jiġi stabbilit Network permanenti ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali biex iservi bħala pjattaforma għall-iskambju regolari ta' informazzjoni, u għal kooperazzjoni strutturata, bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-Kummissjoni rigward l-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva u awtoritajiet u networks rilevanti oħra.

Emenda 91

Proposta għal regolament

Premessa 61

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(61)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva tal-obbligi stabbiliti fir-regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jingħataw is-setgħa li jitolbu lill-fornituri tas-servizzi l-informazzjoni rilevanti dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku. L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti tista' tikkonċerna kampanja tar-reklamar, tkun aggregata skont is-snin jew tikkonċerna reklami speċifiċi. Sabiex jiġi żgurat li t-talbiet għal din l-informazzjoni jkunu jistgħu jiġu rrispettati b'mod effettiv u effiċjenti, u fl-istess ħin li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku ma jkunux soġġetti għal xi piż sproporzjonat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet li dawk it-talbiet jenħtieġ li jissodisfaw. Fl-interess tas-sorveljanza f'waqtha ta' proċess elettorali b'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jwieġbu malajr għat-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti, u dejjem fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-miżura. Fl-interess taċ-ċertezza legali u f'konformità mad-drittijiet tad-difiża, it-talbiet biex tiġi pprovduta informazzjoni minn awtorità kompetenti jenħtieġ li jkun fihom dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u l-informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jaħtru punti ta' kuntatt għall-interazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu elettroniċi.

(61)

Bil-għan li tiġi ffaċilitata l-applikazzjoni effettiva tal-obbligi stabbiliti fir-regolament, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet nazzjonali jingħataw is-setgħa li jitolbu lill-fornituri tas-servizzi l-informazzjoni rilevanti dwar it-trasparenza tar-reklamar politiku. L-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa lill-awtoritajiet kompetenti tista' tikkonċerna kampanja tar-reklamar, tkun aggregata skont is-snin jew tikkonċerna reklami speċifiċi. Sabiex jiġi żgurat li t-talbiet għal din l-informazzjoni jkunu jistgħu jiġu rrispettati b'mod effettiv u effiċjenti, u fl-istess ħin li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku ma jkunux soġġetti għal xi piż sproporzjonat, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti ċerti kundizzjonijiet li dawk it-talbiet jenħtieġ li jissodisfaw. Fl-interess tas-sorveljanza f'waqtha ta' proċess elettorali b'mod partikolari, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jwieġbu malajr għat-talbiet mill-awtoritajiet kompetenti, u dejjem fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-miżura. Fl-aħħar xahar qabel elezzjoni jew referendum, jenħtieġ li l-ksur ta' dan ir-Regolament jitqies li jaffettwa b'mod negattiv u gravi d-drittijiet tal-individwi u għalhekk jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jipprovdu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien żejjed u, f'każ li ma jkunux intrapriżi mikro jew żgħar, mhux aktar tard minn 48 siegħa. Fl-interess taċ-ċertezza legali u f'konformità mad-drittijiet tad-difiża, it-talbiet biex tiġi pprovduta informazzjoni minn awtorità kompetenti jenħtieġ li jkun fihom dikjarazzjoni adegwata tar-raġunijiet u l-informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jaħtru punti ta' kuntatt għall-interazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-punti ta' kuntatt jistgħu jkunu elettroniċi.

Emenda 92

Proposta għal regolament

Premessa 62

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(62)

L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru punt ta' kuntatt fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-punt ta' kuntatt jenħtieġ, jekk ikun possibbli, li jkun membru tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet. Il-punt ta' kuntatt jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti bejn l-Istati Membri fil-kompiti ta' superviżjoni u infurzar tagħhom, b'mod partikolari billi jintermedja mal-punti ta' kuntatt fi Stati Membri oħra u mal-awtoritajiet kompetenti waħedhom .

(62)

L-Istati Membri jenħtieġ li jaħtru punt ta' kuntatt nazzjonali fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament. Il-punt ta' kuntatt jenħtieġ, jekk ikun possibbli, li jkun membru tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet. Il-punt ta' kuntatt jenħtieġ li jiffaċilita l-kooperazzjoni fost l-awtoritajiet kompetenti bejn l-Istati Membri fil-kompiti ta' superviżjoni u infurzar tagħhom, b'mod partikolari billi jintermedja mal-punti ta' kuntatt fi Stati Membri oħra u mal-awtoritajiet kompetenti oħrajn .

Emenda 93

Proposta għal regolament

Premessa 63

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(63)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġi sanzjonat b'amministrattivi jew minn penali finanzjarji. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jqisu n-natura, il-gravità, ir-rikorrenza u t-tul ta' żmien tal-ksur fid-dawl tal-interess pubbliku inkwistjoni, l-ambitu u t-tip ta' attivitajiet imwettqa, kif ukoll il-kapaċità ekonomika tal-kontraventur. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies ir-rwol kruċjali li għandhom l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 7 għall-ilħuq effettiv tal-objettivi ta' dan ir-Regolament. Barra minn hekk, jenħtieġ li jqisu jekk il-fornitur tas-servizz ikkonċernat jonqos b'mod sistematiku jew rikorrenti milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inkluż billi jdewwem il-provvista ta' informazzjoni lill-entitajiet interessati, kif ukoll, fejn rilevanti, jekk il-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku huwiex attiv f'diversi Stati Membri. Il-penali finanzjarji u l-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi f'kull każ, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-provvista ta' salvagwardji proċedurali suffiċjenti u aċċessibbli, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li d-dibattitu politiku jibqa' miftuħ u aċċessibbli.

(63)

L-awtoritajiet tal-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jiġi sanzjonat b'amministrattivi jew minn penali finanzjarji. Meta jagħmlu dan, jenħtieġ li jqisu n-natura, il-gravità, ir-rikorrenza u t-tul ta' żmien tal-ksur fid-dawl tal-interess pubbliku inkwistjoni, l-ambitu u t-tip ta' attivitajiet imwettqa, kif ukoll id-daqs u l-kapaċità ekonomika tal-kontraventur. F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jitqies ir-rwol kruċjali li għandhom l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu  3a, 5, 7 , 7a, 7b u 12 għall-ilħuq effettiv tal-objettivi ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li l-ksur ta' dawk l-Artikoli jitqies bħala partikolarment serju . Barra minn hekk, jenħtieġ li jqisu jekk il-fornitur tas-servizz ikkonċernat jonqos b'mod sistematiku jew rikorrenti milli jikkonforma mal-obbligi tiegħu li jirriżultaw minn dan ir-Regolament, inkluż billi jdewwem il-provvista ta' informazzjoni lill-entitajiet interessati, kif ukoll, fejn rilevanti, jekk il-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku huwiex attiv f'diversi Stati Membri. Il-penali finanzjarji u l-multi amministrattivi għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi f'kull każ, b'kunsiderazzjoni xierqa għall-provvista ta' salvagwardji proċedurali suffiċjenti u aċċessibbli, u b'mod partikolari biex jiġi żgurat li d-dibattitu politiku jibqa' miftuħ u aċċessibbli.

Emenda 94

Proposta għal regolament

Premessa 63a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(63a)

Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar il-penali, inklużi multi amministrattivi u penali finanzjarji, applikabbli għall-ksur ta' dan ir-Regolament u jenħtieġ li jiżguraw li dawk ir-regoli jiġu infurzati b'mod effettiv. Jenħtieġ li l-multi u l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll ħlasijiet perjodiċi ta' penali għal ksur serju u ripetut ta' dan ir-Regolament. Fil-livell tal-Unjoni, jenħtieġ li n-Network tal-Punti ta' Kuntatt Nazzjonali jiffaċilita l-iżvilupp ta' approċċ armonizzat dwar is-sanzjonijiet applikabbli fil-livell nazzjonali.

Emenda 95

Proposta għal regolament

Premessa 65

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(65)

L-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw it-tul ta' żmien eżatt tal-perjodi elettorali tagħhom, stabbiliti skont it-tradizzjonijiet elettorali tagħhom, minn kmieni biżżejjed qabel il-bidu tal-kalendarju elettorali.

(65)

L-Istati Membri jenħtieġ li jippubblikaw it-tul ta' żmien eżatt tal-perjodi elettorali tagħhom, stabbiliti skont il-leġiżlazzjoni u t-tradizzjonijiet elettorali tagħhom, minn kmieni biżżejjed qabel il-bidu tal-kalendarju elettorali.

Emenda 96

Proposta għal regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)

Fi żmien sentejn wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport pubbliku dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis ukoll l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' elezzjonijiet u referenda oħra oħrajn li jseħħu fl-Unjoni. Ir-rapport jenħtieġ li jirrevedi, inter alia, l-adegwatezza kontinwa tad-dispożizzjonijiet tal-annessi ta' dan ir-Regolament u jqis il-ħtieġa għar-reviżjoni tagħhom.

(67)

Fi żmien sentejn wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni jenħtieġ li tippreżenta rapport pubbliku dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament. Fit-tħejjija ta' dan ir-rapport, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament fil-kuntest ta' elezzjonijiet u referenda oħra oħrajn li jseħħu fl-Unjoni. Ir-rapport jenħtieġ li jirrevedi, inter alia, l-adegwatezza kontinwa tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u  tal-annessi tiegħu u jqis il-ħtieġa għar-reviżjoni tagħhom. B'mod partikolari, jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta l-adegwatezza tal-kamp ta' applikazzjoni u tad-definizzjonijiet u l-effettività tal-obbligi, id-dispożizzjonijiet dwar il-governanza u l-infurzar, inkluż fid-dawl tal-progress teknoloġiku, l-iżviluppi tas-suq u l-evidenza xjentifika ġdida.

Emenda 97

Proposta għal regolament

Premessa 68a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(68a)

Fl-interess li jiġi żgurat li jiġi pprovdut livell għoli ta' trasparenza u protezzjoni tad-data personali individwali msaħħa għar-reklamar politiku fil-kuntest tal-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew tal-2024, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jenħtieġ li jiżguraw li r-rekwiżiti ta' tikkettar u ta' avviż ta' trasparenza jiġu rrispettati immedjatament, minkejja d-disponibbiltà ta' elementi supplimentari li għandhom jiġu pprovduti mill-Kummissjoni. Jenħtieġ li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw id-disponibbiltà tal-avviżi ta' trasparenza minkejja d-disponibbiltà ta' repożitorju Ewropew għar-reklamar politiku online.

Emenda 98

Proposta għal regolament

Premessa 70

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(70)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti b'mod partikolari mid-Direttiva 2000/31/KE, inklużi r-regoli ta' responsabbiltà għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva kif immodifikati mir-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] , ir-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Swieq Diġitali] , id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (UE) XXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika], kif ukoll id-Direttiva (UE)  2010/13 , id-Direttiva 2000/31/KE, id-Direttiva  2002/58/KE , id-Direttiva 2005/29/KE, id-Direttiva 2011/83/UE, id-Direttiva 2006/114/KE, id-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) 2019/1150.

(70)

Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għar-regoli stabbiliti b'mod partikolari mid-Direttiva 2000/31/KE, inklużi r-regoli ta' responsabbiltà għall-fornituri tas-servizzi intermedjarji fl-Artikoli 12 sa 15 ta' dik id-Direttiva kif immodifikati mir-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) , ir-Regolament (UE)  2022/1925 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali) , kif ukoll id-Direttiva (UE)  2010/13/UE , id-Direttiva 2000/31/KE, id-Direttiva  2000/31/KE , id-Direttiva 2005/29/KE, id-Direttiva 2011/83/UE, id-Direttiva 2006/114/KE, id-Direttiva 2006/123/KE u r-Regolament (UE) 2019/1150. Dan ir-Regolament jenħtieġ li jikkomplementa l-acquis tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data, b'mod partikolari r-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725 u d-Direttiva 2002/58/KE u jipprevedi regoli speċifiċi dwar il-protezzjoni tad-data tagħhom. Dan ir-Regolament ma jipprevedix bażi legali li tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tal-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) 2018/1725 għall-ipproċessar ta' data personali għall-fini ta' reklamar politiku.

Emenda 99

Proposta għal regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fil-XX XX 2022.

(71)

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ġie kkonsultat f'konformità mal-Artikolu 42(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 u ta opinjoni fl- 20 ta' Jannar  2022.

Emenda 100

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi:

1.   Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli armonizzati dwar :

Emenda 101

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

obbligi armonizzati ta' trasparenza għall-fornituri tar-reklamar politiku u ta' servizzi relatati biex iżommu, jiżvelaw u jippubblikaw informazzjoni marbuta mal-provvista ta' tali servizzi;

(a)

il-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku, u dwar it-trasparenza u d-diliġenza dovuta għall-isponsors u l-fornituri ta' servizzi ta' reklamar politiku, li jirrikjeduhom jipprovdu, jiġbru, iżommu, jiżvelaw u jippubblikaw informazzjoni marbuta mal-provvista fis-suq intern ta' tali servizzi;

Emenda 102

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

regoli armonizzati dwar l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni fil-kuntest tal-pubblikazzjoni , id-disseminazzjoni jew il-promozzjoni tar-reklamar politiku li jinvolvi l-użu ta' data personali.

(b)

l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tat-twassil tar-reklam b'rabta mat-tħejjija , it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil jew id-disseminazzjoni tar-reklamar politiku , fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku, li jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali;

Emenda 103

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

is-superviżjoni u l-infurzar ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-kooperazzjoni u tal-koordinazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti.

Emenda 104

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għar-reklamar politiku mħejji , imqiegħed, promoss, ippubblikat jew disseminat fl-Unjoni, jew dirett lejn individwi fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tal-fornitur tas-servizzi ta' reklamar, u irrispettivament mill-mezzi użati.

2.   Dan ir-Regolament għandu japplika għar-reklamar politiku li hu sponsorjat , imħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat , imwassal jew disseminat fl-Unjoni, jew li hu dirett lejn individwi fi Stat Membru wieħed jew aktar, irrispettivament mill-post tal-istabbiliment tal-isponsor jew tal-fornitur tas-servizzi ta' reklamar ikkonċernat , u irrispettivament mill-mezzi użati.

Emenda 105

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-fehmiet u l-opinjonijiet politiċi u kontenut editorjali ieħor espress taħt ir-responsabbiltà editorjali ta' fornitur tas-servizzi tal-media m'għandhomx jitqiesu bħala reklamar politiku sakemm ma jiġix ipprovdut ħlas speċifiku jew remunerazzjoni oħra għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil jew id-disseminazzjoni tagħhom minn partijiet terzi.

