|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2295 |
13.10.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2295
tad-9 ta’ Ottubru 2026
li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri
(notifikata bid-dokument C(2026) 7239)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) hija marda virali infettiva fl-għasafar li tista’ tħalli impatt serju fuq il-profittabbiltà tat-trobbija tal-pollam, u dan jikkawża tfixkil fil-kummerċ fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. Il-preżenza tal-viruses tal-HPAI fl-għasafar selvaġġi hija theddida kontinwa għall-introduzzjoni diretta u indiretta ta’ dawn il-viruses fl-istabbilimenti fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, b’mod partikolari matul il-passa tal-ħarifa u tar-rebbiegħa tal-għasafar li jpassu meta dawn l-għasafar ikunu jistgħu jxerrdu dawn il-viruses fuq distanzi twal. Fil-każ ta’ tifqigħa tal-HPAI fl-istabbilimenti fejn jinżammu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq, hemm riskju li l-aġent tal-marda jinxtered fi stabbilimenti oħra bħal dawn. |
|
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi l-qafas leġiżlattiv għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin. L-HPAI taqa’ fid-definizzjoni ta’ marda elenkata f’dak ir-Regolament, u hija soġġetta għar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard stabbiliti fih. Barra minn hekk, ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat, fosthom l-HPAI. B’mod partikolari, l-Artikolu 21 ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li f’każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A fi stabbiliment, l-awtorità kompetenti trid tistabbilixxi minnufih żona ristretta li tinkludi żona ta’ protezzjoni, żona ta’ sorveljanza u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 (3) ġiet adottata abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi miżuri ta’ emerġenza fil-livell tal-Unjoni b’rabta mat-tifqigħat tal-HPAI. |
|
(4) |
B’mod partikolari, l-Artikoli 2, 3 u 4 tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 jipprevedu li b’segwitu għat-tifqigħat tal-HPAI, iż-żoni ta’ protezzjoni, iż-żoni ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri li għandhom jiġu stabbiliti f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 iridu jkunu jinkludu tal-anqas iż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni, u l-miżuri li għandhom jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità ma’ dak ir-Regolament Delegat, iridu jinżammu tal-anqas sad-dati stabbiliti f’dak l-Anness. |
|
(5) |
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2187 (4), wara tifqigħa tal-HPAI fil-Bulgarija fi stabbiliment fejn jinżamm il-pollam. |
|
(6) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/2187, il-Belġju u l-Bulgarija nnotifikaw lill-Kummissjoni dwar tifqigħat tal-HPAI fl-istabbilimenti li kienu jżommu l-pollam jew l-għasafar miżmuma fil-magħluq. B’mod partikolari, dawn in-notifiki kienu jikkonċernaw żewġ tifqigħat fl-għasafar miżmuma fil-magħluq fil-provinċji ta’ Antwerp u Limburg fil-Belġju, u tifqigħa waħda fil-pollam fir-reġjun ta’ Plovdiv fil-Bulgarija. |
|
(7) |
B’segwitu għal dawk it-tifqigħat riċenti, il-Belġju u l-Bulgarija ħadu l-miżuri għall-kontroll tal-mard meħtieġa f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, inkluż l-istabbiliment ta’ żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza madwar it-tifqigħat. |
|
(8) |
Il-Kummissjoni eżaminat il-miżuri għall-kontroll tal-mard li ħadu l-Belġju u l-Bulgarija u tinsab sodisfatta li l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti b’segwitu għal dawk it-tifqigħat riċenti tal-HPAI f’dawk l-Istati Membri jinsabu ’l bogħod biżżejjed mill-istabbilimenti fejn ġew ikkonfermati t-tifqigħat. |
|
(9) |
Barra minn hekk, il-Bulgarija infurmat lill-Kummissjoni li t-tindif u d-diżinfettar fl-istabbiliment affettwat mit-tifqigħa BG-HPAI(P)-2026-00011, li jinsab fir-reġjun ta’ Plovdiv, tlestew aktar tard milli mistenni. Għalhekk, id-durata taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti għal dik it-tifqigħa mill-Bulgarija, kif elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, jeħtieġ tiġi estiża f’konformità mal-Artikolu 39 u mal-Artikolu 55 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(10) |
Sabiex jiġi evitat kull disturb bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata kull impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti mingħajr dewmien fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Belġju u mal-Bulgarija, iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(11) |
Għalhekk, jenħtieġ li jiġu emendati ż-żoni elenkati bħala żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-Belġju u l-Bulgarija fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, biex jitqiesu l-konfini taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti minn dawk l-Istati Membri wara t-tifqigħat il-ġodda tal-HPAI fih, kif ukoll id-durata meħtieġa tal-miżuri li jridu jiġu applikati f’dawk iż-żoni, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(12) |
Barra minn hekk, id-dati sa meta għandhom japplikaw il-miżuri fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza stabbiliti mill-Bulgarija għat-tifqigħa BG-HPAI(P)-2026-00011, kif elenkati fl-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447, jenħtieġ li jiġu emendati biex titqies id-durata estiża tar-restrizzjonijiet. |
|
(13) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 tiġi emendata kif xieraq. |
|
(14) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-HPAI, huwa importanti li l-emendi tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li jridu jsiru b’din id-Deċiżjoni jsiru effettivi kemm jista’ jkun malajr. |
|
(15) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Ottubru 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2447 tal-24 ta’ Ottubru 2023 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2023/2447, 30.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/2447/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/2187 tal-24 ta’ Settembru 2026 li temenda l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2023/2447 li tikkonċerna ċerti miżuri ta’ emerġenza marbuta ma’ tifqigħat ta’ influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja f’ċerti Stati Membri (ĠU L, 2026/2187, 28.9.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2187/oj).
