European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7082

21.11.2024

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11757 – VISTA / WARBURG PINCUS / REDWOOD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/7082)

1.   

Fl-14 ta’ Novembru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Vista Equity Partners Management, LLC (“Vista”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Warburg Pincus LLC (“Warburg Pincus”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Activ Software Holdings LLC (“Redwood”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn Activ Software Topco LLC (l-Istati Uniti tal-Amerka).

Vista u Warburg Pincus se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Redwood kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

Vista hija ditta ta’ ekwità privata ffukata fuq il-finanzjament ta’ negozji tas-software tal-intrapriża, tad-data u dawk abilitati bit-teknoloġija,

—

Warburg Pincus hija kumpanija globali ta’ ekwità privata b’kumpaniji tal-portafoll attivi f’varjetà ta’ setturi, inklużi l-enerġija, is-servizzi finanzjarji, is-servizzi tal-kura tas-saħħa u tal-konsumatur, is-servizzi industrijali u tan-negozju, kif ukoll it-teknoloġija, il-media u t-telekomunikazzjoni,

—

Redwood hija fornitur ta’ soluzzjonijiet tas-software bħala servizz (SaaS) u fornitur ta’ soluzzjonijiet tas-software fuq il-post, attiva f’soluzzjonijiet avvanzati ta’ awtomatizzazzjoni tax-xogħol għall-intrapriżi. Redwood toffri awtomatizzazzjoni sħiħa tal-proċessi tan-negozju u sservi lill-klijenti f’varjetà ta’ industriji, bħall-manifattura, l-utilitajiet, il-bejgħ bl-imnut, il-bijoteknoloġija, u l-kura tas-saħħa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.11757 – VISTA / WARBURG PINCUS / REDWOOD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7082/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)