Emenda 106

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

li jikkontribwixxi għall-funzjonament xieraq tas-suq intern għar-reklamar politiku u s-servizzi relatati;

(a)

li jikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni u l-funzjonament xieraq ta' suq intern trasparenti, sikur, prevedibbli u affidabbli għar-reklamar politiku u s-servizzi relatati;

Emenda 107

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

li jipproteġi lill-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali.

(b)

li jipproteġi d-drittijiet u l-libertajiet fundamentali minquxa fid-dritt tal-Unjoni u d-dritt nazzjonali, inklużi dawk minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, u, b'mod partikolari, jipproteġi lill-persuni fiżiċi fir-rigward tad-dritt għall-privatezza u tal-ipproċessar tad-data personali.

Emenda 108

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

id-Direttiva 2002/58/KE u r-Regolament (UE) XXX [ir-Regolament dwar il-Privatezza Elettronika] ;

(b)

id-Direttiva 2002/58/KE;

Emenda 109

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

id-Direttiva  (UE) 2010/13 ;

(f)

id-Direttiva  2010/13/UE ;

Emenda 110

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt i

1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i)

ir-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] .

(i)

ir-Regolament (UE)  2022/2065 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Ottubru 2022 dwar Suq Uniku għas-Servizzi Diġitali u li jemenda d-Direttiva 2000/31/KE (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), ĠU L 277, 27.10.2022, p .  1 ;

Emenda 111

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4 – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)

Ir-Regolament (UE) 2022/1925 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Settembru 2022 dwar swieq kontestabbli u ġusti fis-settur diġitali u li jemenda d-Direttivi (UE) 2019/1937 u (UE) 2020/1828 (l-Att dwar is-Swieq Diġitali), ĠU L 265, 12.10.2022, p. 1.

Emenda 112

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Ir-regoli tal-protezzjoni tad-data dwar l-ipproċessar ta' data personali previsti f'dan ir-Regolament għandhom jitqiesu bħala regoli speċifiċi għall-protezzjoni tad-data għar-regoli ġenerali stabbiliti fir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725. L-ebda waħda mid-dispożizzjonijiet f'dan ir-Regolament ma tista' tiġi applikata jew interpretata b'tali mod li tnaqqas jew tillimita l-livell ta' protezzjoni offrut mid-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u l-protezzjoni tad-data personali u mid-dritt għal-libertà tal-espressjoni kif protett fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u fid-dritt tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza, b'mod partikolari mir-Regolamenti (UE) 2016/679 u (UE) 2018/1725.

Emenda 113

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b.     Dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwax il-kontenut tar-reklamar politiku jew ir-regoli tal-Unjoni jew tal-Istati Membri li jirregolaw il-kontenut tar-reklamar politiku, tal-perjodi elettorali u tal-organizzazzjoni u t-tmexxija ta' kampanji politiċi.

Emenda 114

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.

“reklamar politiku” tfisser it-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni, bi kwalunkwe mezz, ta' messaġġ:

2.

“reklamar politiku” tfisser it-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil jew id-disseminazzjoni, bi kwalunkwe mezz, ta' messaġġ:

Emenda 115

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

li jista' jinfluwenza r-riżultat ta' elezzjoni jew referendum, proċess leġiżlattiv jew regolatorju jew imġiba ta' votazzjoni .

(b)

li jista' jinfluwenza imġiba ta' votazzjoni jew ir-riżultat ta' elezzjoni, referendum, jew proċess leġiżlattiv jew regolatorju.

Emenda 116

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 –punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

kandidat għal kwalunkwe uffiċċju elett fil-livell Ewropew , nazzjonali, reġjonali u lokali, jew għal waħda mill-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi ħdan partit politiku;

(d)

kandidat għal kwalunkwe uffiċċju elett , jew detentur tiegħu, fil-livell tal-Unjoni , nazzjonali, reġjonali u lokali, jew għal waħda mill-pożizzjonijiet ta' tmexxija fi ħdan partit politiku;

Emenda 117

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 –punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

uffiċjal elett f'istituzzjoni pubblika fil-livell Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali;

imħassar

Emenda 118

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 –punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

membru mhux elett tal-gvern fil-livell Ewropew , nazzjonali, reġjonali jew lokali;

(f)

membru mhux elett tal-gvern fil-livell tal-Unjoni , nazzjonali, reġjonali jew lokali;

Emenda 119

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 –punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)

organizzazzjoni ta' kampanja politika b'personalità ġuridika jew mingħajrha, stabbilita biex tikseb riżultat speċifiku f 'elezzjoni jew f'referendum ;

(g)

organizzazzjoni ta' kampanja politika b'personalità ġuridika jew mingħajrha, stabbilita biex tinfluwenza r-riżultat ta ' elezzjoni , referendum jew proċess leġiżlattiv jew regolatorju ;

Emenda 120

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4 –punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrappreżenta jew taġixxi f'isem kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni fil-punti (a) sa (g), li tippromwovi l-objettivi politiċi ta' kwalunkwe wieħed minnhom.

(h)

kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li tirrappreżenta jew taġixxi f'isem kwalunkwe persuna jew organizzazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (g), li tippromwovi l-objettivi politiċi ta' kwalunkwe wieħed minnhom.

Emenda 121

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.

“servizz ta' reklamar politiku” tfisser servizz li jikkonsisti minn reklamar politiku bl-eċċezzjoni ta' servizz intermedjarju online skont it-tifsira tal-Artikolu  2(f ) tar-Regolament (UE)  2021/XXX [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] li jiġi pprovdut mingħajr remunerazzjoni għat-tqegħid , il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni għall-messaġġ speċifiku;

5.

“servizz ta' reklamar politiku” tfisser servizz li jikkonsisti minn reklamar politiku bl-eċċezzjoni ta' servizz intermedjarju online skont it-tifsira tal-Artikolu  3, il-punt (g ) tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) li jiġi pprovdut mingħajr remunerazzjoni għat-tħejjija , it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil jew id-disseminazzjoni għall-messaġġ speċifiku;

Emenda 122

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.

“fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika involuta fil-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku, bl-eċċezzjoni ta' servizzi purament anċillari;

Emenda 123

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.

“kampanja tar-reklamar politiku” tfisser it-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni jew id-disseminazzjoni ta' sensiela ta' reklami relatati matul kuntratt għar-reklamar politiku, abbażi ta' tħejjija, sponsorizzazzjoni jew finanzjament komuni;

6.

“kampanja tar-reklamar politiku” tfisser it-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil jew id-disseminazzjoni ta' sensiela ta' reklami relatati matul kuntratt għar-reklamar politiku, abbażi ta' tħejjija, sponsorizzazzjoni jew finanzjament komuni;

Emenda 124

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.

“pjattaforma online kbira ħafna” tfisser pjattaforma online ddeżinjata bħala pjattaforma online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali);

Emenda 125

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6b.

“magna tat-tiftix online kbira ħafna” tfisser magna tat-tiftix online ddeżinjata bħala magna tat-tiftix online kbira ħafna skont l-Artikolu 33(4) tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali);

Emenda 126

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.

“sponsor” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha jitħejja, jitqiegħed, jiġi ppubblikat jew jiġi disseminat reklamar politiku;

7.

“sponsor” tfisser il-persuna fiżika jew ġuridika li f'isimha jitħejja, jitqiegħed, jiġi promoss, jiġi ppubblikat , jiġi mwassal jew jiġi disseminat reklamar politiku;

Emenda 127

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.

“tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni ” tfisser tekniki li jintużaw jew biex jiġi indirizzat reklam politiku mfassal biss apposta għal persuna speċifika jew għal grupp ta' persuni, jew biex tiżdied iċ-ċirkolazzjoni, il-firxa jew il-viżibbiltà tar-reklamar politiku ;

8.

“tekniki tal-immirar” tfisser tekniki li jintużaw mill-isponsors, mill-pubblikaturi tar-reklamar politiku jew mill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar biex ifasslu apposta reklam politiku biss lil persuna speċifika jew lil grupp speċifiku ta' persuni jew biex jeskluduhom bl-ipproċessar ta' data personali, b'mod partikolari permezz tal-ġbir tad-data tagħhom ;

Emenda 128

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.

“tekniki tat-twassil tar-reklami” tfisser tekniki awtomatizzati tal-ipproċessar ta' data personali li tipikament jiddependu fuq algoritmi jew l-ipproċessar awtomatizzat ta' data u li jintużaw minn pubblikaturi ta' reklamar politiku jew fornituri ta' servizzi ta' reklamar politiku involuti fil-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni ta' reklami politiċi biex tiġi ddeterminata udjenza speċifika fi ħdan l-udjenza potenzjali definita mill-isponsors u l-fornituri ta' servizzi ta' reklamar, li jaġixxu f'isem l-isponsors;

Emenda 129

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.

“perjodu elettorali” tfisser il-perjodu ta' qabel jew matul jew immedjatament wara elezzjoni jew referendum fi Stat Membru u li matulu l-attivitajiet tal-kampanja jkunu soġġetti għal regoli speċifiċi;

9.

“perjodu elettorali” tfisser il-perjodu ta' qabel jew matul jew immedjatament wara elezzjoni jew referendum fi Stat Membru , bi qbil mal-leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni, u li matulu l-attivitajiet tal-kampanja jkunu soġġetti għal regoli speċifiċi;

Emenda 130

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

11.

“pubblikatur tar-reklamar politiku” tfisser persuna fiżika jew ġuridika li xxandar, tagħmel disponibbli permezz ta' interfaċċa jew li b'xi mod ieħor twassal fid-dominju pubbliku reklamar politiku permezz ta' kwalunkwe mezz;

11.

“pubblikatur tar-reklamar politiku” tfisser fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku li jqiegħed, jippromwovi, jippubblika, iwassal jew jiddissemina reklamar politiku permezz ta' kwalunkwe mezz;

Emenda 131

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (2) messaġġi minn sorsi uffiċjali rigward l-organizzazzjoni u l-modalitajiet għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda jew għall-promozzjoni tal-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda ma għandhomx jikkostitwixxu reklamar politiku.

Għall-finijiet tal-ewwel paragrafu, il-punt (2) messaġġi minn sorsi uffiċjali ma għandhomx jikkostitwixxu reklamar politiku jekk ikunu strettament limitati għat-tħabbir ta' elezzjonijiet jew referenda jew tal-modalitajiet għall-parteċipazzjoni fl-elezzjonijiet jew fir-referenda .

Emenda 132

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu, għal raġunijiet relatati mat-trasparenza, dispożizzjonijiet jew miżuri diverġenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

1.   L-Istati Membri ma għandhomx iżommu jew jintroduċu, għal raġunijiet relatati mat-trasparenza tar-reklamar politiku , dispożizzjonijiet jew miżuri diverġenti minn dawk stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda 133

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-fornimenti tas-servizzi ta' reklamar politiku ma għandhomx ikunu pprojbiti u lanqas ristretti għal raġunijiet relatati mat-trasparenza meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

2.   Il-fornimenti tas-servizzi ta' reklamar politiku ma għandhomx ikunu pprojbiti u lanqas ristretti , inkluż ġeografikament, għal raġunijiet relatati mat-trasparenza meta jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

Emenda 134

Proposta għal regolament

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

Il-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku fl-Unjoni

1.     Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku ma għandhomx jiddiskriminaw kontra l-isponsors abbażi tal-post tar-residenza tagħhom jew, fejn applikabbli, tal-post tal-istabbiliment tagħhom, meta dawk l-isponsors jitolbu, jikkonkludu jew ikollhom kuntratt għas-servizzi ta' reklamar politiku.

2.     B'eċċezzjoni għall-paragrafu 1, is-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiġu pprovduti biss lil sponsor jew fornitur tas-servizzi li jaġixxi f'isem sponsor li huwa ċittadin tal-Unjoni, jew lil persuna fiżika residenti fl-Unjoni jew lil persuna ġuridika stabbilita fl-Unjoni.

3.     Il-forniment ta' servizzi ta' reklamar politiku transfruntier lill-Partiti Politiċi Ewropej skont it-tifsira tar-Regolament [ir-Regolament dwar il-Partiti Politiċi] ma għandux ikun soġġett għal restrizzjonijiet għajr dawk previsti minn dan ir-Regolament jew atti oħra tad-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, fejn applikabbli.

Emenda 135

Proposta għal regolament

Kapitolu II – Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

OBBLIGI TA' TRASPARENZA GĦAS-SERVIZZI TA' REKLAMAR POLITIKU

OBBLIGI TA' TRASPARENZA U TA' DILIĠENZA DOVUTA GĦAS-SERVIZZI TA' REKLAMAR POLITIKU

Emenda 136

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trasparenza

Obbligi ta' trasparenza u diliġenza dovuta għas-servizzi ta' reklamar politiku

Emenda 137

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiġu pprovduti b'mod trasparenti f'konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli  5 sa 11 u  14 ta' dan ir-Regolament.

Is-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiġu pprovduti b'mod trasparenti f'konformità mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli  4 sa 11 u  l-Artikolu14 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 138

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-kuntratti konklużi għall-forniment ta' servizzi ta' reklamar politiku jistabbilixxu b'mod ċar kif id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tad-diliġenza dovuta u l-allokazzjoni tar-responsabbiltà għall-forniment, kif ukoll il-kompletezza u l-preċiżjoni tal-informazzjoni, għandhom jiġu rrispettati b'mod effettiv.

Emenda 139

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom jitolbu lill-isponsors u lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors biex jiddikjaraw jekk is-servizz tar-reklamar li jitolbu lill-fornitur tas-servizz biex iwettaq, jikkostitwixxix servizz tar-reklamar politiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5). L-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors għandhom jagħmlu tali dikjarazzjoni.

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom jitolbu lill-isponsors u lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors biex jiddikjaraw jekk is-servizz tar-reklamar li jitolbu lill-fornitur tas-servizz biex iwettaq, jikkostitwixxix servizz tar-reklamar politiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(5). L-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors għandhom jagħmlu tali dikjarazzjoni in bona fide u f'termini ċari, u għandhom ikunu responsabbli għall-preċiżjoni tagħha .

Emenda 140

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jirċievu dikjarazzjoni, minn sponsor, jew fornitur tas-servizzi ta' reklamanr li jaġixxu f'isem sponsor, dak ir-reklamar jikkostitwixxi reklamar politiku għandhom jagħmlu l-aħjar sforzi biex jiżguraw li dawk id-dikjarazzjonijiet isiru skont il-paragrafu 1 qabel ma jiġu pprovdut is-servizz.

Emenda 141

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali konklużi għall-provvista ta' servizz tar-reklamar politiku jispeċifikaw kif id-dispożizzjonijiet rilevanti ta' dan ir-Regolament jiġu rrispettati .