ANNESS
Parti A
Żoni ta’ protezzjoni msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 2:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
BE-HPAI(NON-P)-2026-00149 |
Those parts of the municipalities Bilzen-Hoeselt, Hasselt and Tongeren-Borgloon contained within a circle of a radius of 3 kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.427229 lat 50.805675. |
24.10.2026 |
|
BE-HPAI(NON-P)-2026-00150 |
Those parts of the municipalities Balen and Mol contained within a circle of a radius of 3 kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.14 lat 51.17. |
28.10.2026 |
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||
|
Plovdiv region |
||||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00011 |
The following village in Rakovski municipality:
|
2.11.2026 |
||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00012 |
The following village in Rakovski municipality:
The following village in Kaloyanovo municipality:
|
18.10.2026 |
||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00013 |
The following settlements in Maritsa municipality:
|
6.11.2026 |
||||
Parti B
Żoni ta’ sorveljanza msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (a), u fl-Artikolu 3:
Stat Membru: Il-Belġju
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
BE-HPAI(NON-P)-2026-00149 |
Those parts of the municipalities Alken, Awans, Bassenge, Bilzen-Hoeselt, Crisnée, Diepenbeek, Hasselt, Heers, Herstappe, Juprelle, Oreye, Riemst, Tongeren-Borgloon and Wellen contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.427229lat 50.805675. |
2.11.2026 |
|
Those parts of the municipalities Bilzen-Hoeselt, Hasselt and Tongeren-Borgloon contained within a circle of a radius of 3 kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.427229 lat 50.805675. |
25.10.2026 – 2.11.2026 |
|
|
BE-HPAI(NON-P)-2026-00150 |
Those parts of the municipalities Balen, Beringen, Dessel, Geel, Hechtel-Eksel, Laakdal, Leopoldsburg, Lommel, Meerhout, Mol, Retie and Tessenderlo-Ham contained within a circle of a radius of 10 kilometres, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.14 lat 51.17. |
6.11.2026 |
|
Those parts of the municipalities Balen and Mol contained within a circle of a radius of 3 kilometers, centered on WGS84 dec. coordinates long 5.14 lat 51.17. |
29.10.2026 – 6.11.2026 |
Stat Membru: Il-Bulgarija
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||
|
Plovdiv region |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00011 |
The following villages in Rakovski municipality:
The following villages in Maritsa municipality:
The following villages in Brezovo municipality:
The following village in Kaloyanovo municipality:
|
11.11.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
The following village in Rakovski municipality:
|
3.11.2026 – 11.11.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00012 |
The following villages in Rakovski municipality
The following villages in Maritsa municipality
The following villages in Brezovo municipality
The following villages in Kaloyanovo municipality
|
27.10.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
The following village in Rakovski municipality:
The following village in Kaloyanovo municipality:
|
19.10.2026 – 27.10.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||
|
BG-HPAI(P)-2026-00013 |
The following settlements in Maritsa municipality:
The following settlements in Plovdiv municipality:
The following settlements in Rakovski municipality:
The following settlements in Sadovo municipality:
|
15.11.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||
|
The following settlements in Maritsa municipality:
|
7.11.2026 – 15.11.2026 |
|||||||||||||||||||||||||||||
Stat Membru: Franza
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS tat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
Département: Maine-et-Loire (49) |
||
|
FR-HPAI(P)-2026-00021 FR-HPAI(P)-2026-00022 FR-HPAI(P)-2026-00023 |
BOCÉ CHARTRENÉ LE GUÉDENIAU LE VIEIL-BAUGÉ BEAUFORT-EN-VALLÉE BLOU FONTAINE-GUÉRIN LES BOIS D’ANJOU (SUD DE L’AUTOROUTE A85) LONGUÉ-JUMELLES (OUEST DE L’AUTOROUTE A85) AUVERSE LASSE LINIÈRES-BOUTON (EST DE LA ROUTE DE L’ÉTANG) MÉON NOYANT (OUEST DE L’AVENUE DE LA GARE ET AU SUD DE LA D141 (ROUTE DE GENNETEIL)) PARCAY-LES-PINS LA PELERINE SAINT-PHILBERT-DU-PEUPLE VERNANTES VERNOIL-LE-FOURRIER |
9.10.2026 |
|
BRION (EST DE L’AUTOROUTE A85) CUON JUMELLES (EST DE L’AUTOROUTE A85) LA LANDES-CHASLES MOULIHERNE LINIÈRES-BOUTON (OUEST DE LA ROUTE DE L’ÉTANG ET AU SUD DE LA D62) |
1.10.2026 – 9.10.2026 |
|
Parti C
Żoni ristretti ulterjuri msemmija fl-Artikolu 1, il-punt (b), u fl-Artikolu 4:
Stat Membru: l-ebda
|
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
|
|
|
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/2295/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)