|
29.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 200/154 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1328
tat-30 ta’ Settembru 2021
dwar il-miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (2011/C) (ex 2011/NN) implimentati mill-Italja u mir-Reġjun tal-Lazio għal Laziomar u l-akkwirent tagħha CLN
(notifikata bid-dokument C(2021) 6989)
(Il-verżjoni Taljana biss hija awtentika)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
WERREJ
|
1. |
Proċedura | 158 |
|
2. |
Sfond u deskrizzjoni tal-miżuri soġġetti għall-investigazzjoni | 158 |
|
2.1. |
Qafas ġenerali | 158 |
|
2.1.1. |
Il-Konvenzjonijiet inizjali | 160 |
|
2.1.2. |
L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali | 8 |
|
2.1.3. |
Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar u l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizz il-ġdid | 161 |
|
2.2. |
Miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 | 161 |
|
2.3. |
Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni | 162 |
|
2.3.1. |
L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja | 162 |
|
2.3.1.1. |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku | 162 |
|
2.3.1.2. |
Baġit u tul ta' żmien | 11 |
|
2.3.2. |
Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar | 165 |
|
2.3.2.1. |
Il-proċedura ta’ bejgħ u l-għoti finali | 165 |
|
2.3.2.2. |
Il-kuntratt ta’ bejgħ | 165 |
|
2.3.2.3. |
Proċedimenti fuq livell nazzjonali | 166 |
|
2.3.3. |
Il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar | 166 |
|
2.3.3.1. |
Il-benefiċjarju | 166 |
|
2.3.3.2. |
Ir-rotot | 15 |
|
2.3.3.3. |
Tul ta' żmien | 166 |
|
2.3.3.4. |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku | 166 |
|
2.3.3.5. |
Id-dispożizzjonijiet dwar il-kumpens u l-għoti finali | 16 |
|
2.3.4. |
Il-prijorità tal-irmiġġ | 168 |
|
2.3.5. |
Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 | 168 |
|
2.4. |
Proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609 | 170 |
|
3. |
Raġunijiet għall-bidu u għall-estensjoni tal-proċedura | 170 |
|
3.1. |
L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja | 170 |
|
3.1.1. |
Osservanza tas-sentenza Altmark u eżistenza ta’ għajnuna | 171 |
|
3.1.2. |
Kompatibbiltà | 171 |
|
3.2. |
Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar | 172 |
|
3.3. |
Il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar | 172 |
|
3.3.1. |
L-osservanza tas-sentenza Altmark, l-eżistenza ta’ għajnuna u l-kompatibbiltà | 172 |
|
3.3.2. |
Kompatibbiltà | 172 |
|
3.4. |
Il-prijorità tal-irmiġġ | 173 |
|
3.5. |
Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 | 173 |
|
4. |
Kummenti mill-Italja | 173 |
|
4.1. |
Dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambjent kompetittiv | 173 |
|
4.2. |
Dwar il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar | 173 |
|
4.2.1. |
Dwar il-prezz tal-bejgħ ta’ Laziomar | 174 |
|
4.2.2. |
Dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura | 174 |
|
4.3. |
Dwar il-konformità tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mal-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark | 175 |
|
4.4. |
Dwar il-prijorità tal-irmiġġ | 175 |
|
4.5. |
Dwar il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 | 175 |
|
4.6. |
Dwar ir-regoli għall-kalkolu tal-kumpens għall-perjodu 2011 – 2019 u dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % stabbilit fid-Direttiva CIPE mill-2010 | 28 |
|
4.7. |
Dwar il-konformità tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 | 176 |
|
4.8. |
Dwar il-konformità tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mal-Qafas SGEI tal-2011 | 177 |
|
5. |
Valutazzjoni | 177 |
|
5.1. |
Eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE | 177 |
|
5.1.1. |
L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja | 177 |
|
5.1.1.1. |
Riżorsi tal-Istat | 178 |
|
5.1.1.2. |
Selettività | 178 |
|
5.1.1.3. |
Vantaġġ ekonomiku | 179 |
|
5.1.1.4. |
Effett fuq il-kompetizzjoni u fuq il-kummerċ | 179 |
|
5.1.1.5. |
Konklużjoni | 180 |
|
5.1.1.6. |
Għajnuna ġdida jew eżistenti | 180 |
|
5.1.2. |
L-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar | 180 |
|
5.1.2.1. |
Altmark 1 | 181 |
|
5.1.2.2. |
Altmark 2 | 187 |
|
5.1.2.3. |
Altmark 3 | 43 |
|
5.1.2.4. |
Altmark 4 | 46 |
|
5.1.2.5. |
Konklużjoni | 196 |
|
5.1.3. |
Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 | 196 |
|
5.1.3.1. |
Użu possibbli tal-fondi għall-immodernizzar tal-vapuri għall-finijiet ta’ likwidità | 197 |
|
5.1.3.2. |
Eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni | 197 |
|
5.1.3.3. |
Possibbiltà tal-użu tar-riżorsi tal-FAS sabiex jiġu ssodisfati l-eżiġenzi ta’ likwidità | 198 |
|
5.1.4. |
Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna | 198 |
|
5.2. |
Il-legalità tal-għajnuna | 198 |
|
5.3. |
Il-kompatibbiltà tal-għajnuna | 198 |
|
5.3.1. |
Regoli applikabbli | 200 |
|
5.3.2. |
Servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 106 TFUE | 60 |
|
5.3.3. |
Ħtieġa ta’ att ta’ inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens | 203 |
|
5.3.4. |
It-tul tal-perjodu tal-inkarigu | 203 |
|
5.3.5. |
Konformità mad-Direttiva 2006/111/KE | 204 |
|
5.3.6. |
Ammont tal-kumpens | 65 |
|
5.3.7. |
Il-prijorità tal-irmiġġ | 206 |
|
5.3.8. |
Konklużjoni | 206 |
|
6. |
Konklużjoni | 207 |
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati sabiex jippreżentaw l-kummenti tagħhom skont id-dispożizzjoni(jiet) imsemmija hawn fuq (1) u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fit-23 ta’ Marzu 2009, fid-9 ta’ Diċembru 2009, fil-21 ta’ Diċembru 2009, fis-6 ta’ Jannar 2010, fis-27 ta’ Settembru 2010 u fit-12 ta’ Ottubru 2010, il-Kummissjoni rċeviet sitt ilmenti dwar diversi miżuri ta’ appoġġ adottati mill-Italja favur il-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia (2). L-ilmenti kienu jikkonċernaw il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mogħti lil dawn il-kumpaniji wara l-iskadenza tal-kuntratti inizjali ta’ servizz pubbliku konklużi mal-Italja għall-perjodu bejn Jannar 1989 u Diċembru 2008 (“il-Konvenzjonijiet inizjali”), miżuri ta’ appoġġ addizzjonali stabbiliti fil-liġi nazzjonali fil-kuntest tal-proċess ta’ privatizzazzjoni tal-kumpaniji, kif ukoll ċerti kwistjonijiet li jirrigwardaw b’mod partikolari l-proċedura ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia di Navigazione S.p.A. (“Tirrenia”) u Siremar - Sicilia Regionale Marittima S.p.A. (“Siremar”). |
|
(2) |
Fid-29 ta’ Lulju 2010, l-Italja nnotifikat lill-Kummissjoni bil-kumpens imħallas fl-2008, fl-2009 u fl-2010 mill-Italja lil Caremar – Campania Regionale Maritima S.p.A. (“Caremar”). Dik in-notifika ġiet ippreżentata mill-ġdid fl-1 ta’ Diċembru 2010 u kienet tkopri l-kumpens imħallas lil Caremar fl-2009 u fl-2010. Il-kumpens imħallas lil Caremar fl-2008 kien kopert minn deċiżjoni separata (ara l-Premessa 20). |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni fetħet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mill-Italja favur il-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia (“id-Deċiżjoni tal-2011”) (3). L-investigazzjoni kienet tikkonċerna fost l-oħrajn il-kumpens mogħti lil Caremar għall-operat ta’ għadd ta’ rotot marittimi mill-1 ta’ Jannar 2009 u għadd ta’ miżuri oħra mogħtija lil dik il-kumpanija (ara l-Premessa 38). |