2.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-arranġamenti kuntrattwali konklużi għall-provvista ta' servizz tar-reklamar politiku jirrikjedu li l-isponsor u fejn applikabbli l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsor jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex ikunu konformi mal-Artikoli 6(1), 7(1) u 7a(1), kif xieraq .

 

L-isponsors għandhom jiżguraw il-preċiżjoni ta', u jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-Artikolu 6(1), il-punti (ca) u (d), l-Artikolu 7(1), il-punti (a), (b) u (ba), u l-Artikolu 7a(1), il-punti (a) u (b).

 

L-isponsors, jew fejn applikabbli l-fornituri ta' servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tal-Artikolu 6(1), il-punti (a), (b), (ba), (c) u (da) u l-Artikolu 7a(1), il-punti (c), (d) u (e), u jipprovdu l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw magħhom.

 

L-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni fil-ħin, b'mod komplut u preċiż.

Emenda 142

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom jitolbu li l-isponsors, jew il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors, li jippreżentaw dikjarazzjoni jew informazzjoni f'konformità ma' dan l-Artikolu li tkun manifestament żbaljata jikkoreġu dik id-dikjarazzjoni jew dik l-informazzjoni. L-isponsors, jew il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors, għandhom jaġixxu fuq tali talba mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 143

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b.     Fejn applikabbli, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom ifasslu u jorganizzaw l-interfaċċa online tagħhom b'mod li jippermetti lill-isponsors u lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar li jaġixxu f'isem l-isponsors, jikkonformaw mal-obbligi tagħhom kif imsemmija fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 6(1).

Emenda 144

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2c.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma wkoll Pjattaformi Online Kbar Ħafna (VLPs) u Magni tat-Tiftix Online Kbar Ħafna (VLOSEs) għandhom jidentifikaw, janalizzaw u jivvalutaw b'mod diliġenti kwlaunkwe riskju sistemiku li s-servizzi ta' reklamar politiku tagħhom joħolqu fil-kuntest tal-valutazzjonijiet tar-riskju tagħhom skont l-Artikolu 34 tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) u jistabbilixxu miżuri ta' mitigazzjoni raġonevoli, proporzjonati u effettivi skont l-Artikolu 35 tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) biex jindirizzaw dawn ir-riskji.

Emenda 145

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Identifikazzjoni ta' reklam politiku

 

Sabiex jiġi determinat jekk messaġġ jikkostitwixxix reklamar politiku skont it-tifsira tal-Artikolu 2(2)(b), għandhom jitqiesu l-karatteristiċi kollha tiegħu, u b'mod partikolari dan li ġej:

 

(a)

il-kontenut tal-messaġġ;

 

(b)

l-isponsor tal-messaġġ;

 

(c)

il-lingwa mitkellma jew miktuba użata biex jitwassal il-messaġġ;

 

(d)

il-forma tal-messaġġ jew il-mezzi li bihom il-messaġġ jiġi mħejji, imqiegħed, promoss, ippubblikat, imwassal jew disseminat;

 

(e)

l-udjenza fil-mira;

 

(f)

il-kuntest li fih jitwassal il-messaġġ, inkluż il-perjodu ta' disseminazzjoni bħal perjodi elettorali jew ta' referendum, jew disseminazzjoni tal-messaġġ waqt proċess leġiżlattiv jew regolatorju;

 

(g)

l-objettiv tal-messaġġ.

 

Il-Kummissjoni għandha tfassal gwida komuni intiża biex tikkontribwixxi għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu.

Emenda 146

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Żamma tar-rekords u trażmissjoni tal-informazzjoni

Żamma tar-rekords u trażmissjoni ta' informazzjoni lill-pubblikatur tar-reklamar politiku

Emenda 147

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom iżommu l-informazzjoni li jiġbru fil-provvista tas-servizzi tagħhom, dwar dawn li ġejjin:

1.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom iżommu l-informazzjoni li jiġbru fil-provvista tas-servizzi tagħhom, sal-punt meħtieġ biex ikunu konformi ma' dan ir-Regolament, dwar dawn li ġejjin:

Emenda 148

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

is-servizz jew is-servizzi speċifiċi pprovduti b'rabta mar-reklamar politiku;

(b)

is-servizz speċifiku jew is-servizzi speċifiċi li huma jkunu pprovdew b'rabta mar-reklamar politiku;

Emenda 149

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

id-data tal-bidu u, fejn disponibbli, il-perjodu li matulu ġew ipprovduti s-servizz jew is-servizzi;

Emenda 150

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

l-ammonti li ffatturaw għas-servizz jew għas-servizzi pprovduti, u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għas-servizz jew għas-servizzi pprovduti; u

(c)

l-ammonti li ffatturaw għas-servizz jew għas-servizzi pprovduti, u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għas-servizz jew għas-servizzi pprovduti;

Emenda 151

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

l-informazzjoni dwar l-oriġini pubblika jew privata ta' dawk l-ammonti u benefiċċji oħra, kif ukoll jekk dawn joriġinawx minn ġewwa jew minn barra l-Unjoni;

Emenda 152

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

fejn applikabbli, l-identità tal-isponsor u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu.

(d)

l-identità tal-isponsor tar-reklam politiku u d-dettalji ta' kuntatt tiegħu u, fejn applikabbli, l-identità u d-dettalji ta' kuntatt tal-persuna ġuridika jew fiżika li fl-aħħar mill-aħħar tikkontrolla lill-isponsor, u għall-persuni ġuridiċi, il-post ta' stabbiliment; u

Emenda 153

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

fejn applikabbli, indikazzjoni tal-elezzjonijiet jew tar-referenda li magħhom ikun marbut ir-reklam politiku.

Emenda 154

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun bil-miktub u  tista' tkun f'forma elettronika. Tali informazzjoni għandha tinżamm għal perjodu ta' ħames snin mid-data tal-aħħar preparazzjoni , tqegħid, pubblikazzjoni jew tixrid , skont il-każ.

2.   L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun kemm bil-miktub kif ukoll u f'forma elettronika. Tali informazzjoni għandha tinżamm f'format li jinqara mill-magni għal perjodu ta' għaxar snin mid-data tal-aħħar tħejjija , tqegħid, promozzjoni, pubblikazzjoni , twassil jew disseminazzjoni , skont il-każ.

Emenda 155

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi kkomunikata lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jiddisseminaw ir-reklam politiku biex jippermettu lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Din l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa, fil-ħin u b'mod preċiż f'konformità mal-aħjar prattiki u mal-istandards tal-industrija, permezz ta' proċess awtomatizzat standardizzat, fejn ikun teknikament possibbli .

3.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi kkomunikata fil-ħin u b'mod preċiż lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku, li jqiegħdu, jippromwovu, jippubblikaw, iwasslu jew jiddisseminaw ir-reklam politiku , sabiex jippermettu lill-pubblikaturi tar-reklamar politiku jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni miżmuma skont il-paragrafu 1 tkun kompluta u preċiża .

 

Meta l-pubblikatur tar-reklamar politiku jkun l-uniku fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku, l-isponsor għandu jikkomunika l-informazzjoni rilevanti lill-pubblikatur tar-reklamar politiku.

Emenda 156

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Meta fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jipprovdi servizz, għandu jittrażmetti wkoll lill-pubblikatur tar-reklamar politiku rilevanti l-informazzjoni miżmuma skont il-paragrafu 1 f'konformità mal-aħjar prattika u l-istandards tal-industrija, fejn teknikament possibbli permezz ta' proċess awtomatizzat standardizzat.

Emenda 157

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.     Meta l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jsiru konxji li l-informazzjoni li jkunu ttrażmettew lill-pubblikatur tar-reklamar politiku tkun ġiet aġġornata, huma għandhom jiżguraw li l-informazzjoni aġġornata tiġi kkomunikata lill-pubblikatur tar-reklamar politiku.

Emenda 158

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti ta' trasparenza għal kull reklam politiku

Rekwiżiti ta' tikkettar għar-reklami politiċi

Emenda 159

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.

Fil-kuntest tal-provvista ta' servizzi ta' reklamar politiku, kull reklam politiku għandu jkun disponibbli bl-informazzjoni li ġejja b'mod ċar, imponenti u mhux ambigwu :

1.

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jiżguraw li kull reklam politiku jkun fih l-informazzjoni li ġejja:

Emenda 160

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dikjarazzjoni li tgħid li huwa reklam politiku;

(a)

dikjarazzjoni ċara li tgħid li huwa reklam politiku:

Emenda 161

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-identità tal-isponsor tar-reklam politiku u tal-entità li fl-aħħar mill-aħħar tikkontrolla l-isponsor;

(b)

l-identità tal-isponsor tar-reklam politiku u , fejn applikabbli, tal-entità jew il-persuna li fl-aħħar mill-aħħar tikkontrolla jew tiffinanzja l-isponsor;

Emenda 162

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)

fejn applikabbli, l-elezzjoni, ir-referendum, il-proċess leġiżlattiv jew regolatorju li hu marbut magħhom ir-reklam politiku.

Emenda 163

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

avviż ta' trasparenza li jippermetti li jinftiehem il-kuntest usa' tar-reklamar politiku u l-għanijiet tiegħu, jew indikazzjoni ċara ta' fejn jista' jinkiseb faċilment.

(c)

indikazzjoni ċara ta' fejn kopja permanenti tal-avviż ta' trasparenza li jkun fih l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7a tista' tinkiseb faċilment u direttament, u, fejn meħtieġ u possibbli, aġġornament ta' dik l-indikazzjoni;

Emenda 164

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jiżguraw il-kompletezza tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1a, 1b, 1ba, u 1c u l-preċiżjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1c.

Emenda 165

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dan ir-rigward, il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jużaw tekniki effiċjenti u prominenti ta' mmarkar u ta' tikkettar li jippermettu li r-reklam politiku jiġi identifikat faċilment bħala tali u għandhom jiżguraw li l-immarkar jew it-tikkettar jibqa' fis-seħħ f'każ li reklam politiku jiġi ddessiminat aktar.

imħassar

Emenda 166

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     L-informazzjoni msemmija fil-punti (a) sa (c) tal-paragrafu 1 għandha tkun disponibbli fil-forma ta' tikketti.

 

Dawk it-tikketti għandhom ikunu prominenti, jippermettu lill-individwi jidentifikaw faċilment reklam politiku bħala tali u jibqgħu fis-seħħ f'każ li r-reklam politiku jiġi disseminat aktar.

Emenda 167

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Sa [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 sabiex tissupplimenta l-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu li jistabbilixxi tekniki standardizzati u effiċjenti għat-tikkettar tar-reklamar politiku inkluż għas-settur awdjoviżiv, il-media stampata, ir-reklamar online u offline, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi partikolari tal-mezz li bih jiġi ppubblikat.

 

Meta jiġu adottati dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandha tqis l-aħħar żviluppi teknoloġiċi u tas-suq, ir-riċerka xjentifika rilevanti u l-aħjar prattiki.

Emenda 168

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 1a ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu tikketti uniformi.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 19a(2).

Emenda 169

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     L-avviż ta' trasparenza għandu jiġi inkluż f'kull reklam politiku jew għandu jkun jista' jiġi rkuprat faċilment minnu, u għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

imħassar

(a)

l-identità tal-isponsor u d-dettalji ta' kuntatt;

 

(b)

il-perjodu li matulu r-reklam politiku jkun maħsub li jiġi ppubblikat u disseminat;

 

(c)

abbażi, fost l-oħrajn, tal-informazzjoni riċevuta f'konformità mal-Artikolu 6(3), l-informazzjoni dwar l-ammonti aggregati minfuqa jew ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u d-disseminazzjoni tar-reklamar rilevanti, u tal-kampanja tar-reklamar politiku fejn rilevanti, u s-sorsi tagħhom;

 

(d)

fejn applikabbli, indikazzjoni tal-elezzjonijiet jew tar-referenda li magħhom ikun relatat ir-reklam;

 

(e)

fejn applikabbli, links għar-repożitorji online tar-reklami;

 

(f)

informazzjoni dwar kif jintużaw il-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 9(1).

 

(g)

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta' trasparenza għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-entrati speċifiċi tad-data stabbiliti fl-Anness I.

 

Emenda 170

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jagħmlu sforzi raġonevoli biex jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 tkun kompluta, u fejn isibu li dan ma jkunx il-każ, ma għandhomx jagħmlu r-reklam politiku disponibbli.

imħassar

Emenda 171

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.     L-avviżi ta' trasparenza għandhom jinżammu aġġornati u jiġu ppreżentati f'format li jkun faċilment aċċessibbli u, fejn ikun teknikament possibbli, li jista' jinqara mill-magni, ikun viżibbli b'mod ċar u faċli għall-utent, inkluż permezz tal-użu ta' lingwaġġ sempliċi. L-informazzjoni għandha tiġi ppubblikata mill-pubblikatur tar-reklamar politiku mar-reklam politiku mal-ewwel pubblikazzjoni tiegħu sa sena wara l-aħħar pubblikazzjoni tiegħu.

imħassar

Emenda 172

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom iżommu l-avviżi ta' trasparenza tagħhom flimkien ma' kwalunkwe modifika għal perjodu ta' ħames snin wara tmiem il-perjodu msemmi fil-paragrafu 4.

imħassar

Emenda 173

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma pjattaformi online kbar ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2021/xxx [id-DSA] għandhom jiżguraw li r-repożitorji li jagħmlu disponibbli skont l-Artikolu 30 ta' dak ir-regolament [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] jagħmlu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 disponibbli għal kull reklam politiku fir-repożitorju.

imħassar

Emenda 174

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.     L-Istati Membri, inklużi l-awtoritajiet kompetenti, u l-Kummissjoni għandhom jinkoraġġixxu t-tfassil ta' kodiċijiet ta' kondotta maħsuba biex jikkontribwixxu għall-applikazzjoni xierqa ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-fornituri tas-servizzi rilevanti involuti u l-ħtiġijiet speċifiċi ta' intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE.

imħassar

Emenda 175

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-Anness I billi żżid, timmodifika jew tneħħi elementi mil-lista ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 2 fejn, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, emenda bħal din hija meħtieġa għall-kuntest usa' tar-reklamar politiku u l-għanijiet tagħha li jkunu mifhuma.

imħassar

Emenda 176

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Avviżi ta' trasparenza

 

1.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jagħmlu disponibbli l-avviż ta' trasparenza msemmi fl-Artikolu 7(1)(c), li għandu jinkludi l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)

l-identità, l-indirizz jew il-post tal-istabbiliment u d-dettalji ta' kuntatt tal-isponsor;

 

(b)

fejn applikabbli, l-identità tal-persuna jew tal-entità li fl-aħħar mill-aħħar tiffinanzja jew b'xi mod ieħor tikkontrolla l-isponsor, l-indirizz tagħha, jew il-post tal-istabbiliment tagħha u d-dettalji ta' kuntatt tagħha;

 

(c)

il-perjodu li matulu r-reklam politiku jkun maħsub li jiġi ppubblikat u disseminat;

 

(d)

l-ammonti aggregati minfuqa jew benefiċċji oħra riċevuti mill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku, inklużi dawk riċevuti mill-pubblikatur bi skambju parzjali jew sħiħ għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil u d-disseminazzjoni tar-reklamar rilevanti, u fejn rilevanti, tal-kampanja tar-reklamar politiku, u l-oriġini tal-ammonti u benefiċċji oħrajn;

 

(e)

fejn applikabbli, indikazzjoni tal-elezzjonijiet, tar-referenda, u tal-proċessi leġiżlattivi jew regolatorji li magħhom ikun konness ir-reklam;

 

(f)

kif jintużaw il-mekkaniżmi previsti fl-Artikolu 9(1);

 

(g)

jekk ir-reklam ġiex sospiż jew imwaqqaf minħabba ksur ta' dan ir-Regolament;

 

(h)

fejn applikabbli, dikjarazzjoni li tgħid li r-reklam politiku kien immirat abbażi tal-użu ta' data personali;

 

(i)

fejn applikabbli, il-gruppi speċifiċi ta' individwi fil-mira;

 

(j)

fejn applikabbli, il-kategoriji u s-sorsi ta' data personali użati għall-immirar;

 

(k)

fejn applikabbli, il-firxa tal-messaġġ politiku, u l-għadd ta' viżwalizzazzjonijiet u interazzjonijiet mar-reklam.

