Trattat ta' Lisbona li jemenda t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li kien iffirmat fit-13 ta' diċembru 2007 - PROTOKOLLI - B. Protokoli li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona - Protokoll Nru 2 li jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Energija Atomika
Official Journal 306 , 17/12/2007 P. 0199 - 0201
Protokoll Nru 2 LI JEMENDA T-TRATTAT LI JISTABBILIXXI L-KOMUNITÀ EWROPEA TA' L-ENERGIJA ATOMIKA IL-PARTIJIET KONTRAENTI GĦOLJA, FILWAQT LI JFAKKRU l-ħtieġa li d-dispożizzjonijiet tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika għandhom ikomplu jkollhom effett ġuridiku sħiħ; XEWQANA li jaddattaw dak it-Trattat għar-regoli ġodda stabbiliti mit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, b'mod partikolari fl-oqsma istituzzjonali u finanzjarji, FTEHMU dwar id-dispożizzjonijiet li ġejjin, li għandhom jiġu annessi mat-Trattat ta' Lisbona u li jemendaw it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika kif ġej: Artikolu 1 Dan il-Protokoll għandu jemenda t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ it-"Trattat KEEA"), fil-verżjoni tiegħu li jkun fis-seħħ fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona. It-tieni subparagrafu ma jikkonċernax il-verżjoni Maltija. Artikolu 2 L-intestatura tat-Titolu III "Dispożizzjonijiet Istituzzjonali" tat-Trattat KEEA għandha tiġi ssostitwita bi: "Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji". Artikolu 3 Il-kapitolu ġdid li ġej għandu jiddaħħal fil-bidu tat-Titolu III tat-Trattat KEEA: "KAPITOLU 1 APPLIKAZZJONI TA' ĊERTI DISPOŻIZZJONIJIET TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA U TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TA' L-UNJONI EWROPEA Artikolu 106a 1. L-Artikolu 7, l-Artikoli 9 sa 9 F, l-Artikolu 48 (2) sa (5), u l-Artikoli 49 u 49 A tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 16 A tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 190 sa 201b, l-Artikoli 204 sa 211a, l-Artikolu 213 , l-Artikoli 215 sa 236, l-Artikoli 238, 239 u 240, l-Artikoli 241 sa 245, l-Artikoli 246 sa 262, l-Artikoli 268 sa 277, l-Artikoli 279 sa 280 u l-Artikoli 283, 290 u 292 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Protokoll dwar id-dispożizzjonijiet transitorji li japplikaw għal dan it-Trattat. 2. Fil-qafas ta' dan it-Trattat, ir-referenzi għall-Unjoni, għat-"Trattat dwar l-Unjoni Ewropea", għat-"Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea" jew għat-"Trattati" fid-dispożizzjonijiet previsti fil-paragrafu 1 u dawk fil-protokolli annessi kemm għall-imsemmija Trattati u ma' dan it-Trattat għandhom jiġu kkunsidrati, rispettivament, bħala referenzi għall-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika u għal dan it-Trattat. 3. Id-dispożizzjonijiet tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea m'għandhomx jidderogaw mid-dispożizzjonijiet ta' dan it-Trattat." Artikolu 4 Il-Kapitoli I, II u III tat-Titolu III tat-Trattat KEEA għandhom isiru II, III u IV. Artikolu 5 L-Artikolu 3, l-Artikoli 107 sa 132, l-Artikoli 136 sa 143, l-Artikoli 146 sa 156, l-Artikoli 158 sa 163, l-Artikoli 165 sa 170, l-Artikoli 173, 173A u 175, l-Artikoli 177 sa 179a, u l-Artikoli 180b u 181, l-Artikoli 183, 183A, 190 u 204 tat-Trattat KEEA għandhom jiġu revokati. Artikolu 6 L-intestatura tat-Titolu IV tat-Trattat KEEA "Dispożizzjonijiet Finanzjarji" għandha tiġi ssostitwita bl-intestatura, "Dispożizzjonijiet finanzjarji speċifiċi". Artikolu 7 1. Fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 38 u fit-tielet subparagrafu ta' l-Artikolu 82 tat-Trattat KEEA, ir-referenzi għall-Artikoli 141 u 142 għandhom jiġu ssostitwiti rispettivament b'dawk għall-Artikoli 226 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. 2. Fl-Artikolu 171(2) u fl-Artikolu 176(3) tat-Trattat KEEA, ir-referenza għall-Artikolu 183 għandha tiġi ssostitwita b'dik għall-Artikolu 279 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. 3. Fl-Artikolu 172(4) tat-Trattat KEEA, ir-referenza għall-Artikolu 177(5) għandha tiġi ssostitwita b'dik għall-Artikolu 272 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. 4. Fit-Trattat KEEA, il-kliem "Qorti tal-Ġustizzja" għandhom jiġu ssostitwiti bil-kliem "Qorti tal-Ġustizzja ta' l-Unjoni Ewropea". Artikolu 8 L-Artikolu 191 tat-Trattat KEEA għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 191 Il-Komunità għandha tgawdi fit-territorji ta' l-Istati Membri dawk il-privileġġi u l-immunitajiet li huma meħtieġa għat-twettiq tal-missjoni tagħha, skond il-kondizzjonijiet imsemmija fil-Protokoll dwar il-privileġgi u l-immunitajiet ta' l-Unjoni Ewropea". Artikolu 9 L-Artikolu 206 tat-Trattat KEEA għandu jiġi ssostitwit b'dan li ġej: "Artikolu 206 Il-Komunità tista' tikkonkludi ma' Stat wieħed jew iktar jew organizzazzjonijiet internazzjonali ftehim li jistabbilixxu assoċjazzjoni li tinvolvi drittijiet u obbligi reċiproki, azzjoni komuni u proċeduri speċjali. Dawn il-ftehim għandhom ikunu konklużi mill-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu wara konsultazzjoni mall-Parlament Ewropew. Fejn tali ftehim jeħtieġu emendi għal dan it-Trattat, dawn l-emendi għandhom l-ewwel ikunu adottati skond il-proċedura prevista fl-Artikolu 48 (2) sa (5) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea." Artikolu 10 Id-dħul u l-infiq tal-Komunità Ewropea ta' l-Enerġija Atomika, bl-eċċezzjoni ta' dawk ta' l-Aġenzija Fornitriċi u l-Impriżi Konġunti, għandhom jiddaħħlu fil-baġit ta' l-Unjoni." --------------------------------------------------