|
(4) |
F’dak iż-żmien, Caremar kienet topera rotot ta’ kabotaġġ marittimu (4) fil-Golf ta’ Napli (ir-Reġjun tal-Campania) u fl-arċipelagu ta’ Pontino (ir-Reġjun tal-Lazio). Sussegwentement, ir-Reġjun tal-Campania ttrasferixxa lir-Reġjun tal-Lazio r-rotot fl-arċipelagu ta’ Pontino fuq bażi awtonoma taħt l-isem Laziomar S.p.A. (“Laziomar”) (5). Dak it-trasferiment ġie fformalizzat fl-1 ta’ Ġunju 2011 (ara l-Premessi 32 u 33. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-2011 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri investigati. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra datata t-28 ta’ Settembru 2011, l-Italja kkonfermat l-intenzjoni tagħha li tipprivatizza l-kumpaniji reġjonali ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar. Fis-26 ta’ Ottubru 2011, il-Kummissjoni bagħtet talba għall-informazzjoni lill-Italja dwar il-proċedura ta’ privatizzazzjoni. Fit-30 ta’ Novembru 2011, l-Italja bagħtet tweġiba għat-talba għall-informazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta’ Ottubru 2011. |
|
(7) |
Fil-15 ta’ Novembru 2011, l-Italja ppreżentat il-kummenti dwar il-miżuri koperti mid-Deċiżjoni tal-2011. |
|
(8) |
Fil-25 ta’ April 2012, il-Kummissjoni bagħtet talba oħra għall-informazzjoni lill-Italja dwar il-proċedura ta’ privatizzazzjoni. L-Italja wieġbet permezz tal-ittra datata t-22 ta’ Mejju 2012. |
|
(9) |
Fis-7 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni estendiet il-proċedura ta’ investigazzjoni, fost l-oħrajn biex tkopri ċerti miżuri ta’ appoġġ addizzjonali mogħtija mir-Reġjun tal-Lazio lil Laziomar fir-rigward tal-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mogħti lil Laziomar skont il-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid. Verżjoni emendata ta’ dik id-Deċiżjoni ġiet adottata mill-Kummissjoni fid-19 ta’ Diċembru 2012 (“id-Deċiżjoni tal-2012”) (6). |
|
(10) |
Id-Deċiżjoni tal-2012 ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati biex jippreżentaw l-kummenti tagħhom dwar il-miżuri investigati. |
|
(11) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2012, l-Italja ppreżentat il-kummenti tagħha. |
|
(12) |
Fil-25 ta’ Jannar 2018, fid-29 ta’ Marzu 2018, fil-31 ta’ Awwissu 2018, fl-4 ta’ Marzu 2019, fil-15 ta’ April 2020, fid-9 u fis-26 ta’ Frar 2021, il-Kummissjoni talbet informazzjoni addizzjonali mingħand l-Italja. L-Italja pprovdiet din l-informazzjoni fis-26 ta’ April 2018, fit-8 u fil-31 ta’ Mejju 2018, fit-2 ta’ Novembru 2018, fil-11 ta’ Diċembru 2018, fit-30 ta’ April 2019, fit-22 ta’ Ġunju 2020, fit-22 ta’ Frar 2021 u fis-17 ta’ Marzu 2021. |
|
(13) |
Din id-Deċiżjoni tikkonċerna biss għajnuna possibbli lil Laziomar kif speċifikat fit-Taqsima 2.3. Il-miżuri l-oħra kollha soġġetti għad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 qegħdin jiġu investigati separatament taħt il-Każijiet SA.32014, SA.32015 u SA.32016 u għalhekk ma humiex koperti minn din id-Deċiżjoni. B’mod partikolari, dawk il-miżuri l-oħra jikkonċernaw kumpaniji oħra ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia. |
2. SFOND U DESKRIZZJONI TAL-MIŻURI SOĠĠETTI GĦALL-INVESTIGAZZJONI
2.1. Qafas ġenerali
2.1.1. Il-Konvenzjonijiet inizjali
|
(14) |
Storikament il-Gruppo Tirrenia kien proprjetà tal-Italja permezz tal-kumpanija Fintecna (7) u inizjalment kien jinkludi sitt kumpaniji, jiġifieri Tirrenia, Adriatica, Caremar, Saremar, Siremar u Toremar. Dawn il-kumpaniji kienu jipprovdu servizzi ta’ trasport marittimu b'kuntratti ta' servizz pubbliku separati ta’ servizz konklużi mal-Italja fl-1991, li baqgħu fis-seħħ għal 20 sena bejn Jannar 1989 u Diċembru 2008 (“il-Konvenzjonijiet inizjali”). Fintecna kellha 100 % tal-kapital azzjonarju ta’ Tirrenia li min-naħa tagħha kienet is-sid uniku tal-kumpaniji reġjonali Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar. Adriatica, li kienet topera għadd ta’ rotot bejn l-Italja u l-Albanija, il-Kroazja, il-Greċja u l-Montenegro rispettivament, ġiet amalgamata ma’ Tirrenia fl-2004. |
|
(15) |
L-iskop ta’ dawn il-Konvenzjonijiet inizjali kien li tiġi ggarantita r-regolarità u l-affidabbiltà tas-servizzi tat-trasport marittimu, li l-maġġoranza tagħhom jgħaqqdu lill-Italja kontinentali ma’ Sqallija, ma’ Sardinja u ma’ gżejjer Taljani iżgħar oħra. Għal dan il-għan, l-Italja tat appoġġ finanzjarju fil-forma ta’ sussidji mħallsa direttament lil kull kumpanija tal-Gruppo Tirrenia. |
|
(16) |
Fl-1 ta’ Ġunju 2011, Laziomar bdiet topera sensiela ta’ rotot ta’ kabotaġġ marittimu bejn ir-Reġjun tal-Lazio u l-gżejjer ġirien iżgħar (ara l-Premessa 33). Ir-rotot eżatti kkonċernati huma deskritti fil-Premessa 43. |
|
(17) |
Fis-6 ta’ Awwissu 1999, il-Kummissjoni ddeċidiet li tibda l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) fir-rigward ta’ għajnuna mħallsa fuq il-bażi tal-Konvenzjonijiet inizjali lis-sitt kumpaniji li dak iż-żmien kienu jiffurmaw il-Gruppo Tirrenia. |
|
(18) |
Matul il-fażi tal-investigazzjoni, l-Italja talbet li l-każ tal-Gruppo Tirrenia jinqasam sabiex il-prijorità tkun li tintlaħaq deċiżjoni finali dwar Tirrenia. Din it-talba kienet immotivata mill-pjan tal-Italja li tipprivatizza l-Grupp, billi tibda proprju minn Tirrenia, u l-intenzjoni tagħha li tħaffef il-proċess fir-rigward ta’ dik il-kumpanija. |
|
(19) |
Il-Kummissjoni ddeċidiet li setgħet tilqa’ t-talba tal-Italja, u permezz tad-Deċiżjoni tagħha 2001/851/KE (8) (“id-Deċiżjoni tal-2001”), hija għalqet il-proċedura mibdija fir-rigward tal-għajnuna mogħtija lil Tirrenia. L-għajnuna kienet iddikjarata kompatibbli soġġetta għal ċerti impenji mill-Italja. |
|
(20) |
Permezz tad-Deċiżjoni tagħha 2005/163/KE (9) (“id-Deċiżjoni tal-2004”), il-Kummissjoni ddikjarat li l-kumpens mogħti mill-Italja lill-kumpaniji tal-Gruppo Tirrenia minbarra Tirrenia huwa parzjalment kompatibbli mas-suq intern, parzjalment kompatibbli iżda kondizzjonali fuq ir-rispett ta’ għadd ta’ impenji mill-awtoritajiet Taljani, u parzjalment inkompatibbli mas-suq intern. Id-deċiżjoni kienet ibbażata fuq data kontabilistika li kienet tkopri mill-1992 sal-2001 u kien fiha ċerti kundizzjonijiet li kellhom l-għan li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-kumpens tul iż-żmien kollu tal-Konvenzjonijiet inizjali. |
|
(21) |
Permezz tas-Sentenza tal-4 ta’ Marzu 2009 fil-Kawżi T-265/04, T-292/04 u T-504/04 (10) (“is-Sentenza tal-2009”) il-Qorti Ġenerali ħassret id-Deċiżjoni tal-2004. |
|
(22) |
Permezz tad-Deċiżjoni tagħha (UE) 2018/261 (11) (“id-Deċiżjoni tal-2014”), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward ta’ diversi miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar. L-appell ippreżentat minn Saremar u mir-Reġjun ta’ Sardenja kontra dik id-deċiżjoni ġie miċħud mill-Qorti Ġenerali fl-2017 (12). |