 

L-informazzjoni li għandha tiġi inkluża fl-avviż ta' trasparenza għandha tiġi pprovduta bl-użu tal-kampijiet tad-data speċifiċi stabbiliti fl-Anness I.

 

2.     L-isponsors għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni, li meħtieġa jipprovdu għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (a) u (b) qabel u matul il-perjodu tal-pubblikazzjoni, tat-twassil, jew tad-disseminazzjoni tar-reklam politiku.

 

L-isponsors jew, fejn applikabbli, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li jaġixxu f'isem l-isponsors għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni, li meħtieġa jipprovdu għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (c), (d) u (e) qabel u matul il-perjodu tal-pubblikazzjoni, tat-twassil, jew tad-disseminazzjoni tar-reklam politiku.

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jiżguraw il-preċiżjoni tal-informazzjoni, li meħtieġa jipprovdu għall-finijiet tal-paragrafu 1, punti (g) sa (l) qabel u matul il-perjodu tal-pubblikazzjoni, tat-twassil, jew tad-disseminazzjoni tar-reklam politiku.

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jiżguraw li l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun kompluta.

 

Meta l-isponsor jew il-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jsir jaf li kwalunkwe informazzjoni trażmessa lill-pubblikatur tar-reklamar politiku, jew ippubblikata minnu, ma tkunx kompluta jew preċiża, huwa għandu jikkuntattja, mingħajr dewmien żejjed, lill-pubblikatur tar-reklamar politiku kkonċernat u għandu jittrażmetti informazzjoni kompluta jew preċiża lil dak il-pubblikatur tar-reklamar politiku.

 

Meta l-pubblikatur tar-reklamar politiku jsir jaf li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(1) u fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma tkunx kompluta jew preċiża, huwa għandu jagħmel l-aħjar sforzi, inkluż billi jikkuntattja lill-isponsor jew lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku kkonċernati, biex jikkompleta jew jikkoreġi l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed.

 

Meta l-informazzjoni ma tkunx tista' tiġi kkompletata jew ikkoreġuta, il-pubblikatur tar-reklamar politiku ma għandux jagħmel disponibbli r-reklam politiku, jew għandu jwaqqaf mingħajr dewmien żejjed it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni, it-twassil jew id-disseminazzjoni tar-reklam politiku.

 

Il-pubblikatur tar-reklamar politiku għandu jinforma mingħajr dewmien żejjed lill-isponsors jew lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku kkonċernati dwar kwalunkwe deċiżjoni meħuda b'rabta mas-subparagrafu sebgħa ta' dan il-paragrafu.

 

3.     L-avviżi ta' trasparenza għandhom ikunu jistgħu jiġu rkuprati faċilment f'kull ħin matul il-perjodu mill-ewwel pubblikazzjoni tagħhom sal-irtirar tagħhom.

 

L-avviżi ta' trasparenza għandhom jinżammu aġġornati, jiġu ppreżentati f'format li jkun faċilment aċċessibbli u jkunu disponibbli f'format li jinqara mill-magni. Dawn għandhom jinkitbu bil-lingwa tar-reklam politiku. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li joffru servizzi fl-Unjoni għandhom jiżguraw li l-avviżi ta' trasparenza jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' aċċessibbiltà stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2019/882.

 

L-avviżi ta' trasparenza għandhom ikunu faċli għall-utent, inkluż permezz tal-użu ta' lingwaġġ sempliċi.

 

4.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom iżommu l-avviżi ta' trasparenza tagħhom flimkien ma' kwalunkwe modifika tagħhom għal perjodu ta' għaxar snin wara l-aħħar pubblikazzjoni.

 

5.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex temenda l-Anness I fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, ir-riċerka xjentifika rilevanti, il-prattiki tas-suq, il-prattiki superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti u l-gwida rilevanti maħruġa mill-korpi kompetenti.

 

6.     Sa … [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tissupplimenta r-rekwiżiti ta' informazzjoni previsti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu biex tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi adattati għas-settur awdjoviżiv, il-media stampata, ir-reklamar online u offline u b'mod partikolari li jqisu l-karatteristiċi speċifiċi tal-fornituri tas-servizz rilevanti involuti u l-ħtiġijiet speċifiċi tal-intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju, skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda 177

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7b

 

Repożitorju Ewropew għal reklami politiċi online

 

1.     Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u tiżgura l-ġestjoni ta' repożitorju pubbliku għar-reklami politiċi online kollha. Dan ir-repożitorju għandu jiżgura:

 

(a)

il-hosting ta' bażi tad-data li jkun fiha kull reklam politiku online, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1) fir-rigward ta' kull reklam politiku online għall-pubblikaturi tar-reklamar politiku li mhumiex VLOPs jew VLOSEs u li jagħmlu r-reklamar politiku disponibbli permezz ta' servizz online;

 

(b)

li kull reklam politiku online, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1), fir-rigward ta' kull reklam politiku online jista' jiġi aċċessat pubblikament.

 

Għandhom japplikaw struttura komuni tad-data, standards komuni u interfaċċa komuni għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet għall-iskambju ta' informazzjoni mal-pubblikaturi. L-informazzjoni għandha tkun disponibbli f'format li jinqara mill-magni, għandha tippermetti tfittxijiet b'diversi kriterji u għandha tkun aċċessibbli għall-pubbliku permezz ta' portal uniku.

 

2.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma VLOPs jew VLOSEs għandhom jagħmlu l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1) disponibbli f'ħin reali fir-repożitorji pprovduti skont l-Artikolu 39 tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), u aċċessibbli għall-pubbliku permezz tar-repożitorju Ewropew għal reklami politiċi online, u għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni, kif meħtieġ.

 

3.     Meta fornitur ta' pjattaforma online kbira ħafna jew ta' magna tat-tiftix kbira ħafna jkun neħħa jew iddiżattiva l-aċċess għal reklam politiku speċifiku abbażi ta' allegata illegalità jew inkompatibbiltà mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, minbarra r-rekwiżiti tal-Artikolu 39(3) tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), ir-repożitorju għandu jinkludi, għar-reklam speċifiku kkonċernat, l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7a(1) ta' dan ir-Regolament.

 

4.     Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li mhumiex VLOPs jew VLOSEs u li jagħmlu r-reklamar politiku disponibbli permezz ta' servizz online għandhom jagħmlu disponibbli l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1), flimkien ma' kopja ta' kull reklam politiku online fir-repożitorju Ewropew għal reklami politiċi online, mingħajr dewmien u mhux aktar tard minn 24 siegħa wara l-ewwel pubblikazzjoni tiegħu.

 

5.     Meta l-pubblikaturi tar-reklamar politiku li mhumiex VLOPs jew VLOSEs u li jagħmlu r-reklamar politiku disponibbli permezz ta' servizz online jkunu neħħew jew iddiżattivaw l-aċċess għal reklam politiku speċifiku abbażi ta' allegata illegalità jew inkompatibbiltà mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu, ir-repożitorju Ewropew għal reklami politiċi online għandu jinkludi għar-reklam speċifiku kkonċernat, l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 17(3), punti (a) sa (e), jew l-Artikolu 9(2), punt (a)(i) tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali), kif applikabbli, u l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 7a(1) ta' dan ir-Regolament.

 

6.     Sa … [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni, f'konsultazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti u fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi, tas-suq u xjentifiċi, għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tissupplimenta l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi tistabbilixxi arranġamenti dettaljati għall-provvista ta' struttura u standards komuni tad-data, interfaċċa komuni għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet, u portal uniku.

 

Meta tadotta dawk l-atti delegati, il-Kummissjoni għandu jkollha l-għan li tilħaq l-objettivi li ġejjin:

 

(a)

li l-informazzjoni pprovduta mill-pubblikaturi tar-reklamar politiku skont il-paragrafi 1 sa 3 tkun aċċessibbli għall-pubbliku f'forma aggregata permezz ta' repożitorju Ewropew uniku għal reklami politiċi online;

 

(b)

li l-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jkunu jistgħu jikkomunikaw lill-pubblikatur tar-reklamar politiku, b'mezzi awtomatizzati, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1) għal kull reklam politiku online;

 

(c)

li l-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu jistgħu jagħmlu disponibbli online, u permezz ta' struttura u standards komuni tad-data, l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 7a(1) bħala avviż ta' trasparenza;

 

(d)

li jingħata aċċess pubbliku faċli għall-avviżi ta' trasparenza online, permezz tal-użu ta' interfaċċa komuni għall-ipprogrammar tal-applikazzjonijiet li tippermetti l-aċċess għall-avviżi u li jsiru tfittxijiet fil-bażijiet tad-data rilevanti;

 

(e)

li jiġi appoġġat l-aċċess pubbliku u ta' partijiet terzi għall-avviżi ta' trasparenza, inkluż billi tiġi permessa l-analiżi tal-avviżi ta' trasparenza online u l-preżentazzjoni tagħhom permezz ta' servizzi ta' tiftix u portal uniku faċli għall-utent.

Emenda 178

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.    Meta jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku , il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-ammonti jew il-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għal dawk is-servizzi, inkluż dwar l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tal-amplifikazzjoni , aggregati skont il-kampanji, bħala parti mir-rapport ta' ġestjoni tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/34/UE fir-rapporti finanzjarji annwali tagħhom .

1.    Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jinkludu informazzjoni pprovduta lilhom direttament minn sponsors jew minn fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku dwar l-ammonti jew il-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għal dawk is-servizzi, inkluż dwar l-użu ta' tekniki tal-immirar u  tat-twassil tar-reklami , aggregati skont il-kampanji, bħala parti minn nota separata għar-rapport ta' ġestjoni tagħhom skont it-tifsira tal-Artikolu 19 tad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda 179

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal impriżi li jikkwalifikaw skont l-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/34/UE.

2.   Il-paragrafu 1 ma għandux japplika għal intrapriżi mikro, żgħar u ta' daqs medju skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE.

Emenda 180

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom, f'konformità mal-liġi nazzjonali, jirrapportaw regolarment dwar l-ammonti jew il-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti fi skambju parzjali jew sħiħ għal dawk is-servizzi lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti responsabbli għall-awditjar jew is-superviżjoni tal-atturi politiċi.

Emenda 181

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Meta jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku, il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lill-individwi jinnotifikawhom , mingħajr ħlas, li reklam partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

1.   Meta jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku, il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi li jippermettu lil persuni fiżiċi jew ġuridiċi jinnotifikawhom li reklam partikolari li jkunu ppubblikaw ma jikkonformax ma' dan ir-Regolament.

Emenda 182

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     Dawk il-mekkaniżmi għandhom ikunu mingħajr ħlas, faċli għall-utent, u faċli biex jiġu aċċessati, inkluż mill-avviż ta' trasparenza. Fejn ikun teknikament possibbli, dawk il-mekkaniżmi għandhom jippermettu li n-notifiki jiġu sottomessi b'mezzi elettroniċi.

Emenda 183

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     L-informazzjoni dwar kif għandhom jiġu nnotifikati r-reklami politiċi kif imsemmi fil-paragrafu 1 għandha tkun faċli għall-utent u faċli biex tiġi aċċessata, inkluż mill-avviż ta' trasparenza.

imħassar

Emenda 184

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-mekkaniżmi msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' notifiki preċiżi u sostanzjati biex il-pubblikaturi tar-reklamar politiku jkunu jistgħu jidentifikaw l-illegalità tar-reklami inkwistjoni. Għal dak il-għan, il-pubblikaturi tar-reklamar għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jippermettu u jiffaċilitaw is-sottomissjoni ta' notifiki li jkun fihom l-elementi kollha li ġejjin:

 

(a)

spjegazzjoni sostanzjata tar-raġunijiet għaliex il-persuna jew l-entità li tissottometti n-notifika tallega li l-informazzjoni inkwistjoni ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament;

 

(b)

informazzjoni li tippermetti l-identifikazzjoni tar-reklam politiku;

 

(c)

l-isem u l-indirizz tal-posta elettronika tal-individwu jew tal-entità li jissottomettu n-notifika;

 

(d)

dikjarazzjoni li tikkonferma li l-persuna jew l-entità li tissottometti n-notifika temmen in bona fide li l-informazzjoni li tinsab fiha hija kompluta u preċiża.

Emenda 185

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jippermettu s-sottomissjoni tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 b'mezzi elettroniċi. Il-pubblikatur tar-reklamar politiku għandu jinforma lill-individwi dwar is-segwitu mogħti għan-notifika kif imsemmi fil-paragrafu 1.

3.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jibagħtu mingħajr dewmien żejjed konferma tal-wasla tan-notifika lill-persuni li ssottomettewha.

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jeżaminaw u jindirizzaw in-notifika fil-ħin u b'mod diliġenti u oġġettiv.

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien żejjed lill-isponsors jew lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku kkonċernati, bl-effett mogħti lin-notifika.

 

Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jipprovdu informazzjoni ċara u faċli għall-utent dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju fir-rigward tar-reklam li għalih tirrelata n-notifika u, fejn applikabbli, dwar l-użu ta' mezzi awtomatizzati għall-ipproċessar tan-notifiki.

Emenda 186

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Fix-xahar ta' qabel elezzjoni jew referendum, il-pubblikaturi tar-reklamar politiku għandhom jipproċessaw mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 48 siegħa kwalunkwe notifika li jirċievu dwar reklam konness ma' dik l-elezzjoni jew dak ir-referendum. Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li huma intrapriżi mikro u żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE għandhom jipproċessaw mingħajr dewmien żejjed kwalunkwe notifika li jirċievu dwar reklam konness ma' dik l-elezzjoni jew dak ir-referendum.

Emenda 187

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Notifiki ripetittivi skont il-paragrafu 1 rigward l-istess reklam jew kampanja tar-reklamar jistgħu jitwieġbu b'mod kollettiv, inkluż b'referenza għal tħabbira fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar politiku kkonċernat.

4.   Notifiki ripetittivi skont il-paragrafu 1 rigward l-istess reklam jew kampanja tar-reklamar jistgħu jitwieġbu b'mod kollettiv permezz ta' għodod awtomatizzati , inkluż b'referenza għal tħabbira fuq is-sit web tal-pubblikatur tar-reklamar politiku kkonċernat.

Emenda 188

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tissupplimenta l-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu billi tistabbilixxi speċifikazzjonijiet tekniċi għall-mekkaniżmu msemmi f'dak il-paragrafu, adattati għas-settur awdjoviżiv, il-media stampata, u r-reklamar online u offline.

Emenda 189

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu li fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8. L-informazzjoni trażmessa trid tkun kompluta, preċiża u affidabbli, u  pprovduta f'format ċar, koerenti, konsolidat u li jinftiehem. Fejn ikun teknikament possibbli, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa f'format li jinqara mill-magni.

L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu li fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli 6, 7 , 7a u 8. L-informazzjoni trażmessa għandha tkun kompluta, preċiża u affidabbli, u  għandha tkun ipprovduta f'format ċar, koerenti, konsolidat u li jinftiehem. Fejn ikun teknikament possibbli, l-informazzjoni għandha tiġi trażmessa f'format standardizzat u li jinqara mill-magni.

Emenda 190

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

dikjarazzjoni tar-raġunijiet li tispjega l-objettiv li għalih tintalab l-informazzjoni u għaliex it-talba hija meħtieġa u proporzjonata, dment li t-talba ma jkollhiex l-objettiv tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u sal-punt li r-raġunijiet għat-talba jkunu jipperikolaw dak l-objettiv;

(a)

dikjarazzjoni fil-qosor tar-raġunijiet li tispjega l-objettiv li għalih tintalab l-informazzjoni u għaliex it-talba hija meħtieġa u proporzjonata, dment li t-talba ma jkollhiex l-objettiv tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati kriminali u sal-punt li r-raġunijiet għat-talba jkunu jipperikolaw dak l-objettiv;

Emenda 191

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Malli jirċievu talba skont il-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, jirrikonoxxu li rċevew dik it-talba u jinformaw lill-awtorità bil-passi meħuda biex jikkonformaw magħha. Il-fornitur tas-servizz rilevanti għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba fi żmien 10  ijiem tax-xogħol.

2.   Malli jirċievu talba skont il-paragrafu 1, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom, fi żmien jumejn tax-xogħol, jirrikonoxxu li rċevew dik it-talba u jinformaw lill-awtorità bil-passi meħuda biex jikkonformaw magħha. Il-fornitur tas-servizz rilevanti għandu jipprovdi l-informazzjoni mitluba fi żmien tmint ijiem tax-xogħol.

Emenda 192

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Fix-xahar ta' qabel elezzjoni jew referendum, il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba msemmija fl-Artikoli 6, 7 u 8 li tkun fil-kontroll tagħhom mingħajr dewmien żejjed u mhux aktar tard minn 48 siegħa. Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku li huma intrapriżi mikro u żgħar skont it-tifsira tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/34/UE għandhom jipprovdu l-informazzjoni mitluba mingħajr dewmien żejjed.

Emenda 193

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jieħdu l-miżuri xierqa biex jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu  6 lill-entitajiet interessati fuq talba u mingħajr spejjeż.

Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom jittrażmettu l-informazzjoni msemmija fl-Artikoli  6 , 7 u 7a lill-entitajiet interessati fil-pront fuq talba, mingħajr spejjeż u fejn ikun teknikament possibbli f'format li jinqara mill-magni .

Emenda 194

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku jkun pubblikatur tar-reklamar politiku, huwa għandu jieħu wkoll il-miżuri xierqa biex jittrażmetti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 7 lill-entitajiet interessati fuq talba u mingħajr spejjeż.

imħassar

Emenda 195

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

riċerkaturi skrutinizzati f'konformità mal-Artikolu  31 tar-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] ;

(a)

riċerkaturi skrutinizzati f'konformità mal-Artikolu  40 tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) ;

Emenda 196

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)

ġurnalisti.

Emenda 197

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tali entitajiet interessati għandhom jinkludu wkoll ġurnalisti akkreditati fi Stat Membru minn korpi nazzjonali, Ewropej jew internazzjonali.

imħassar

Emenda 198

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Wara talba minn entità interessata, fi żmien xahar, il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba jew ir-rispons motivat tiegħu skont il-paragrafu 5.

3.   Wara talba minn entità interessata, mill-aktar fis u fi żmien mhux aktar tard minn xahar, il-fornitur tas-servizz għandu jagħmel l-aħjar sforzi biex jipprovdi l-informazzjoni mitluba jew ir-rispons motivat tiegħu skont il-paragrafu 5.

Emenda 199

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Meta t-talbiet skont il-paragrafu 1 ikunu manifestament bla bażi, mhux ċari jew eċċessivi , b'mod partikolari minħabba n-nuqqas ta' ċarezza tagħhom, il-fornitur tas-servizz jista' jirrifjuta li jwieġeb . F' dan il-każ , il-fornitur tas-servizz rilevanti għandu jibgħat tweġiba motivata lill-entità interessata li tagħmel it-talba.

5.   Meta t-talbiet skont il-paragrafu 1 ikunu manifestament mhux ċari , eċċessivi jew jikkonċernaw informazzjoni li ma tkunx fil-kontroll tal-fornitur tas-servizz , il-fornitur tas-servizz jista' jirrifjuta li jipprovdi l-informazzjoni mitluba . F' każijiet bħal dawn , il-fornitur tas-servizz rilevanti għandu jibgħat rispons motivat lill-entità interessata li tagħmel it-talba , filwaqt li jinkludi informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta' rimedju, inklużi dawk li jeżistu skont id-Direttiva (UE) 2020/1828 .

Emenda 200

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-fornituri tas-servizzi għandhom iġorru l-piż li juru li talba hija manifestament bla bażi, mhux ċara jew eċċessiva , jew li t-talbiet huma ripetittivi u jinvolvu spejjeż sinifikanti għall-ipproċessar.

7.   Il-fornituri tas-servizzi għandhom iġorru l-piż li juru li talba hija manifestament mhux ċara , eċċessiva, jew tikkonċerna informazzjoni li ma tkunx fil-kontroll tal-fornitur tas-servizz , jew li t-talbiet huma ripetittivi u jinvolvu spejjeż sinifikanti għall-ipproċessar.

Emenda 201

Proposta għal regolament

Kapitolu III – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

IMMIRAR U  AMPLIFIKAZZJONI TAR-REKLAMAR POLITIKU

IMMIRAR U  TWASSIL TAR-REKLAMI TAS-SERVIZZI TA' REKLAMAR POLITIKU

Emenda 202

Proposta għal regolament

Artikolu 12 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu - 12

 

Projbizzjoni ta' tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali

 

It-tekniki tal-immirar jew tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' kategoriji speċjali ta' data personali msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 fil-kuntest tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom ikunu pprojbiti.

Emenda 203

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti speċifiċi relatati mal-immirar u tal-amplifikazzjoni

Rekwiżiti speċifiċi relatati mal-ipproċessar ta' data personali għat-tekniki tal-immirar online u tat-twassil tar-reklami

Emenda 204

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   It-tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali msemmija fl-Artikolu 9(1) tar-Regolament (UE) 2016/679 u fl-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2018/1725 fil-kuntest tar-reklamar politiku huma pprojbiti .

1.   It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali li ma taqax fil-kategoriji speċjali ta' data personali fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2016/679 jew tal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2018/1725 fil-kuntest tas-servizzi ta' reklamar politiku għandhom ikunu strettament limitati għas-sitwazzjonijiet previsti f'dan l-Artikolu .

Emenda 205

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     It-tekniki tat-twassil tar-reklami msemmija f'dan l-Artikolu għandhom jiddeterminaw l-udjenza fi ħdan l-udjenza fil-mira mingħajr ipproċessar ulterjuri tad-data personali, permezz ta' għażla aleatorja biss.

Emenda 206

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali ta' persuni li l-kontrollur tad-data jkun jaf b'ċertezza raġonevoli li huma mill-inqas sena taħt l-età tal-votazzjoni stabbilita mil-liġi nazzjonali għandhom ikunu pprojbiti. Il-konformità mal-obbligi stabbiliti f'dan l-Artikolu ma għandhiex tobbliga lill-fornituri ta' pjattaformi online jipproċessaw data personali addizzjonali sabiex jivvalutaw jekk l-utent tas-servizz ikunx minorenni.

Emenda 207

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali għandhom ikunu ristretti għad-data personali pprovduta b'mod espliċitu mis-suġġett tad-data bil-kunsens tiegħu jew tagħha kif definit fl-Artikolu 4(11) tar-Regolament (UE) 2016/679 mogħtija biss għall-fini ta' reklamar politiku online.

 

Id-data personali pprovduta mis-suġġett tad-data permezz tal-użu ta' servizz jew apparat, inkluż il-kontenut ipprovdut, ma għandhiex titqies bħala data personali pprovduta u għalhekk ma għandhiex tintuża mill-fornitur għall-fini tal-immirar u t-twassil tar-reklamar politiku.

 

Il-kontrollur tad-data għandu jinforma meta jitlob il-kunsens mis-suġġett tad-data li d-data personali pprovduta tiegħu jew tagħha tista' tiġi pproċessata biss għall-fini tal-preżentazzjoni tar-reklamar politiku lis-suġġett tad-data. Ir-rifjut tal-għoti tal-kunsens ma għandux ikun aktar diffiċli jew jieħu aktar ħin għas-suġġett tad-data mill-għoti tal-kunsens. F'konformità mal-Artikolu 21(5) tar-Regolament (UE) 2016/679, il-fornituri ma għandhomx jitolbu l-kunsens meta s-suġġett tad-data jeżerċita d-dritt tiegħu li joġġezzjona b'mezzi awtomatizzati bl-użu ta' speċifikazzjonijiet tekniċi. F'każ li s-suġġett tad-data jirrifjuta li jagħti l-kunsens tiegħu, jew ikun irtira l-kunsens tiegħu, għandu jingħata għażliet ġusti u raġonevoli oħra biex jaċċessa s-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni.

 

It-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami msemmija f'dan il-paragrafu ma għandhomx jikkombinaw aktar minn erba' kategoriji ta' data personali, inkluż il-post tas-suġġett tad-data.

 

Jekk ir-reklam politiku jkun marbut ma' elezzjoni jew referendum, il-post tas-suġġett tad-data għandu jinftiehem fil-livell tal-kostitwenza applikabbli għal dik l-elezzjoni jew dak ir-referendum kif imsemmi fil-paragrafu 1d, punt (b).

 

Jekk ir-reklam politiku ma jkunx marbut ma' elezzjoni jew referendum, il-post użat għat-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami ma għandux ikun taħt il-livell tal-muniċipalità.

 

Jekk ir-reklam politiku ma jkunx marbut ma' elezzjoni jew referendum u f'każ ta' kombinazzjoni ta' żewġ kategoriji jew aktar ta' data, il-grupp fil-mira għandu jinkludi mill-inqas 0,4  % tal-popolazzjoni tal-Istat Membru iżda mill-inqas 50 000 ċittadin.

Emenda 208

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     Minkejja l-paragrafu 1c, 60 jum immedjatament qabel elezzjoni jew referendum, it-tekniki tal-immirar u tat-twassil tar-reklami li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali għandhom ikunu ristretti għad-data personali pprovduta b'mod espliċitu mis-suġġett tad-data bil-kunsens tiegħu jew tagħha kif definit fl-Artikolu 4(11) tar-Regolament (UE) 2016/679 mogħti biss għall-fini ta' reklamar politiku online:

 

(a)

il-lingwi mitkellma mis-suġġett tad-data;

 

(b)

il-post tas-suġġett tad-data fil-livell tal-kostitwenza applikabbli fl-elezzjoni jew fir-referendum rilevanti;

 

(c)

l-informazzjoni li s-suġġett tad-data qed jivvota għall-ewwel darba.

 

Is-subparagrafi 2 u 3 tal-paragrafu 1c għandhom japplikaw mutatis mutandis.

Emenda 209

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1e (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1e.     Dan l-Artikolu ma għandux japplika għall-komunikazzjonijiet interni ta' kwalunkwe partit politiku, fondazzjoni, assoċjazzjoni jew kwalunkwe korp ieħor mingħajr skop ta' qligħ, għall-membri u l-ex membri tagħhom u għal komunikazzjonijiet, bħall-bullettini, marbuta mal-attivitajiet politiċi tagħhom, sakemm dawk il-komunikazzjonijiet ikunu bbażati biss fuq data dwar l-abbonamenti u għalhekk strettament limitati għall-membri, l-ex membri jew l-abbonati tagħhom u jkunu bbażati fuq data personali pprovduta minnhom u ma jinvolvux ipproċessar ulterjuri ta' data personali biex jimmiraw jew inkella jagħżlu aktar ir-riċevituri u l-messaġġi li jirċievu. Tali forom ta' kummerċjalizzazzjoni diretta jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/679 u d-Direttiva 2002/58/KE.