|
(23) |
Permezz tad-Deċiżjoni tagħha (UE) 2020/1411 (id-“Deċiżjoni dwar il-Gruppo Tirrenia tal-2020”) (13), il-Kummissjoni kkonkludiet l-investigazzjoni dwar il-kumpaniji tal-Gruppo Tirrenia minbarra Tirrenia għall-perjodu 1992-2008. Il-Kummissjoni kkonkludiet li l-għajnuna mogħtija għall-forniment tas-servizzi ta’ trasport ta’ kabotaġġ marittimu kienet tikkostitwixxi f'għajnuna eżistenti, filwaqt li l-biċċa l-kbira tal-għajnuna mogħtija għall-forniment tas-servizzi ta’ trasport marittimu internazzjonali kienet kompatibbli mal-Qafas tas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (“SGEI”) tal-2011 (14) (il-“Qafas SGEI tal-2011”). |
|
(24) |
Permezz tad-Deċiżjoni tagħha (UE) 2020/1412 (15) (id-“Deċiżjoni tal-2020 dwar Tirrenia/CIN”), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri mogħtija lil Tirrenia u lill-akkwirent tagħha CIN, għall-perjodu 2009-2020. |
|
(25) |
Permezz tad-Deċiżjoni tagħha (UE) 2021/4268 (16) u d-Deċiżjoni tagħha (UE) 2021/4271 (17), il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri mogħtija lil Siremar u Toremar u l-akkwirenti tagħhom, għall-perjodu mill-2009 ’il quddiem. |
2.1.2. L-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali
|
(26) |
L-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv Nru 207 tat-30 ta’ Diċembru 2008, ikkonvertit fil-Liġi Nru 14 tas-27 ta’ Frar 2009, stabbilixxa l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Laziomar), li inizjalment kellhom jiskadu fil-31 ta’ Diċembru 2008, għal sena, sal-31 ta’ Diċembru 2009. |
|
(27) |
Fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-kumpaniji tal-Gruppo Tirrenia, l-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv Nru 135 tal-25 ta’ Settembru 2009, ikkonvertit fil-Liġi Nru 166 tal-20 ta’ Novembru 2009 (“il-Liġi tal-2009”), stabbilixxa t-trasferiment tal-parteċipazzjoni azzjonarja tal-kumpaniji reġjonali (minbarra Siremar) mill-kumpanija prinċipali Tirrenia mingħajr ebda ħlas ta’ korrispettiv kif ġej:
|
|
(28) |
Il-Liġi tal-2009 speċifikat ukoll li sal-31 ta’ Diċembru 2009 kellhom jiġu miftiehma Konvenzjonijiet ġodda bejn l-Italja u Tirrenia u Siremar. Bl-istess mod, is-servizzi reġjonali kellhom jiġu sanċiti fl-abbozz ta’ Kuntratti ta' Servizz Pubbliku, li kellhom jiġu miftiehma bejn ir-Reġjuni ta’ Sardinja u tat-Toskana u Saremar u Toremar rispettivament sal-31 ta’ Diċembru 2009 u bejn ir-reġjuni tal-Campania u tal-Lazio u Caremar u Laziomar rispettivament sat-28 ta’ Frar 2010. L-abbozz ta’ Konvenzjonijiet / Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku kienu se jitpoġġew għall-offerti mal-kumpaniji nfushom u kellhom jiġu ffirmati mal-akkwirenti mal-finalizzazzjoni tal-privatizzazzjoni ta’ kull waħda minn dawk il-kumpaniji (18). |
|
(29) |
Għal dak il-għan, il-Liġi tal-2009 kompliet testendi l-Konvenzjonijiet inizjali (inkluża dik applikabbli għal Caremar) mill-1 ta’ Jannar 2010 sat-30 ta’ Settembru 2010. |
|
(30) |
Il-Liġi tal-2009 stabbiliet ukoll limiti massimi għall-kumpens annwali għall-operat tas-servizzi li kellhom jibdew japplikaw mill-2010 (taħt l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali, kif ukoll taħt il-Konvenzjonijiet u l-Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku l-ġodda), għal ammont totali ta’ EUR 184 942 251, kif ġej: Tabella 1 Limiti massimi ta’ kumpens mill-2010
|
|
(31) |
L-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 li kkonvertiet id-Digriet Amministrattiv Nru 125 tal-5 ta’ Awwissu 2010 (“il-Liġi tal-2010”) stabbilixxa l-estensjoni ulterjuri tal-Konvenzjonijiet inizjali mill-1 ta’ Ottubru 2010 sat-tlestija tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u Siremar, li seħħew fid-19 ta’Lulju 2012 u fil-31 ta’ Lulju 2012 rispettivament. |
|
(32) |
Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009, ir-Reġjun tal-Lazio stabbilixxa fl-1 ta’ Diċembru 2010, permezz tal-liġi Reġjonali Nru 2/2010, kumpanija pubblika limitata għas-servizzi ta’ kabotaġġ marittimu reġjonali, imsejħa Laziomar, sabiex takkwista l-fergħa ta’ Caremar li kienet qed topera r-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino u biex sussegwentement tiġi privatizzata. |
|
(33) |
Fis-7 ta’ Marzu 2011, Caremar biegħet il-fergħa tagħha li tikkonċerna r-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino lil Laziomar. Din tal-aħħar, bdiet topera r-rotot fl-1 ta’ Ġunju 2011. |
|
(34) |
Skont id-Digriet Nru 508 tar-Reġjun tal-Lazio tat-28 ta’ Ottubru 2011 (“id-Digriet tal-Lazio”), ġew ipprovduti linji gwida dwar il-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Laziomar abbinat flimkien mal-konklużjoni tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid għar-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino. |
|
(35) |
Barra minn hekk, skont il-Liġi Nru 228 tal-24 ta’ Diċembru 2012, ir-Reġjun tal-Lazio afda, fuq il-bażi ta’ kuntratt “pont”, lil Laziomar bl-obbligu li tiżgura l-kontinwità territorjali tar-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino sal-privatizzazzjoni tagħha, bl-istess kundizzjonijiet. Dan il-kuntratt ġie ffirmat fit-12 ta’ Frar 2013 u baqa’ fis-seħħ sal-privatizzazzjoni ta’ Laziomar. |
2.1.3. Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar u l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ servizz il-ġdid
|
(36) |
Fi Frar 2012, tnediet proċedura ta’ offerti (ara t-Taqsima 2.3.2) biex jinstab akkwirent għal Laziomar abbinata mal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid għall-forniment ta’ servizzi marittimi għal perjodu ta’ 10 snin inkambju ta’ kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku. |
|
(37) |
Wara offerta rebbieħa fil-proċedura tal-offerti, Compagnia Laziale di Navigazione S.r.l. (“CLN”) saret is-sid il-ġdid ta’ Laziomar. Il-kuntratt ta’ bejgħ bejn ir-Reġjun tal-Lazio u CLN ġie ffirmat fit-30 ta’ Diċembru 2013. Fil-15 ta’ Jannar 2014, ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar iffirmaw il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid għall-forniment ta’ servizzi marittimi fl-arċipelagu ta’ Pontino. |
2.2. Miżuri fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012
|
(38) |
Il-miżuri li ġejjin kienu soġġetti għal valutazzjoni fil-proċedura ta’ investigazzjoni formali li nfetħet permezz tad-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012:
|
|
(39) |
Bid-Deċiżjoni tagħha tal-2014, il-Kummissjoni għalqet il-proċedura ta’ investigazzjoni formali fir-rigward tal-miżuri adottati mir-Reġjun ta’ Sardinja favur Saremar imsemmija hawn fuq bħala l-Miżura 7 bl-eċċezzjoni ta’ miżura waħda (21). |
2.3. Deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri soġġetti għal din id-Deċiżjoni
|
(40) |
Din id-Deċiżjoni tittratta biss il-miżuri 1, 3, 4, 5 u 6 kif elenkati fil-Premessa (38) sa fejn jinvolvu lil Laziomar u lil CLN. Dawn il-miżuri huma deskritti f’aktar dettall fit-taqsimiet li ġejjin. |
2.3.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja
2.3.1.1.