Emenda 210

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.     Il-projbizzjoni stabbilita fl-ewwel sentenza ma għandhiex tapplika għas-sitwazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 9(2)(a) u (d) tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Artikolu 10(2)(a) u (d) tar-Regolament (UE) 2018/1725.

imħassar

Emenda 211

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Meta jużaw tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni fil-kuntest tar-reklamar politiku li jinvolvi l-ipproċessar ta' data personali, il-kontrolluri għandhom, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 u fir-Regolament (UE)  2018/1725 , kif applikabbli, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

3.   Meta jużaw tekniki tal-immirar fil-kuntest tas-servizzi ta' reklamar politiku li jinvolvu l-ipproċessar ta' data personali, il-kontrolluri għandhom, minbarra r-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolament (UE) 2016/679 , fir-Regolament (UE) 2018/1725 u fir-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) , kif applikabbli, jikkonformaw mar-rekwiżiti li ġejjin:

Emenda 212

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

jadottaw u  jimplimentaw politika interna li tiddeskrivi b'mod ċar u b'lingwaġġ sempliċi, b'mod partikolari, l-użu ta' tali tekniki biex jimmiraw lejn individwi jew jamplifikaw il-kontenut , u jżommu tali politika għal perjodu ta' ħames snin;

(a)

jadottaw , jimplimentaw u  jagħmlu pubblikament disponibbli politika interna li tiddeskrivi b'mod ċar u b'lingwaġġ sempliċi, b'mod partikolari, l-użu ta' tali tekniki biex jimmiraw lejn individwi, u jżommu tali politika għal perjodu ta' għaxar snin;

Emenda 213

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

iżommu rekords dwar l-użu tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni, tal-mekkaniżmi, tat-tekniki u tal-parametri rilevanti użati, u s-sors(i) tad-data personali użat(i).

(b)

iżommu rekords dwar l-użu tal-immirar , il-mekkaniżmi, it-tekniki u l-parametri rilevanti użati, u s-sors(i) tad-data personali użat(i).

Emenda 214

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jipprovdu, flimkien mar-reklam politiku, informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-individwu kkonċernat ikun jista' jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tat-teknika użata, u l-użu ta' data ta' terzi u tekniki analitiċi addizzjonali . Din l-informazzjoni għandha tinkludi l-elementi stabbiliti fl-Anness II.

(c)

jipprovdu, flimkien mal-indikazzjoni li huwa reklam politiku, informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-individwu kkonċernat ikun jista' jifhem il-loġika involuta u l-parametri prinċipali tat-teknika użata, u l-użu ta' data ta' terzi u tekniki analitiċi addizzjonali;

Emenda 215

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

iwettqu valutazzjoni tar-riskju interna annwali tal-użu ta' dawk it-tekniki dwar id-drittijiet u l-libertajiet fundamentali tal-individwi u s-soċjetà kollha kemm hi; ir-riżultati ta' dawn il-valutazzjonijiet tar-riskju għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku.

Emenda 216

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni għandhom fl-avviż ta' trasparenza meħtieġ skont l-Artikolu  7 jinkludu l-informazzjoni speċifikata fil-paragrafu 3(c ) u  link għall-politika msemmija fil-paragrafu 3(a). F'każ li l-kontrollur ikun differenti mill-pubblikatur tar-reklamar, il-kontrollur għandu jittrażmetti l-politika interna jew referenza għaliha lill-pubblikatur tar-reklamar politiku.

4.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar li jinvolvu l-ipproċessar tad-data personali għandhom jinkludu, fl-avviż ta' trasparenza meħtieġ skont l-Artikolu  7a(1 ) informazzjoni addizzjonali meħtieġa biex l-individwu kkonċernat ikun jista' jifhem il-loġika involuta u  l-parametri ewlenin tat-teknika użata, u l-użu ta' data ta' partijiet terzi u tekniki analitiċi addizzjonali.

 

Din għandha tinkludi, b'mod partikolari, l-informazzjoni li ġejja:

 

(a)

l-għanijiet, il-mekkaniżmi u l-loġika tal-immirar, inklużi l-parametri ta' inklużjoni u esklużjoni, u r-raġunijiet għall-għażla ta' dawk il-parametri;

 

(b)

il-perjodu ta' disseminazzjoni, l-għadd ta' individwi li r-reklam jiġi disseminat lilhom;

 

(c)

link jew indikazzjoni ċara ta' fejn tkun tista' tiġi rkuprata faċilment il-politika msemmija fil-paragrafu 3(a).

Emenda 217

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Meta l-kontrollur ikun differenti mill-pubblikatur tar-reklamar, il-kontrollur għandu jittrażmetti l-politika interna msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 lill-pubblikatur tar-reklamar politiku u jiżgura li l-informazzjoni msemmija f'dan il-paragrafu jew referenza għaliha tiġi kkomunikata lill-pubblikatur tar-reklamar politiku sabiex il-pubblikatur tar-reklamar politiku jkun jista' jikkonforma mal-obbligu tiegħu skont dan ir-Regolament. L-informazzjoni għandha tiġi trażmessa fil-ħin u b'mod preċiż, f'konformità mal-aħjar prattika u mal-istandards tal-industrija, permezz ta' proċess awtomatizzat standardizzat, fejn ikun teknikament possibbli.

Emenda 218

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar jew tal-amplifikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu fir-reklamar jew flimkien miegħu u fl-avviż ta' trasparenza meħtieġ skont l-Artikolu  7 , referenza għal mezzi effettivi biex jgħinu lill-individwi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

5.   Il-pubblikaturi tar-reklamar politiku li jagħmlu użu minn tekniki tal-immirar jew tat-twassil tar-reklami msemmija fil-paragrafu 3 għandhom jinkludu fir-reklamar jew flimkien miegħu u fl-avviż ta' trasparenza meħtieġ skont l-Artikolu  7a(1) , referenza għal mezzi effettivi biex jgħinu lill-individwi jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679. L-avviż ta' trasparenza għandu jorbot b'mod viżibbli ma' interfaċċa faċilment aċċessibbli li fiha l-utenti jistgħu jirtiraw il-kunsens tagħhom jew jimmodifikaw id-data personali li pprovdew għall-iskop uniku ta' reklamar politiku online kif imsemmi fil-paragrafi 1c u 1d.

Emenda 219

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom , kif ikun meħtieġ, jittrażmettu lill-kontrollur l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafu  3.

7.   Il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar għandhom jittrażmettu lill-kontrollur l-informazzjoni meħtieġa biex jikkonformaw mal-paragrafi  3 , 4 u 4a .

Emenda 220

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 19 biex temenda l-Anness II billi timmodifika jew tneħħi elementi mil-lista ta' informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont il-paragrafu 3(c) ta' dan l-Artikolu, fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi fir-riċerka xjentifika rilevanti, u l-iżviluppi fis-superviżjoni mill-awtoritajiet kompetenti u l-gwida rilevanti maħruġa mill-korpi kompetenti.

imħassar

Emenda 221

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Trażmissjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-immirar jew l-amplifikazzjoni lil entitajiet interessati oħra

Trażmissjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-immirar jew it-twassil tar-reklami online lil entitajiet interessati oħra

Emenda 222

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku fl-Unjoni iżda li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni għandhom jaħtru, bil-miktub, persuna fiżika jew ġuridika bħala r-rappreżentant legali tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur joffri s-servizzi tiegħu.

1.   Il-fornituri tas-servizzi li jipprovdu servizzi ta' reklamar politiku fl-Unjoni iżda li ma għandhomx stabbiliment fl-Unjoni għandhom jaħtru, bil-miktub, persuna fiżika jew ġuridika bħala r-rappreżentant legali tagħhom f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur joffri s-servizzi tiegħu u jirreġistrawha mal-punti uniċi ta' kuntatt nazzjonali .

 

Il-fornituri tas-servizzi għandhom jinnotifikaw l-isem, l-indirizz postali, l-indirizz tal-posta elettronika u n-numru tat-telefon tar-rappreżentant legali tagħhom lill-punt uniku ta' kuntatt nazzjonali fl-Istat Membru fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit dak ir-rappreżentant legali.

 

L-Istati Membri għandhom iżommu reġistri disponibbli għall-pubbliku tar-rappreżentanti legali kollha rreġistrati fit-territorju tagħhom skont dan ir-Regolament u għandhom jiżguraw li dik l-informazzjoni tkun faċilment aċċessibbli u li tkun preċiża u aġġornata.

 

Il-Kummissjoni għandha żżomm bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku, faċilment aċċessibbli u li tinqara mill-magni tar-rappreżentanti legali rreġistrati fi ħdan l-Unjoni skont dan ir-Regolament.

Emenda 223

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Ir-rappreżentant legali għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-konformità mal-obbligi tal-fornitur tas-servizz irrappreżentat skont dan ir-Regolament u għandu jkun id-destinatarju għall-komunikazzjonijiet kollha mal-fornitur tas-servizz rilevanti previsti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe komunikazzjoni lil dak ir-rappreżentant legali għandha titqies bħala komunikazzjoni lill-fornitur tas-servizz irrappreżentat.

2.   Ir-rappreżentant legali għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-konformità , u jista' jinżamm responsabbli għal nuqqas ta' konformità, mal-obbligi skont dan ir-Regolament , mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltà u  l-azzjonijiet legali li jistgħu jinbdew kontra l-fornitur tas-servizz. Ir-rappreżentant legali għandu jkun id-destinatarju għall-komunikazzjonijiet kollha mal-fornitur tas-servizzi rilevanti previsti f'dan ir-Regolament. Kwalunkwe komunikazzjoni lil dak ir-rappreżentant legali għandha titqies bħala komunikazzjoni lill-fornitur tas-servizz irrappreżentat.

Emenda 224

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Il-fornituri tas-servizzi għandhom jipprovdu lir-rappreżentant legali tagħhom is-setgħat meħtieġa u riżorsi suffiċjenti biex jiggarantixxu l-kooperazzjoni effiċjenti u fil-ħin tagħhom mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u, fejn rilevanti, mal-Kummissjoni, u biex jiżguraw il-konformità mad-deċiżjonijiet tagħhom.

Emenda 225

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.     F'każ li l-pubblikatur tar-reklamar politiku jkun pjattaforma online kbira ħafna jew magna tat-tiftix kbira ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 33 tar-Regolament(UE) 2022/2065, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jibda investigazzjoni, fuq talba tal-awtoritajiet nazzjonali, tal-Kummissjoni, jew fuq inizjattiva tiegħu stess wara li jikkonsulta lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti jekk jissuspetta l-ksur tal-Artikolu - 12 jew tal-Artikolu 12 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 226

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b.     Il-bidu ta' investigazzjoni skont il-paragrafu 1a ta' dan l-Artikolu mill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data għandu jeħles lill-awtorità jew lill-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data, jew lil kwalunkwe awtorità kompetenti fejn applikabbli, mis-setgħat tagħhom b'rabta mal-ksur inkwistjoni li jissorveljaw u jinforzaw l-obbligi skont dan ir-Regolament.

Emenda 227

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c.     L-awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data għandhom, fi żmien 15-il ġurnata wara li jkunu ġew infurmati bil-bidu ta' investigazzjoni, jew fi żmien sebat ijiem jekk dan iseħħ 60 jum immedjatament qabel elezzjonijiet jew referenda kif imsemmi fl-Artikolu 12(1d), jittrażmettu lill-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data kwalunkwe informazzjoni li jkollhom dwar il-ksur inkwistjoni.

Emenda 228

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1d.     Fl-eżerċizzju tas-setgħat ta' investigazzjoni tiegħu skont dan ir-Regolament, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jitlob l-appoġġ individwali jew konġunt ta' kull awtorità jew awtoritajiet nazzjonali għall-protezzjoni tad-data kkonċernati mill-ksur suspettat, inkluża l-awtorità għall-protezzjoni tad-data tal-istabbiliment.

Emenda 229

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti biex jimmonitorjaw il-konformità tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji skont it-tifsira tar-Regolament (UE)  2021/xxx [DSA] mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u 14 ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont ir-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] jistgħu jkunu wkoll waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jimmonitorjaw il-konformità tal-intermedjarji online mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u 14 ta' dan ir-Regolament. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali msemmi fl-Artikolu  38 tar-Regolament (UE)  2021/xxx f'kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji kif definit mir-Regolament (UE) 2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] . L-Artikolu  45 (1) sa (4) u l-Artikolu  46 (1) tar-Regolament (UE)  2021/xxx [l-Att dwar is-Servizzi Diġitali] għandhom ikunu applikabbli għal kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji.

2.   L-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti li għandhom jissorveljaw u jimmonitorjaw il-konformità tal-fornituri ta' servizzi intermedjarji skont it-tifsira tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u 14 ta' dan ir-Regolament, fejn applikabbli. L-awtoritajiet kompetenti maħtura skont ir-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) jistgħu jkunu wkoll waħda mill-awtoritajiet kompetenti maħtura biex jimmonitorjaw il-konformità tal-intermedjarji online mal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 5 sa 11 u 14 ta' dan ir-Regolament. Il-Koordinatur tas-Servizzi Diġitali msemmi fl-Artikolu  49 tar-Regolament (UE)  2022/2065 f'kull Stat Membru għandu jkun responsabbli biex jiżgura l-koordinazzjoni fil-livell nazzjonali fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji kif definit mir-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) . L-Artikolu  58 (1) sa (4) u l-Artikolu  60 (1) tar-Regolament (UE)  2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) għandhom ikunu applikabbli għal kwistjonijiet relatati mal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament fir-rigward tal-fornituri tas-servizzi intermedjarji.

Emenda 230

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.     Sa fejn il-Kummissjoni għandha kompetenza esklużiva li timmonitorja l-konformità tal-pjattaformi online kbar ħafna u tal-magni tat-tiftix kbar ħafna skont it-tifsira tar-Regolament (UE) 2022/2065 (l-Att dwar is-Servizzi Diġitali) mal-obbligi stabbiliti f'dak ir-Regolament, hija għandha tkun kompetenti li timmonitorja l-konformità tagħhom mal-Artikolu 5(2d) u l-Artikolu 7b(2) ta' dan ir-Regolament.

Emenda 231

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għall-applikazzjoni u l-infurzar tal-aspetti ta' dan ir-Regolament mhux imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. Kull awtorità kompetenti maħtura skont dan il-paragrafu għandha tgawdi strutturalment minn indipendenza sħiħa kemm mis-settur kif ukoll minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika. Hija għandha timmonitorja b'mod effettiv u  b'indipendenza sħiħa u tieħu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex tiżgura l-konformità ma' dan ir-Regolament.

3.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar biex ikunu responsabbli għall-applikazzjoni u l-infurzar konsistenti tal-aspetti ta' dan ir-Regolament mhux imsemmija fil-paragrafi 1 u 2. L-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jistgħu jkunu l-istess bħal dawk imsemmija fl-Artikolu 30 tad-Direttiva 2010/13/UE. Kull awtorità kompetenti maħtura skont dan il-paragrafu għandha tgawdi strutturalment minn indipendenza sħiħa kemm mis-settur kif ukoll minn kwalunkwe intervent estern jew pressjoni politika. Hija għandha , filwaqt li taġixxi b'indipendenza sħiħa, timmonitorja b'mod effettiv u tieħu l-miżuri meħtieġa u proporzjonati biex tiżgura s-superviżjoni konsistenti, il-konformità ma' dan ir-Regolament u l-infurzar tiegħu .

Emenda 232

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3, meta jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward ta' dan ir-Regolament, għandu jkollhom is-setgħa li jitolbu aċċess għad-data, għad-dokumenti jew għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħand il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom.

4.   L-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 3, meta jeżerċitaw il-kompiti superviżorji tagħhom fir-rigward ta' dan ir-Regolament, għandu jkollhom tal-anqas is-setgħa li jitolbu aċċess għad-data, għad-dokumenti jew għal kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mingħand il-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku, għat-twettiq tal-kompiti superviżorji tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jużaw dik id-data biss għall-fini ta' monitoraġġ u valutazzjoni tal-konformità ma' dan ir-Regolament, f'konformità mal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-protezzjoni tad-data personali u l-protezzjoni ta' informazzjoni kunfidenzjali, u bl-objettiv li tinżamm is-sigurtà tas-servizzi.

Emenda 233

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)

jitolbu aċċess għal data, dokumenti, jew kwalunkwe informazzjoni meħtieġa mill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku;

Emenda 234

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)

jordnaw it-tmiem tal-ksur u, fejn xieraq, jimponu rimedji li jkunu proporzjonati għall-ksur u meħtieġa biex dan jintemm b'mod effettiv;

Emenda 235

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

jimponu multi amministrattivi u penali finanzjarji.

(c)

jimponu multi amministrattivi u penali finanzjarji , inklużi pagamenti perjodiċi ta' penali;

Emenda 236

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)

iwettqu, jew, fejn ikun meħtieġ skont il-liġi nazzjonali, jitolbu awtorità ġudizzjarja fl-Istat Membru tagħhom tordna spezzjonijiet fuq kwalunkwe post li l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jużaw għal finijiet relatati mal-kummerċ, man-negozju, mas-sengħa jew mal-professjoni tagħhom, jew li titlob lil awtoritajiet pubbliċi oħra biex jagħmlu dan, biex jeżaminaw, jikkonfiskaw, jieħdu jew jiksbu kopji ta' informazzjoni relatata ma' suspettat ksur fi kwalunkwe forma, irrispettivament mill-mezz tal-ħżin;

Emenda 237

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a.     Il-paragrafi 4 u 5 għandhom japplikaw mutatis mutandis għall-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Emenda 238

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5b.     L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom il-mezzi kollha meħtieġa biex iwettqu l-kompiti tagħhom, inklużi riżorsi tekniċi, finanzjarji u umani suffiċjenti biex jissorveljaw b'mod adegwat l-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku taħt il-kompetenza tagħhom.

Emenda 239

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti b'mod partikolari fil-qafas tan-networks nazzjonali tal-elezzjonijiet, biex jiffaċilitaw l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż billi jidentifikaw il-ksur b'mod konġunt, jikkondividu sejbiet u għarfien espert, u jikkoordinaw dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli rilevanti.

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm kooperazzjoni effettiva u strutturata bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet superviżorji rilevanti kollha msemmija fil-paragrafi 1 u 2 b'mod partikolari fil-qafas tan-networks nazzjonali tal-elezzjonijiet, sabiex jiffaċilitaw l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament, inkluż billi jidentifikaw il-ksur b'mod konġunt, jikkondividu sejbiet u għarfien espert, u jikkoordinaw dwar l-applikazzjoni u l-infurzar tar-regoli rilevanti.

Emenda 240

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala punt ta' kuntatt fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet ta' dan ir-Regolament.

7.    Meta Stat Membru jaħtar awtorità kompetenti waħda jew aktar, huwa għandu jiżgura li l-kompiti rispettivi ta' dawk l-awtoritajiet ikunu definiti b'mod ċar u li jikkooperaw mill-qrib u b'mod effettiv fit-twettiq tal-kompiti tagħhom. Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti bħala punt ta' kuntatt nazzjonali fil-livell tal-Unjoni għall-finijiet tal-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament. Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jiżguraw kooperazzjoni effettiva bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali u ma' punti ta' kuntatt nazzjonali oħra u awtoritajiet fil-livell tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku d-dettalji ta' kuntatt tal-punti ta' kuntatt nazzjonali tagħhom. L-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkomunikaw l-isem tal-awtoritajiet kompetenti l-oħra u l-kompiti rispettivi tagħhom lin-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali.

Emenda 241

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw miżuri superviżorji jew ta' infurzar fi Stat Membru għandhom, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 7, jinformaw u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri superviżorji u ta' infurzar meħuda u s-segwitu tagħhom;

(a)

l-awtoritajiet kompetenti li japplikaw miżuri superviżorji jew ta' infurzar fi Stat Membru għandhom, permezz tal-punt uniku ta' kuntatt imsemmi fil-paragrafu 7, u mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara talba għal kooperazzjoni, jinformaw u jikkonsultaw lill-awtoritajiet kompetenti fl-Istat(i) Membru/i l-oħra kkonċernati dwar il-miżuri superviżorji u ta' infurzar meħuda u s-segwitu tagħhom;

Emenda 242

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

malli tirċievi talba ġustifikata mingħand awtorità kompetenti oħra, awtorità kompetenti għandha tipprovdi assistenza lill-awtorità kompetenti l-oħra biex il-miżuri ta' superviżjoni jew ta' infurzar imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv, effiċjenti u konsistenti. L-awtorità kompetenti rilevanti mitluba b'dan il-mod għandha, permezz tal-punti ta' kuntatt imsemmija fil-paragrafu 7 u  f'perjodu ta' żmien proporzjonat għall-urġenza tat-talba , tipprovdi tweġiba li tikkomunika l-informazzjoni mitluba, jew tinforma li ma tqisx li l-kundizzjonijiet għat-talba għal assistenza skont dan ir-Regolament ġew issodisfati. Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u pprovduta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

(c)

malli tirċievi talba ġustifikata mingħand awtorità kompetenti oħra, awtorità kompetenti għandha tipprovdi assistenza lill-awtorità kompetenti l-oħra biex il-miżuri ta' superviżjoni jew ta' infurzar imsemmija fil-paragrafi 4 u 5 ikunu jistgħu jiġu implimentati b'mod effettiv, effiċjenti u konsistenti. L-awtorità kompetenti rilevanti mitluba b'dan il-mod għandha, permezz tal-punti ta' kuntatt imsemmija fil-paragrafu 7 u,  mingħajr dewmien żejjed, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara talba għal kooperazzjoni, tipprovdi tweġiba li tikkomunika l-informazzjoni mitluba, jew tinforma li ma tqisx li l-kundizzjonijiet għat-talba għal assistenza skont dan ir-Regolament ġew issodisfati. Kwalunkwe informazzjoni skambjata fil-kuntest tal-assistenza mitluba u pprovduta skont dan l-Artikolu għandha tintuża biss fir-rigward tal-kwistjoni li għaliha tkun intalbet.

Emenda 243

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a.     Il-konformità ma' dan ir-Regolament mill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku għandha tkun soġġetta għall-kompetenza tal-Istat Membru fejn il-fornitur ikollu l-istabbiliment tiegħu. F'każ li l-fornitur ikun stabbilit f'aktar minn Stat Membru wieħed, dan għandu jitqies li huwa fil-ġuriżdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafi 1 u 2, l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kollha għandhom jikkooperaw ma' xulxin u jassistu lil xulxin kif meħtieġ.

 

Meta awtorità nazzjonali kompetenti jkollha raġunijiet biex tissuspetta li sponsor, fornitur jew pubblikatur tas-servizzi ta' reklamar politiku jkun kiser dan ir-Regolament b'mod li jaffettwa lill-individwi fl-Istat Membru ta' dik l-awtorità kompetenti, hija tista' titlob lill-punt ta' kuntatt tal-istabbiliment jivvaluta l-kwistjoni u jieħu l-miżuri investigattivi u ta' infurzar meħtieġa msemmija fil-paragrafi 4 u 5 ta' dan l-Artikolu. It-talba għandha tkun sostanzjata, ġustifikata u proporzjonata u mill-inqas tindika:

 

(a)

il-punt ta' kuntatt jew ir-rappreżentant legali tal-fornitur tas-servizzi ta' reklamar politiku kkonċernat kif previst fl-Artikolu 14;

 

(b)

deskrizzjoni tal-fatti rilevanti, id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament ikkonċernati u r-raġunijiet għalfejn l-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba, tissuspetta li l-fornitur kiser dan ir-Regolament, inkluża d-deskrizzjoni tal-effetti negattivi tal-ksur allegat;

 

(c)

kwalunkwe informazzjoni oħra li l-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba, tqis li hija rilevanti, inklużi, fejn xieraq, informazzjoni miġbura b'inizjattiva tagħha stess jew suġġerimenti għal miżuri investigattivi jew ta' infurzar speċifiċi li jridu jittieħdu, inklużi miżuri interim.

 

Il-punt ta' kuntatt tal-istabbiliment għandu jqis bl-aħjar mod possibbli t-talba skont il-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Meta jqis li ma jkollux biżżejjed informazzjoni biex jaġixxi fuq it-talba jew ir-rakkomandazzjoni u jkollu raġunijiet biex iqis li l-awtorità kompetenti li bagħtet it-talba, tista' tipprovdi informazzjoni addizzjonali, dan jista' jitlob din l-informazzjoni. Il-perjodu ta' żmien stabbilit fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu għandu jiġi sospiż sakemm tingħata dik l-informazzjoni addizzjonali.

 

Il-punt ta' kuntatt tal-istabbiliment għandu, mingħajr dewmien żejjed u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn xahar wara li jirċievi t-talba skont il-paragrafu 4, jikkomunika lill-awtorità kompetenti li tkun bagħtet it-talba, u lin-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali, il-valutazzjoni tal-ksur suspettat u spjegazzjoni ta' kwalunkwe miżura investigattiva jew ta' infurzar meħuda jew prevista b'rabta ma' dan biex tiġi żgurata l-konformità ma' dan ir-Regolament.

Emenda 244

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.    Il-punti ta' kuntatt għandhom jiltaqgħu perjodikament fil-livell tal-Unjoni fil-qafas tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet biex jiffaċilitaw l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni dwar kwistjonijiet marbuta mal-eżerċizzju tal-kompiti superviżorji u ta' infurzar tagħhom skont dan ir-Regolament.

9.   Fil-qafas tan-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet , għandu jiġi stabbilit Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali permanenti. In-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jservi ta' pjattaforma għall-iskambju regolari ta' informazzjoni u  kooperazzjoni strutturata bejn il-punti ta' kuntatt nazzjonali u l-Kummissjoni dwar l-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament.

 

B'mod partikolari, in-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jiffaċilita:

 

(a)

l-iskambju rapidu u sigur ta' informazzjoni u l-aħjar prattiki fost il-punti ta' kuntatt nazzjonali u awtoritajiet rilevanti oħra;

 

(b)

it-tħejjija, b'kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati rilevanti, ta' linji ta' azzjoni komuni biex l-isponsors u l-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku jiġu megħjuna jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament b'mod armonizzat;

 

(c)

l-iżvilupp ta' approċċ armonizzat dwar sanzjonijiet applikabbli fil-livell nazzjonali għall-ksur ta' dan ir-Regolament;

 

(d)

il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi ggarantit infurzar armonizzat ta' dan ir-Regolament.

 

In-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali għandu jiltaqa' tal-anqas darbtejn fis-sena u, fejn meħtieġ, fuq talba debitament ġustifikata tal-Kummissjoni jew ta' Stat Membru. Huwa għandu jaħdem f'kooperazzjoni mill-qrib mal-Grupp ta' Regolaturi Ewropej għas-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva, u awtoritajiet u networks rilevanti oħra. Il-Kummissjoni għandha tieħu sehem fil-laqgħat tan-Network ta' Punti ta' Kuntatt Nazzjonali u tipprovdi appoġġ amministrattiv.

Emenda 245

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Dritt li jitressaq ilment

 

Kwalunkwe persuna, jew entità għandu jkollha d-dritt li tressaq ilment quddiem l-awtorità kompetenti li tkun il-punt ta' kuntatt nazzjonali tal-Istat Membru fejn dik l-entità jew persuna tkun tinsab jew stabbilita kontra sponsors u fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku, fejn tallega ksur ta' dan ir-Regolament.

 

Il-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru jista' jiċħad kwalunkwe lment li jqis manifestament bla bażi u għandu jinnotifika lill-ilmentatur bid-deċiżjoni tiegħu.

 

Il-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru għandu jittrażmetti mingħajr dewmien żejjed l-ilmenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' awtorità kompetenti oħra fl-istess Stat Membru lil dik l-awtorità kompetenti. Il-punt ta' kuntatt tal-Istat Membru għandu jittrażmetti l-ilmenti li jaqgħu taħt il-kompetenza ta' awtorità kompetenti oħra fi Stat Membru ieħor lill-punt ta' kuntatt ta' dak l-Istat Membru fi żmien 10 ijiem tax-xogħol.

 

L-awtorità kompetenti li tirċievi l-ilment għandha tivvalutah u, fejn xieraq, taġixxi dwaru fi żmien ħmistax-il jum tax-xogħol. Matul il-perjodi elettorali, il-valutazzjoni għandha ssir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol.

 

Matul dawk il-proċedimenti, il-partijiet kollha għandu jkollhom id-dritt li jinstemgħu u jirċievu informazzjoni xierqa dwar l-istatus tal-ilment, b'mod konformi mal-liġi nazzjonali rilevanti.

Emenda 246

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

Rapporti dwar l-attività

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali, maħtura skont l-Artikolu 15(7), għandhom ifasslu rapport annwali dwar l-attivitajiet koperti b'dan ir-Regolament tal-awtoritajiet kompetenti kollha maħtura skont l-Artikolu 15, inklużi dettalji dwar l-għadd ta' lmenti riċevuti skont l-Artikolu 15a u ħarsa ġenerali lejn is-segwitu tagħhom.

Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jagħmlu r-rapporti annwali disponibbli għall-pubbliku f'format li jinqara mill-magni, u għandhom jittrażmettuhom lin-Network Ewropew ta' Kooperazzjoni dwar l-Elezzjonijiet u, fil-każ ta' elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew, lill-Parlament Ewropew.

Emenda 247

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.   Fir-rigward tal-Artikoli  5 sa 11, 13 u 14, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet inklużi multi amministrattivi u penali finanzjarji applikabbli għall-fornituri ta' servizzi ta' reklamar politiku taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal ksur ta' dan ir-Regolament, li f'kull każ individwali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.

1.   Fir-rigward tal-Artikoli  3a sa 11, 13 u 14, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar sanzjonijiet inklużi multi amministrattivi u penali finanzjarji applikabbli għall-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku taħt il-ġuriżdizzjoni tagħhom għal ksur ta' dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jiżguraw li jiġu implimentati. Is-sanzjonijiet previsti għandhom , f'kull każ individwali, ikunu fil-ħin, effettivi, proporzjonati u dissważivi.