|
(41) |
L-Artikolu 1 tal-Konvenzjoni inizjali ma’ Caremar kien jipprevedi pjanijiet ta’ ħames snin biex jiġu dettaljati l-portijiet li kellhom jiġu moqdija, it-tip ta’ vapuri li kellhom jintużaw u l-frekwenza meħtieġa tas-servizz fdat lil Caremar (u sussegwentement lil Laziomar wara t-trasferiment tar-rotot Pontini lir-Reġjun tal-Lazio fl-1 ta’ Ġunju 2011). |
|
(42) |
Skont l-Italja, l-aħħar pjan ta’ ħames snin għal Caremar (dak iż-żmien) li ġie approvat formalment huwa dak relatat mal-perjodu 2000-2004, filwaqt li tfassal pjan għall-perjodu 2005-2008 iżda qatt ma ġie approvat formalment mill-ministeri kompetenti. Minflok, il-gvern ħa deċiżjonijiet ad hoc bil-ħsieb li s-servizzi jiġu allinjati aktar mill-qrib mal-ħtiġijiet tal-komunitajiet lokali, mingħajr madankollu ma jsiru bidliet sostantivi fis-sistema ta' servizz pubbliku. |
|
(43) |
Fuq il-bażi tal-Konvenzjoni inizjali, kif estiża, bl-atti legali sussegwenti msemmija fil-Premessi minn 26 sa 33, Laziomar kienet topera r-rotot li ġejjin matul is-sena kollha:
|
2.3.1.2.
|
(44) |
It-Tabella 2 turi l-kumpens annwali mħallas lil Laziomar mill-Italja għall-perjodu 2011 – 2013: Tabella 2 Kumpens mogħti għall-perjodu 2011-2013
|
|
(45) |
Il-Konvenzjoni inizjali tipprevedi li l-kumpens annwali tal-obbligi ta’ servizz pubbliku jitħallas kif ġej: f’Marzu ta’ kull sena jsir pagament inizjali bil-quddiem, ekwivalenti għal 70 % tal-kumpens imħallas is-sena preċedenti. It-tieni pagament, li jsir f’Ġunju, huwa ekwivalenti għal 20 % tal-kumpens. Il-bilanċ, li jitħallas sat-30 ta’ Novembru, jikkostitwixxi fid-differenza bejn l-ammonti mħallsa u d-defiċit bejn l-ispejjeż operatorji u d-dħul tas-sena attwali. Jekk jirriżulta li Laziomar tkun irċeviet somma akbar mill-ispiża netta tas-servizzi pprovduti (dħul nieqes it-telf), il-Konvenzjoni inizjali tipprevedi li Laziomar hija meħtieġa li tirrimborża d-differenza. (22) |
— Kumpens mogħti fil-perjodu 2011- 2013
|
(46) |
Id-Digriet Presidenzjali Nru 501 tal-1 ta’ Ġunju 1979 (id-“Digriet Nru 501/79”) jispeċifika l-elementi varji (dħul u spejjeż) li jidħlu fil-kalkolu tas-sussidju mħallas lill-operaturi tas-servizz pubbliku marittimu. Barra minn hekk, il-Liġi Nru 856 tal-5 ta’ Diċembru 1986 (il-“Liġi 856/86”) ipprevediet ċerti tibdiliet fis-sistema tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu fl-Italja. Fir-rigward tal-konnessjonijiet ma’ gżejjer maġġuri u minuri, l-Artikolu 11 tagħha emenda l-kriterji għall-kalkolu tal-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku. Is-sussidju kellu jiġi kkalkolat fuq il-bażi tad-differenza bejn id-dħul u l-ispejjeż tas-servizz kif determinat b’referenza għal parametri medji u oġġettivi, u kellu jinkludi redditu raġonevoli fuq il-kapital investit. L-Artikolu 11 jistabbilixxi wkoll li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku kellhom jinkludu l-lista tar-rotot sussidjati, il-frekwenza u t-tipi ta’ vapuri li kellhom jintużaw. Is-sussidji kellhom jiġu approvati mill-Ministri responsabbli. Il-prinċipji stabbiliti fid-Digriet Presidenzjali Nru 501/79 u fil-Liġi Nru 856/86 kienu riflessi fil-Konvenzjonijiet inizjali. |
|
(47) |
Mill-2010, il-kumpens għall-operat tal-SGEI ġie ddeterminat bl-applikazzjoni ta’ metodoloġija ġdida stabbilita fid-Direttiva CIPE (23) tad-9 ta’ Novembru 2007 intitolata “Kriterji għad-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku u d-dinamika tan-noll fis-settur tal-kabotaġġ marittimu ta’ interess pubbliku” (“id-Direttiva CIPE”) (24). Skont il-preambolu, id-Direttiva CIPE nħarġet fid-dawl tal-privatizzazzjoni tal-kumpaniji pubbliċi li joperaw servizzi marittimi b'sistema ta’ servizz pubbliku (25). Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva CIPE ġew applikati fir-rigward tas-servizzi pprovduti mill-kumpaniji tal-Gruppo Tirrenia mill-2010 ’il quddiem, anki qabel id-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjonijiet u tal-Kuntratti ta’ Servizz Pubbliku l-ġodda rispettivi wara l-privatizzazzjonijiet rispettivi. |
|
(48) |
Il-metodu stabbilit fid-Direttiva CIPE jippermetti lill-kumpaniji li jaħdmu s-servizz pubbliku marittimu jagħmlu dħul xieraq. Ir-rata tad-dħul minn kapital tiġi ikkalkolata fuq il-bażi tal-kost medju ponderat tal-kapital (weighted average cost of capital, “WACC”). |
|
(49) |
Id-dħul meħtieġ fuq l-ekwità (26) jiġi kkalkolat permezz tal-Mudell tal-Ipprezzar tal-Assi Kapitali (Capital Asset Pricing Model, “CAPM”). Fuq il-bażi tal-mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali, l-ispiża tal-ekwità jiġi derivat bħala funzjoni ta’ (i) ir-rata mingħajr riskju, (ii) il-Beta (stima tal-profil tar-riskju tal-kumpanija b’mod relattiv għas-suq tal-ekwità) u (iii) il-primjum tar-riskju tal-ekwità assenjat lis-suq tal-ekwità. |
|
(50) |
B’mod partikolari, l-ispiża tal-ekwità tiġi kkalkolata billi jiġi applikat primjum għat-tiġrib ta’ riskju żejjed meta mqabbel mar-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju. Dan il-primjum jiġi kkalkolat bħala l-primjum tar-riskju tas-suq immultiplikat bil-Beta tiegħu, li jkejjel il-livell tar-riskju ta’ attività speċifika relattivament għas-suq. |
|
(51) |
Skont id-Direttiva CIPE, ir-rata ta’ redditu fuq attivitajiet mingħajr riskju tikkorrispondi għar-rendiment gross medju fuq bonds normattivi ta’ għaxar snin b’referenza għat-tnax-il xahar preċedenti li għalihom teżisti data disponibbli. |
|
(52) |
Id-Direttiva CIPE tistabbilixxi primjum tar-riskju tas-suq ta’ 4 %. Barra minn hekk, fil-każ ta’ servizz li jiġi operat fuq bażi mhux esklussiva, ir-riskju preżumibbilment ogħla mġarrab mill-operatur jiġi remunerat biż-żieda ta’ 2,5 % addizzjonali għall-primjum tar-riskju tas-suq. |
|
(53) |
Fil-prattika, madankollu, l-ammont ta’ kumpens imħallas lil Laziomar ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta EUR 10 030 606 fis-sena kif stabbilit mil-Liġi tal-2009 (ara l-Premessa 30). Għalkemm il-Liġi tal-2009 tistabbilixxi l-limiti massimi għall-kumpens annwali li jitħallas lill-kumpaniji kollha tat-Tirrenia għall-operat tas-servizzi marittimi soġġetti għas-sistema ta’ servizz pubbliku, id-Direttiva CIPE fiha wkoll ċerti salvagwardji li jippermettu lil dawk l-operaturi jkopru biżżejjed l-ispejjeż operatorji tagħhom. Fid-dawl ta’ dan, kif muri fit-Tabella 2, il-kumpens imħallas fl-2012 u fl-2013 żdied biex ikopri t-totalità tal-ispiża tas-servizz pubbliku f’dawk is-snin. |
|
(54) |
B’mod partikolari, skont id-Direttiva CIPE, il-kamp ta’ applikazzjoni tas-servizzi, in-nollijiet massimi stabbiliti mill-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid u l-kumpens effettivament mogħti jridu jkunu ddefiniti b’tali mod li jkopru l-ispejjeż ammissibbli kollha tal-fornitur tas-servizz. Tapplika l-formula li ġejja: VA(RSP) + VA(AI(X) = VA(CA) fejn:
|
|
(55) |
Fil-każ li l-ekwazzjoni ta’ hawn fuq ma tkunx valida, il-kamp ta’ applikazzjoni tal-attivitajiet sussidjati jista’ jitnaqqas, jew inkella tiġi rieżaminata l-organizzazzjoni tas-servizzi (pereż. it-tip ta’ vapuri) jew jiġu modifikati n-nollijiet massimi li jistgħu jiġu imposti. |
|
(56) |
Barra minn hekk, in-nollijiet massimi applikabbli għal kull servizz, netti mit-taxxi u mid-drittijiet tal-port, jiġi aġġustat kull sena fuq il-bażi ta’ formula għall-kalkolu tal-prezzijiet massimi kif ġej: ΔT = ΔP – X fejn:
|
|
(57) |
Id-Direttiva CIPE tispeċifika wkoll li n-nollijiet massimi jistgħu jiġu aġġustati sabiex jirriflettu t-tibdil fl-ispejjeż tal-fuel, bl-użu tal-prezzijiet standard pubblikament disponibbli bħala referenza. |
2.3.2. Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar
|
(58) |
Fit-13 ta’ Frar 2013, ir-Reġjun tal-Lazio ppubblika fuq is-sit web tiegħu s-sejħa għall-offerti għall-bejgħ ta’ Laziomar u l-għoti ta’ kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku għall-qadi tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-rotot marittimi identifikati fil-Premessa 43 (27). Dan l-avviż ġie ppubblikat ukoll f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (28), fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana (29) u f’erba’ gazzetti nazzjonali u lokali Taljani ta’ kuljum. |
|
(59) |
L-Italja għażlet il-proċedura ta’ offerti ristretta msemmija fl-Artikolu 55(6) tal-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi – id-Digriet Leġiżlattiv Nru 163/2006 (il Codice dei Contratti pubblici). Il-kriterju tal-għoti magħżul kien dak tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża. |
|
(60) |
Sabiex tiġi mħeġġa l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fil-proċedura, is-sejħa għall-offerti ppermettiet espressament lill-offerenti jieħdu sehem f’forma konġunta permezz ta’ gruppi temporanji ta’ offerenti, konsorzji jew Gruppi Ewropej b’Interess Ekonomiku (European Economic Interest Groupings, “GEIE”). |
2.3.2.1.