Emenda 248

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

in-natura, il-gravità u t-tul ta' żmien tal-ksur;

(a)

in-natura, il-gravità , ir-rikorrenza u t-tul ta' żmien tal-ksur;

Emenda 249

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti u kwalunkwe fattur ieħor aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ; u

(d)

kwalunkwe ksur preċedenti rilevanti u kwalunkwe fattur ieħor aggravanti jew mitiganti applikabbli għaċ-ċirkostanzi tal-każ;

Emenda 250

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti.

(e)

il-grad ta' kooperazzjoni mal-awtorità kompetenti ; u

Emenda 251

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea)

id-daqs u l-kapaċità ekonomika tal-fornitur tas-servizz ta' reklamar politiku.

Emenda 252

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.   Il-ksur tal-Artikolu  7 għandu jitqies bħala partikolarment serju meta jikkonċerna r-reklamar politiku ppubblikat jew disseminat matul perjodu elettorali u dirett lejn iċ-ċittadini fl-Istat Membru li fih tkun qed tiġi organizzata l-elezzjoni rilevanti.

4.   Il-ksur tal-Artikoli 3a, 5, 7 , 7a u 7b għandu jitqies bħala partikolarment serju meta jkun jikkonċerna reklamar politiku ppubblikat jew disseminat matul perjodu elettorali u dirett lejn iċ-ċittadini fl-Istat Membru li fih ikunu qed jiġu organizzati l-elezzjoni jew ir-referendum rilevanti.

 

L-Istati Membri jistgħu jimponu wkoll pagamenti perjodiċi ta' penali biex iġiegħlu lill-isponsors, lill-fornituri tas-servizzi ta' reklamar politiku u lill-pubblikaturi jtemmu ksur serju u ripetut ta' dan ir-Regolament.

Emenda 253

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.     Il-punti ta' kuntatt nazzjonali għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-tip u l-ammont tal-penali imposti. L-Istati Membri għandhom jirrappurtaw kull sena dwar it-tip u l-ammont tal-penali imposti biex jinfurzaw dan ir-Regolament. Il-Kummissjoni għandha wkoll tfassal perjodikament rapport għall-finijiet tal-Artikolu 18 ta' dan ir-Regolament.

Emenda 254

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 12, l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 jistgħu, fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, jimponu multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 83(5) ta' dak ir-Regolament.

6.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu  -12 u 12, l-awtoritajiet superviżorji msemmija fl-Artikolu 51 tar-Regolament (UE) 2016/679 u l-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jistgħu jużaw is-setgħat korrettivi u investigattivi tagħhom stabbiliti f'dak ir-Regolament u fl-ambitu tal-kompetenza tagħhom, jimponu multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 83 tar-Regolament (UE) 2016/679 u sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 83(5) ta' dak ir-Regolament.

Emenda 255

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a.     F'każ ta' ksur partikolarment serju u sistemiku tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli - 12 u 12 mill-isponsor, fejn il-pubblikatur tar-reklamar politiku jkun pjattaforma online kbira ħafna jew magna tat-tiftix kbira ħafna skont it-tifsira tal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) 2022/2065, il-Bord Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data jista' jordna, għal perjodu ta' żmien strettament limitat, li ma jaqbiżx il-15-il jum, lill-pjattaforma online kbira ħafna jew lill-magna tat-tiftix kbira ħafna biex ma tipprovdix servizzi ta' mmirar u ta' twassil tar-reklami lil dak l-isponsor partikolari, skont l-Artikolu 15(1a). Tali sospensjoni tista' tiġi imposta flimkien ma' multa amministrattiva jew minflokha.

Emenda 256

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikolu  12, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tista' timponi multi amministrattivi, fl-ambitu tal-kompetenza tagħha f'konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2018/1725 u sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 66(3) ta' dak ir-Regolament.

7.   Għal ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli - 12 u 12, l-awtorità superviżorja msemmija fl-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tista' tuża s-setgħat investigattivi u korrettivi stabbiliti f'dak ir-Regolament u timponi fl-ambitu tal-kompetenza tagħha multi amministrattivi f'konformità mal-Artikolu 66 tar-Regolament (UE) 2018/1725 sal-ammont imsemmi fl-Artikolu 66(3) ta' dak ir-Regolament.

Emenda 257

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7a.     L-Istati Membri għandhom jirrapportaw kull sena lill-Kummissjoni dwar is-sanzjonijiet imposti biex jinfurzaw id-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, b'mod partikolari dwar it-tip ta' sanzjonijiet applikati u l-ammont tal-multi amministrattivi u l-penali finanzjarji. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor u tevalwa dawk ir-rapporti kull sena u tużahom bħala parti mill-proċess ta' rieżami skont l-Artikolu 18.

Emenda 258

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7b.     Il-Kummissjoni għandha s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 19 biex tintroduċi sanzjonijiet minimi madwar l-Unjoni għall-ksur tal-obbligi stabbiliti fl-Artikoli - 12 u 12, paragrafi 1 sa 1e, wara li tkun ikkonsultat lill-awtoritajiet kompetenti u lil partijiet ikkonċernati rilevanti oħra.

Emenda 259

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fi żmien sentejn wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew u għall-ewwel darba sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2026 , il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament. Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa għal emenda għal dan ir-Regolament . Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Fi żmien sentejn wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-evalwazzjoni u r-rieżami ta' dan ir-Regolament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill . Dan ir-rapport għandu jivvaluta l-ħtieġa ta' emenda għal dan ir-Regolament , b'mod partikolari fir-rigward ta':

 

(a)

il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament u d-definizzjoni tar-reklamar politiku fl-Artikolu 2(2);

 

(b)

l-effettività tal-miżuri ta' trasparenza, speċjalment id-dikjarazzjoni u l-mekkaniżmi biex tiġi identifikata n-natura politika ta' reklam fl-Artikoli 5 u 5a;

 

(c)

l-effettività tal-istruttura ta' superviżjoni u infurzar u l-ħtieġa li jiġu introdotti sanzjonijiet armonizzati madwar l-Unjoni għall-ksur tal-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari l-ksur imsemmi fl-Artikolu 16(4);

 

(d)

l-effettività ta' dan ir-Regolament fid-dawl tal-iżviluppi teknoloġiċi u xjentifiċi u żviluppi oħra;

 

(e)

l-interazzjoni ta' dan ir-Regolament mal-atti legali msemmija fl-Artikolu 1(4).

 

Ir-rapport għandu jsir pubbliku.

Emenda 260

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7( 8 ) u fl-Artikolu  12(8 ) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [sakemm tiġi evalwata l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament, sentejn wara l-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej li jmiss].

2.   Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 7( 1b ) , fl-Artikolu 7a(5) u  (6), fl-Artikolu  7b(6 ) u fl-Artikolu 9(4a) għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' [sakemm tiġi evalwata l-applikazzjoni ta' dan ir-regolament, sentejn wara l-elezzjonijiet Parlamentari Ewropej li jmiss].

Emenda 261

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.   Id-delega tas-setgħa imsemmija fl-Artikolu 7( 8 ) u fl-Artikolu  12(8 ) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

3.   Id-delega ta' setgħa msemmija fl-Artikolu 7( 1b ) , fl-Artikolu 7a(5) u  (6), fl-Artikolu  7b(6 ) u fl-Artikolu 9(4a) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandha taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

Emenda 262

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.     Qabel ma' tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tikkonsulta esperti nnominati minn kull Stat Membru skont il-prinċipji stipulati fil-Ftehim Interistituzzjonali tat-13 ta' April 2016 dwar it-Tfassil Aħjar tal-Liġijiet.

Emenda 263

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7( 8) jew l-Artikolu  12(8 ) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li ma humiex sejrin joġġezzjonaw. Dan il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

5.   Att delegat adottat skont l-Artikolu 7( 1b), l-Artikolu  7a(5 ) u (6), l-Artikolu 7b(6) u l-Artikolu 9(4a) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Emenda 264

Proposta għal regolament

Artikolu 19a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 19a

Proċedura ta' kumitat

1.     Il-Kummissjoni għandha tkun megħjuna minn kumitat. Dak il-kumitat għandu jkun kumitat skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

2.     Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, għandu japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda 265

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.   Għandu japplika mill-1  ta'  April 2023 .

2.   Għandu japplika minn [3 xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] .

 

Madankollu, l-Artikolu 7b, paragrafi 1, 4 u 5 għandu japplika minn [sena wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament].

Emenda 266

Proposta għal regolament

Anness I – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu  7(2 )

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu  7a(1 )

Emenda 267

Proposta għal regolament

Anness I – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)

meta l-avviż ma jkunx fir-reklam innifsu, eżempju/rappreżentazzjoni tar-reklam politiku jew link għalih.

(a)

meta l-avviż ma jkunx fir-reklam innifsu jew mehmuż miegħu , eżempju/rappreżentazzjoni tar-reklam politiku jew link għalih.

Emenda 268

Proposta għal regolament

Anness I – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)

l-identità u l-post tal-istabbiliment tal-isponsor li f'ismu jiġi mxerred ir-reklam, inkluż l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, u jekk hijiex entità fiżika jew ġuridika.

(b)

l-identità u l-post tal-istabbiliment tal-isponsor li f'ismu jitħejja, jitqiegħed, jiġi promoss, jiġi ppubblikat, jitwassal jew jiġi disseminat ir-reklam, inklużi l-isem, l-indirizz, in-numru tat-telefon jew l-indirizz tal-posta elettronika tiegħu, u jekk huwiex entità fiżika jew ġuridika.

Emenda 269

Proposta għal regolament

Anness I – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)

il-perjodu li matulu r-reklamar politiku jiġi mxerred u, fejn applikabbli u magħruf mill-pubblikatur, il-fatt li l-istess reklam ġie mxerred fil-passat.

(c)

il-perjodu li matulu r-reklamar politiku jitwassal jew jiġi disseminat u, fejn applikabbli u magħruf mill-pubblikatur, il-fatt li l-istess reklam ġie disseminat fil-passat.

Emenda 270

Proposta għal regolament

Anness I – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)

kwalunkwe elezzjoni li magħha jkun marbut ir-reklamar, jekk applikabbli.

(d)

kwalunkwe elezzjoni , referendum, proċess leġiżlattiv jew regolatorju li magħhom ikun marbut ir-reklamar, jekk applikabbli.

Emenda 271

Proposta għal regolament

Anness I – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)

l-ammont aggregat provviżorju minfuq, u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għar-reklam speċifiku, u l-kampanja ta' reklamar speċifika fejn rilevanti, inkluż it-tħejjija , it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u  t-tixrid tar-reklami politiċi, kif ukoll l-ammont reali aggregat minfuq u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti ladarba jkun magħruf.

(e)

l-ammont aggregat minfuq, u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti bi skambju parzjali jew sħiħ għar-reklam speċifiku, u l-kampanja ta' reklamar speċifika fejn rilevanti, inklużi t-tħejjija , it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u  d-disseminazzjoni tar-reklami politiċi, kif ukoll l-ammont reali aggregat minfuq u l-valur ta' benefiċċji oħra riċevuti ladarba dan ikun magħruf.

Emenda 272

Proposta għal regolament

Anness I – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)

is-sorsi tal-fondi li qed jintużaw għall-kampanja ta' reklamar speċifika inkluż għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni u  t-tixrid tar-reklami politiċi.

(f)

l-oriġini tal-ammonti u benefiċċji oħra li qed jintużaw għall-kampanja ta' reklamar speċifika inkluż għat-tħejjija, it-tqegħid, il-promozzjoni, il-pubblikazzjoni , it-twassil u  d-disseminazzjoni tar-reklami politiċi.

Emenda 273

Proposta għal regolament

Anness I – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)

meta l-pubblikatur ikun pjattaforma online kbira ħafna, link għall-post tar-reklam fir-repożitorju tar-reklamar tal-pubblikatur .

(h)

link għall-post tar-reklamar fir-Repożitorju Ewropew għal Reklami Politiċi Online .

Emenda 274

Proposta għal regolament

Anness II

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni li għandha tiġi pprovduta skont l-Artikolu 12(3)

imħassar

(a)

il-gruppi speċifiċi ta' riċevituri fil-mira, inklużi l-parametri użati biex jiġu stabbiliti r-riċevituri li lilhom jiġi mxerred ir-reklamar, bl-istess livell ta' dettall bħal dak użat għall-immirar, il-kategoriji ta' data personali użati għall-immirar u l-amplifikazzjoni, l-għanijiet ta' mmirar u amplifikazzjoni, il-mekkaniżmi u l-loġika inklużi l-parametri tal-inklużjoni u l-esklużjoni u r-raġunijiet għall-għażla ta' dawn il-parametri.

 

(b)

il-perjodu ta' tixrid, in-numru ta' individwi li lilhom jiġi mxerred ir-reklamar u indikazzjonijiet tad-daqs tal-udjenza fil-mira fi ħdan l-elettorat rilevanti.

 

(c)

is-sors tad-data personali msemmi fil-punt (a), inkluż, fejn applikabbli, informazzjoni li d-data personali nkisbet, ġiet inferita, jew inkisbet minn parti terza u l-identità tagħha kif ukoll link għall-avviż dwar il-protezzjoni tad-data ta' dik il-parti terza għall-ipproċessar inkwistjoni.

 

(d)

link għal mezzi effettivi biex jiġi appoġġat l-eżerċizzju mill-individwi tad-drittijiet tagħhom skont ir-Regolament (UE) 2016/679 jew ir-Regolament (UE) 2018/1725, kif applikabbli, fil-kuntest tal-immirar u l-amplifikazzjoni tar-reklamar politiku abbażi tad-data personali tagħhom.

 


(1)  Il-kwistjoni ġiet riferuta lura għal negozjati interistituzzjonali lill-kumitat responsabbli, skont l-Artikolu 59(4), ir-raba' subparagrafu. (A9-0009/2023).

(1a)   Id-Direttiva (UE) 2020/1828 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2020 dwar azzjonijiet rappreżentattivi għall-protezzjoni tal-interessi kollettivi tal-konsumaturi, u li tħassar id-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 409, 4.12.2020, p. 1).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(11)  Ir-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar tad-data personali u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data) (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 1).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2018 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta'data personali mill-istituzzjonijiet, korpi, uffiċċji u aġenziji tal-Unjoni u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Deċiżjoni Nru 1247/2002/KE (ĠU L 295, 21.11.2018, p. 39).

(13)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).

(13)  Id-Direttiva 2010/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2010 dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media awdjoviżiva) (ĠU L 95, 15.4.2010, p. 1).