|
(61) |
Wara l-pubblikazzjoni tas-sejħa għall-offerti, mal-iskadenza tad-data tal-għeluq, tmien partijiet esprimew interess li jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti (jiġifieri: Navigazione Libera del Golfo S.r.l., Carpoint Motorsport S.p.A., Blu Navy Cruise & Tour S.r.l., Traghetti Lines, CLN, Navigazione Generale Italiana S.p.A., Vetor S.r.l. u Ustica Lines, din tal-aħħar issa qed topera taħt l-isem Liberty Lines) u pprovdew l-informazzjoni mitluba għall-għażla kwalitattiva tal-ewwel stadju tal-proċedura. Sebgħa minn dawn il-parteċipanti, bl-esklużjoni ta’ Blu Navy Cruise & Tour S.r.l., ġew ammessi għall-istadju sussegwenti u ġew mistiedna jippreżentaw offerta fis-16 ta’ Mejju 2013. |
|
(62) |
L-istedina għall-preżentazzjoni ta’ offerta kien fiha l-abbozz ta’ kuntratt il-ġdid ta’ 10 snin li kellu jiġi ffirmat bejn l-offerent rebbieħ u r-Reġjun tal-Lazio u informazzjoni aktar dettaljata dwar il-proċedura tal-offerti. B’mod partikolari, l-ittra ta’ stedina kkonfermat li għall-kuntratt ta’ servizz kienet se tintgħażel l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża bil-prezz ikollu 30 punt u l-kwalifiki tekniċi 70 punt. Fir-rigward tal-prezz għall-bejgħ ta’ Laziomar, l-ittra ta’ stedina semmiet ammont fiss li jikkorrispondi għal EUR 2 272 000, ikkalkulat fuq il-bażi ta’ studju indipendenti, li kien ivvaluta l-valur totali tal-assi ta’ Laziomar (ara l-Premessi 66) u (67). Dan il-prezz ma kienx negozjabbli u għalhekk ma kienx soġġett għall-offerta finanzjarja tal-offerenti. |
|
(63) |
Għal din ir-raġuni, l-offerenti potenzjali kollha ntalbu jinkludu l-ammont fiss ta’ hawn fuq għall-bejgħ ta’ Laziomar fl-offerta finanzjarja tagħhom, filwaqt li r-Reġjun tal-Lazio jagħżel l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għall-offerta kollha kemm hi fuq il-bażi tal-prezz u kriterji oħra, prinċipalment tekniċi, li jikkonċernaw is-servizz, kif stabbilit fl-ittra ta’ stedina (ara l-Premessa 62). |
|
(64) |
Mal-iskadenza tad-data tal-għeluq, CLN ippreżentat l-offerta tagħha, li l-ispeċifikazzjonijiet tagħha ġew eżaminati u l-eżitu kien pożittiv. Ma ġiet ippreżentata l-ebda offerta oħra. |
|
(65) |
L-offerta għalhekk ingħatat lil CLN kemm fir-rigward tal-privatizzazzjoni tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar kif ukoll tal-operat tas-servizzi marittimi (ara t-Taqsima 2.3.3). |
2.3.2.2.
|
(66) |
Il-kuntratt ta’ bejgħ ġie konkluż fit-30 ta’ Diċembru 2013 u jiddefinixxi t-trasferiment tal-ishma ta’ Laziomar lil CLN għall-prezz fiss ta’ EUR 2 272 000, fuq il-bażi ta’ evalwazzjoni esperta indipendenti kkummissjonata mir-Reġjun tal-Lazio. |
|
(67) |
L-ammont jirrifletti prinċipalment il-valur tal-assi tanġibbli fissi (li jikkonsistu f’erba’ vapuri u tagħmir industrijali u kummerċjali) u l-valur tal-biljetti għall-gżira ta’ Ventotene, kif deher fil-karta bilanċjali tal-kumpanija fl-1 ta’ Ġunju 2011. |
|
(68) |
F’konformità mal-Artikolu 4 tal-kuntratt ta’ bejgħ, CLN hija obbligata tinnotifika lir-Reġjun tal-Lazio bi kwalunkwe bejgħ futur tal-ishma ta’ Laziomar lil terzi persuni, f’liema każ madankollu CLN tibqa’ responsabbli b’mod konġunt mal-akkwirent il-ġdid ta’ Laziomar, fir-rigward tal-obbligi tal-kuntratt ta’ servizz. |
2.3.2.3.
|
(69) |
Ir-riżultat tal-proċedura tal-offerti li tat l-attività kummerċjali ta’ Laziomar u l-kuntratt pubbliku ta’ servizz lil CLN kien is-suġġett ta’ tilwima fil-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lazio (tribunale amministrattivo regionale, “TAR”). |
|
(70) |
Vetor S.r.l. (“Vetor”), li topera wkoll ir-rotta Anzio-Ponza bl-aliskafi (il-Linja A1) ressqet rikors għal eżenzjoni interim kontra l-leġittimità tal-proċedura tal-offerti quddiem it-TAR, li ġiet miċħuda bl-Ordni Nru 2995/2013. L-istess qorti ddeċidiet ukoll dwar il-merti u ċaħdet l-ilment ta’ Vetor permezz tas-Sentenza Nru 467/2014. Il-Kunsill tal-Istat ikkonferma d-deċiżjonijiet ta’ hawn fuq fl-appell bis-Sentenza Nru 5421/2018. |
2.3.3. Il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar
2.3.3.1.
|
(71) |
Kif issemma fil-Premessa 64, CLN ippreżentat offerta għall-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid. Wara l-offerta rebbieħa, Laziomar (akkwistata minn CLN iżda żammet l-identità ġuridika separata tagħha) iffirmat il-kuntratt ta’ servizz pubbliku l-ġdid mar-Reġjun tal-Lazio għall-operat tar-rotot marittimi fil-15 ta’ Jannar 2014. |
2.3.3.2.
|
(72) |
Laziomar tipprovdi servizzi tal-passiġġieri, imħallta (passiġġieri, vetturi u merkanzija) u ta’ merkanzija biss (merkanzija u oġġetti speċjali) bis-sistema ta’ servizz pubbliku fuq diversi rotot ta’ kabotaġġ kif ġej: Tabella 3 Network ta’ rotot operati minn Laziomar taħt il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid
|
2.3.3.3.
|
(73) |
Il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar għandu jdum 10 snin (2014-2024). |
2.3.3.4.
|
(74) |
L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Laziomar jikkonċernaw fost l-oħrajn il-portijiet moqdija, it-tip u l-kapaċità tal-vapuri assenjati għar-rotot marittimi operati, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet massimi. |
2.3.3.5.
|
(75) |
Ir-remunerazzjoni bażi annwali fuq il-bażi tal-proċedura tal-offerti għall-kumpens skont il-kuntratt il-ġdid għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku fuq ir-rotot marittimi identifikati fil-Premessa 43 ġiet stabbilita mir-Reġjun tal-Lazio li hi EUR 14 300 550, soġġetta għal reviżjoni ’l isfel. L-ammont finalment ġie stabbilit għal EUR 12 752 074 (li jammonta għal EUR 127 520 740 matul il-perjodu tal-kuntratt ta’ 10 snin). |
|
(76) |
Skont l-Artikolu 6 tal-kuntratt, ir-Reġjun tal-Lazio jista’ jaġġusta l-kumpens, ’il fuq jew ’l isfel, sabiex jitqiesu l-bidliet li jikkonċernaw il-vjaġġi reali li jsiru kull sena. Il-livell ta’ kumpens ma jiġix affettwat jekk l-għadd ta’ vjaġġi li jsiru kull sena jkun ogħla jew anqas mill-għadd miftiehem kuntrattwalment bi 3 % jew anqas. F’każ ta’ bidliet, ’il fuq jew ’l isfel, b’aktar minn 3 %, il-kumpens jiġi aġġustat skont dan, billi l-għadd ta’ vjaġġi żejda jew anqas jiġi mmultiplikat bil-prezz tal-unità, kif indikat fl-offerta. Fl-2017, il-kuntratt ta’ servizz ġie emendat biex il-livell ta’ kumpens jiġi aġġustat għall-ammont ta’ EUR 13 524 536. |
|
(77) |
Dan l-ammont ta’ kumpens huwa ddeterminat fuq il-bażi tal-metodoloġija stabbilita mid-Direttiva CIPE (ara l-Premessi minn 47 sa 57. Is-salvagwardji stabbiliti mid-Direttiva CIPE ġew riflessi fil-kuntratt ta’ servizz il-ġdid. |
|
(78) |
Il-kuntratt ta’ servizz jipprevedi kumpens li ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ sabiex jiġu koperti l-ispejjeż netti mġarrba għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku (bilanċ ekonomiku-finanzjarju). F’każ ta’ devjazzjonijiet minn dan l-ekwilibriju kuntrattwali, fl-Artikolu 25 il-kuntratt ta’ servizz jipprevedi mekkaniżmu ta’ riekwilibriju li jevalwa l-parametri kollha marbuta mal-ħlas tal-kumpens. Għalhekk, jekk b’riżultat ta’ bidla materjali (31) fil-parametri ekonomiċi li fuqhom ikun ibbażat, l-ammont ta’ kumpens ma jkunx biżżejjed biex ikopri l-ispejjeż kollha mġarrba fil-forniment tas-servizz, il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid jippermetti reviżjoni tal-parametri ewlenin tal-kumpens, jiġifieri: (i) is-sistema tan-nollijiet; (ii) il-livell tas-servizzi pubbliċi offruti; (iii) il-livell tal-prezzijiet massimi annwali; u (iv) il-kontribuzzjonijiet kapitali għall-investimenti. |
|
(79) |
Skont l-Artikolu 4 (il-paragrafi minn 4 sa 6) tal-kuntratt ta’ servizz, il-kumpens imħallas lill-operatur għandu jitnaqqas bi 80 % fil-każ ta’ interruzzjoni tas-servizzi minħabba strajks tal-impjegati u bi 30 % fil-każ ta’ avvenimenti oħra mhux previsti, filwaqt li n-nuqqas ta’ twettiq tas-servizzi f’ċirkostanzi għajr strajks jew avvenimenti mhux previsti jirriżulta fil-pagament ta’ penali, skont l-Artikolu 9 tal-kuntratt ta’ servizz. |
|
(80) |
Skont l-Artikolu 22 tal-kuntratt ta’ servizz, l-operatur huwa meħtieġ jimplimenta sistema ta’ monitoraġġ tekniku, ekonomiku u ta’ ġestjoni, li fuq il-bażi tagħha jintbagħtu r-rapporti annwali tal-introjtu relatati mas-servizz ipprovdut fuq il-bażi tal-kuntratt ta’ servizz lill-awtorità reġjonali għall-verifika. |
|
(81) |
Skont l-Artikolu 4(2) tal-kuntratt ta’ servizz, il-kumpens annwali li kellu jitħallas lil Laziomar kien stmat li jammonta EUR 12 752 074. Madankollu, skont l-Artikolu 4(3) tal-kuntratt ta’ servizz, il-prezz reali mħallas lil Laziomar jiġi ddeterminat bħala r-riżultat tal-produzzjoni realment imwettqa (jiġifieri l-prezz għal kull mil għal kull rotta), b’kont meħud tar-riskji involuti (kummerċjali u industrijali) kif stabbilit fil-kuntratt (pereż. tnaqqis fil-kumpens fil-każ li l-kumpanija ma tagħmilx vjaġġi, penali f’każ li s-servizzi jiġu skonnettjati, eċċ.). |
|
(82) |
It-Tabella 4 turi l-kumpens stabbilit fuq il-bażi tal-proċedura tal-offerti matul il-perjodu kollu tal-kuntratt u l-kumpens effettivament imħallas lil Laziomar għall-perjodu 2014-2019, wara emendi li jikkonċernaw il-produzzjoni tat-tbaħħir, skont l-Artikolu 6 tal-kuntratt ta’ servizz. Tabella 4 Kumpens stabbilit u mħallas lil Laziomar skont il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid (EUR) 2014-2019
|
2.3.4. Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(83) |
Il-paragrafu 21 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 stabbilixxa li, sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħhom, il-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar, iżommu l-irmiġġ li diġà ġie allokat u l-prijorità fl-allokazzjoni ta’ slots ġodda f’konformità mal-proċeduri stabbiliti mill-Awtoritajiet Marittimi kif stabbiliti bil-Liġi Nru 84 tat-28 ta’ Jannar 1994 u mill-Kodiċi Marittimu Taljan. |
2.3.5. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(84) |
Il-Liġi tal-2010 stabbiliet il-possibbiltà li l-impriżi ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia jużaw, fuq bażi temporanja, ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati (32) għat-titjib u għall-modernizzazzjoni tal-flotta biex minflok ikopru l-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità. Madankollu, l-impriżi ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà kienu meħtieġa jerġgħu jimlew dawn il-fondi ddedikati, sabiex xorta jkunu jistgħu jagħmlu t-titjib neċessarju għall-vapuri tagħhom. Dan it-titjib kien meħtieġ sabiex jiġu ssodisfati standards internazzjonali ġodda tas-sikurezza wara l-Ftehim ta’ Stokkolma tal-1996 (33). |
|
(85) |
B’mod partikolari, minn żewġ faċilitajiet, (34) twarrbu EUR 23 750 000 biex jitħallas it-titjib tal-Gruppo Tirrenia kollu kemm hu. Madankollu, Laziomar ma għamlet l-ebda użu minn dawn il-faċilitajiet (ara l-Premessa 132). |
|
(86) |
Barra minn hekk, l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010 stabbilixxa wkoll dan li ġej:
|
2.4. Proċedura ta’ ksur Nru 2007/4609
|
(87) |
Wara l-iskambji preċedenti bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u tal-Italja, fid-19 ta’ Diċembru 2008 id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport bagħat talba għall-informazzjoni lill-Italja. Din it-talba kienet tittratta fost affarijiet oħra, ħarsa ġenerali tar-rotot ta’ servizz pubbliku ta’ dak iż-żmien u l-mandat ta’ servizz pubbliku li l-Italja kienet ipprevediet taħt il-Konvenzjonijiet il-ġodda proposti. Barra minn hekk, l-Italja ntalbet tipprovdi aktar dettalji dwar il-pjanijiet ta’ privatizzazzjoni għall-Gruppo Tirrenia. |
|
(88) |
Fl-ittra tagħha tat-28 ta’ April 2009, l-Italja tat tweġiba dettaljata għat-talba tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008. F’dik l-ittra, fost affarijiet oħra, l-Italja ddikjarat dan li ġej:
|
|
(89) |
Fil-21 ta’ Diċembru 2009, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u t-trasport bagħat ittra lill-Italja fejn fost l-oħrajn innota li fid-dawl tar-rivoluzzjoni radikali fis-settur tal-kabotaġġ marittimu fl-Italja, u minħabba l-impatt soċjali konsiderevoli li kienet tkun tinvolvi l-privatizzazzjoni, kieku l-offerti kellhom jitwettqu fuq bażi sempliċi ta’ kuntratt pubbliku ta’ servizz, l-għoti b’sejħiet għall-offerti għall-kumpaniji tat-tbaħħir li kellhom dawn il-kuntratti kien aċċettabbli - fil-prinċipju u bħala eċċezzjoni - għall-iskop li tiġi żgurata l-konformità mal-kriterju ta’ nondiskriminazzjoni fost is-sidien tal-vapuri tal-Komunità stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 (37) (“ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu”). Il-Kummissjoni tinnota li r-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu ma jirrikjedix li l-Istati Membri jipprivatizzaw il-kumpaniji tat-trasport marittimu tagħhom iżda biss li jilliberalizzaw dak is-suq speċifiku. |
|
(90) |
Fid-29 ta’ Jannar 2010 (38), il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ avviż formali dwar l-implimentazzjoni ħażina tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. F’dik l-ittra, il-Kummissjoni fakkret li dak ir-Regolament jirrikjedi li, kull meta Stat Membru jikkonkludi kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligi ta’ servizz pubbliku, huwa għandu jagħmel dan fuq bażi mhux diskriminatorja fir-rigward tas-sidien kollha tal-vapuri tal-Unjoni. L-Artikolu 4(3) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi li kuntratti eżistenti ta’ servizz pubbliku jistgħu jibqgħu fis-seħħ sad-data ta’ meta jiskadi l-kuntratt rilevanti. Madankollu, il-Kummissjoni nnotat li l-kumpaniji tal-Gruppo Tirrenia komplew joperaw servizzi tat-trasport marittimu wara l-iskadenza tal-kuntratti ta' servizz pubbliku rispettivi (il-Konvenzjonijiet inizjali). B’mod partikolari, dawk il-Konvenzjonijiet kellhom jiskadu fl-aħħar tal-2008, iżda ġew estiżi ripetutament mill-Italja. Għalhekk, il-Kummissjoni stiednet lill-Italja sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. |
|
(91) |
Ukoll fid-29 ta’ Jannar 2010, id-Direttur Ġenerali tal-Kummissjoni responsabbli għall-enerġija u għat-trasport wieġeb għall-ittra tal-Italja tat-22 ta’ Jannar 2010. Id-Direttur Ġenerali enfasizza li t-tweġiba tiegħu kienet tikkonċerna biss il-konformità mar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u mhux kwistjonijiet ta’ għajnuna mill-Istat. F’dan l-isfond, id-Direttur Ġenerali indika li l-ġustifikazzjonijiet ipprovduti dwar ċerti rotot kienu biżżejjed sabiex ineħħu d-dubji espressi qabel. Id-Direttur Ġenerali fakkar li l-kuntratti ta’ servizz pubbliku jistgħu jkopru biss rotot li għalihom hemm falliment tas-suq. |
|
(92) |
Fid-29 ta’ Marzu 2010, l-Italja wieġbet għall-ittra ta’ avviż formali tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 2010. |
|
(93) |
Fl-10 ta’ Settembru 2010, waqt laqgħa ad hoc, l-Italja infurmat lill-Kummissjoni li l-proċedura kompetittiva għall-kuntratt li kien jinvolvi fost l-oħrajn ir-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino operati minn Caremar dak iż-żmien ġiet ittardjata wkoll. Sussegwentement, il-Liġi Nru 163 tal-1 ta’ Ottubru 2010 estendiet ulterjorment il-Konvenzjonijiet inizjali sakemm jitlestew il-proċessi ta’ privatizzazzjoni ta’ Tirrenia u ta’ Siremar (ara wkoll il-Premessa 31). |
|
(94) |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, fl-24 ta’ Novembru 2010 il-Kummissjoni bagħtet ittra ta’ avviż formali komplementari. F’din l-ittra, il-Kummissjoni ddikjarat dan li ġej:
|
|
(95) |
Fil-21 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni adottat opinjoni motivata dwar id-dewmien tal-privatizzazzjoni ta’ tliet kumpaniji (Caremar, Laziomar u Saremar) ta’ dak li kien il-Gruppo Tirrenia. Billi l-proċeduri tal-offerti għat-tliet kumpaniji l-oħra (Tirrenia, Toremar u Siremar) kienu tlestew matul l-2011 (39), dawk il-kumpaniji ma kinux koperti mill-opinjoni motivata. Il-Kummissjoni nnotat li l-Italja ma kinitx stabbiliet proċeduri kompetittivi għall-għoti ta’ kuntratt ta’ servizz pubbliku għall-kabotaġġ marittimu operat minn fost l-oħrajn Laziomar, aktar minn tliet snin wara l-iskadenza normali tal-Konvenzjonijiet inizjali rispettivi. Dawk il-Konvenzjonijiet kienu ġew estiżi awtomatikament u b’mod indefinit u b’hekk kienu qed jimpedixxu lil sidien ta’ vapuri oħra tal-Unjoni milli jikkompetu għall-għoti ta’ dawn il-kuntratti. |
|
(96) |
Fit-8 ta’ Awwissu 2012, l-Italja wieġbet għall-opinjoni motivata fejn sostniet li l-avviżi ta’ offerti għall-għoti tal-kumpaniji mogħnija b’kuntratti ta' servizz pubbiku ġodda kienu ppubblikati jew kienu se jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. B’mod partikolari, għal Laziomar l-avviż intbagħat għall-pubblikazzjoni fl-1 ta’ Awwissu 2012. |
|
(97) |
Fl-14 ta’ Jannar 2014, CLN saret is-sid il-ġdid ta’ Laziomar u ffirmat kuntratt ta' servizz pubbliku ta’ 10 snin għal konnessjonijiet mal-arċipelagu ta’ Pontino. |
|
(98) |
Permezz ta’ ittra tal-15 ta’ Lulju 2016, l-Italja informat lill-Kummissjoni li l-privatizzazzjoni tal-kumpaniji kollha ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia kienet tlestiet. Fit-8 ta’ Diċembru 2016, il-Kummissjoni ddeċidiet li tagħlaq il-proċedura ta’ ksur. |
3. RAĠUNIJIET GĦALL-BIDU U GĦALL-ESTENSJONI TAL-PROĊEDURA
3.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja (40)
3.1.1. Osservanza tas-sentenza Altmark u eżistenza ta’ għajnuna
|
(99) |
Fid-Deċiżjoni tagħha tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li d-definizzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku inklużi fil-Konvenzjonijiet inizjali mal-kumpaniji kollha ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia ma kinitx ċara b’mod suffiċjenti u għalhekk il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi b’mod definittiv jekk kienx fiha żball evidenti. B’mod partikolari, f’dak l-istadju l-Kummissjoni ma kellhiex stampa sħiħa tal-obbligi effettivament imposti għall-operat tar-rotot fost l-oħrajn fl-arċipelagu ta’ Pontino meta mqabbel mas-servizzi offruti mill-kompetituri fuq uħud minn dawk ir-rotot. |
|
(100) |
Il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark (41) kienet osservata minħabba li l-parametri li fuqhom ġie bbażat il-kalkolu tal-kumpens kienu ġew stabbiliti bil-quddiem u r-rekwiżiti ta’ trasparenza kienu ġew osservati. B’mod partikolari, il-Kummissjoni nnotat li dawn il-parametri huma deskritti fil-Konvenzjonijiet inizjali (għall-kumpens li jikkonċerna s-sena 2009) u fid-Direttiva CIPE (għall-kumpens mill-2010 ’il quddiem). |
|
(101) |
Madankollu, il-Kummissjoni qieset li t-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma kinitx tidher li ġiet osservata u li l-operaturi setgħu ġew ikkumpensati żżejjed għat-twettiq tal-kompiti ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-kumpens imħallas lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia mill-2009, minħabba n-nuqqas ta’ definizzjoni ċara tal-obbligi imposti fuq dawk il-kumpaniji. Bl-istess mod, il-Kummissjoni kellha dubji jekk il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, li japplika mill-2010 ’il quddiem, jirriflettix livell xieraq ta’ riskju billi prima facie l-operaturi ma kinux jidhru li jassumu r-riskji li normalment jiġġarrbu fl-operat ta’ dawn is-servizzi. |
|
(102) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li r-raba’ kundizzjoni tas-sentenza Altmark ma ġietx osservata billi l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali ma kinitx soġġetta għal sejħa għall-offerti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li ma kienet irċeviet l-ebda evidenza biex issostni l-argument li l-operaturi pprovdew is-servizzi inkwistjoni bl-anqas spiża għall-komunità. |
|
(103) |
Għalhekk, fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni waslet għall-konklużjoni preliminari li l-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mħallas lill-operaturi matul l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali jikkostitwixxi f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma li jenħtieġ li din l-għajnuna titqies bħala għajnuna ġdida. |
3.1.2. Kompatibbiltà
|
(104) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens għal servizz pubbliku għas-snin bejn l-2009 u l-2011 ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 (42) u lanqas tal-Qafas SGEI tal-2005 (43). Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat din il-miżura direttament skont l-Artikolu 106(2) TFUE u sabet li kellha dubji dwar jekk kinux issodisfati l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà applikabbli. |
|
(105) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni nnotat li fil-31 ta’ Jannar 2012, kien daħal fis-seħħ pakkett SGEI ġdid li jikkonsisti fid-Deċiżjoni SGEI tal-2011 (44) u l-Qafas SGEI tal-2011 (45). Madankollu, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku bl-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali ma setax jitqies bħala kompatibbli mas-suq intern u eżentat mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(106) |
Il-Liġi tal-2010 pprevediet l-estensjoni tal-Konvenzjonijiet inizjali mit-30 ta’ Settembru 2010 sa tmiem il-proċess ta’ privatizzazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-kumpens riċevut minn Laziomar mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-privatizzazzjoni tagħha seta’ jiġi vvalutat fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011. |
3.2. Il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar
|
(107) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji li l-proċedura tal-offerti għall-bejgħ ta’ Laziomar kienet trasparenti u inkondizzjonata b’mod suffiċjenti sabiex jiġi żgurat li l-bejgħ ikun sar bil-prezz tas-suq. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni qieset li ċerti kundizzjonijiet imposti fil-privatizzazzjoni setgħu rrestrinġew l-għadd ta’ offerenti u/jew influwenzaw il-prezz tal-bejgħ. Il-Kummissjoni tenniet mill-ġdid il-prattika stabbilita tagħha dwar il-bejgħ ta’ assi ta’ impriżi tal-Istat mill-Istat (jew f’dan il-każ imputabbli lill-Istat): kunsiderazzjonijiet mhux ekonomiċi li bejjiegħ privat ma kienx jagħmel, bħal raġunijiet dwar il-politika pubblika, rekwiżiti dwar l-impjiegi jew l-iżvilupp reġjonali, jissuġġerixxu l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat jekk dawn jimponu obbligi onerużi fuq ix-xerrej potenzjali u għalhekk huma suxxettibbli li jnaqqsu l-prezz tal-bejgħ. |
|
(109) |
Il-Kummissjoni qieset ukoll li l-hekk imsejħa rekwiżiti finanzjarji kif imposti fl-offerta ta’ Laziomar effettivament fixklu l-offerta billi rrestrinġew l-offerenti potenzjali għal kumpaniji marittimi eżistenti, minħabba li f’dan il-każ, il-kumpanija nnifisha, li kellha l-kuntratt ta' servizz pubbliku, tpoġġiet għall-bejgħ (46). |
|
(110) |
Bl-istess mod, il-Kummissjoni sostniet li l-offerti tekniċi ngħataw punteġġ, u b’hekk kellhom piż konsiderevolment ogħla mill-offerti ekonomiċi (ara l-Premessa 62), filwaqt li l-prezz tal-ishma ġie stabbilit mill-awtoritajiet pubbliċi. |
|
(111) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet b’mod preliminari li l-proċedura ta’ privatizzazzjoni ta’ Laziomar ma kinitx trasparenti u inkondizzjonata b’mod suffiċjenti sabiex tiżgura waħedha li l-bejgħ sar bil-prezz tas-suq u kiseb l-ogħla prezz għall-ishma. Għalhekk f’dak l-istadju l-Kummissjoni ma setgħetx teskludi li l-akkwirent ingħata vantaġġ ekonomiku. |
|
(112) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni disponibbli meta ħarġet id-Deċiżjoni tagħha tal-2012 il-Kummissjoni qieset li kwalunkwe għajnuna li setgħet ingħatat matul il-proċess ta’ privatizzazzjoni hija inkompatibbli. |
3.3. Il-kuntratt ta’ servizz il-ġdid bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar
3.3.1. L-osservanza tas-sentenza Altmark, l-eżistenza ta’ għajnuna u l-kompatibbiltà
|
(113) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-kumpens imħallas lil Laziomar ma kienx jissodisfa l-kriterji stabbiliti fis-sentenza Altmark u għalhekk kien jammonta għal għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Il-Kummissjoni waslet għal din il-konklużjoni minħabba li: (i) kompetituri li kien jidher li qed joffru servizzi simili kienu preżenti tal-anqas fuq ċerti rotot imħaddma minn Laziomar u ma kienx hemm informazzjoni suffiċjenti disponibbli li tippermetti lill-Kummissjoni tikkonkludi jekk l-SGEI kienx jirrifletti ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku li ma setgħetx tiġi ssodisfata mill-forzi tas-suq waħedhom; (ii) il-kalkolu tal-kumpens skont id-Direttiva CIPE kien jidher li wassal sabiex l-operatur jingħata kumpens żejjed għall-provvista tas-servizz pubbliku għall-istess raġunijiet li ġew espressi fid-Deċiżjoni tal-2011; u (iii) jidher li r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ma ġiex osservat, minħabba li s-sejħa għall-offerti għas-servizz pubbliku saret bil-kundizzjoni li l-offerent rebbieħ jakkwista l-kumpanija Laziomar fl-intier tagħha. Il-Kummissjoni qieset li kieku l-kuntratt ta' servizz pubbliku ġie offrut mingħajr ir-rekwiżit ta’ xiri, dan seta’ jirriżulta fi spiża aktar baxxa għall-komunità. |
3.3.2. Kompatibbiltà
|
(114) |
Fir-rigward tal-kompatibbiltà tal-kumpens lil Laziomar, il-Kummissjoni nnotat li, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Taljani, id-Deċiżjoni SGEI tal-2011 dehret li ma kinitx applikabbli. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 minħabba li f’dak l-istadju l-ftehim iffirmat ma kienx ġie pprovdut. Il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda informazzjoni (pereż. l-għadd ta’ passiġġieri ttrasportati fis-sentejn preċedenti għal dik tal-inkarigu) biex teżamina l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà li kien fadal tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. Imbagħad, il-Kummissjoni evalwat l-għajnuna fuq il-bażi tal-Qafas SGEI tal-2011 iżda sabet li kellha dubji dwar jekk il-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà ta’ dak il-Qafas kinux issodisfati u stiednet lill-Italja sabiex turi li dan kien il-każ. |
3.4. Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(115) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li fejn il-prijorità tal-irmiġġ ma tkunx remunerata, il-miżura tkun vantaġġ regolatorju li ma jinvolvi ebda trasferiment ta’ riżorsi tal-Istat u għalhekk ma tistax tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat. Min-naħa l-oħra, jekk il-prijorità tal-irmiġġ tkun remunerata, il-Kummissjoni qieset li dment li Laziomar tipprovdi SGEI ġenwin u li din il-prijorità tingħata biss fir-rigward tar-rotot koperti mill-SGEI, din ma tirriżultax f’vantaġġ ekonomiku addizzjonali billi tkun intrinsika għall-forniment tal-SGEI. Madankollu, il-Kummissjoni stiednet lill-Italja u lil terzi persuni biex jipprovdu aktar informazzjoni dwar din il-miżura. |
|
(116) |
Billi kienet qajmet dubji dwar il-leġittimità tal-missjoni tal-SGEI, il-Kummissjoni ma setgħetx tikkonkludi dwar il-kompatibbiltà tal-miżura kieku din kienet għajnuna. |
3.5. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(117) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżuri kollha stabbiliti mil-Liġi tal-2010 kienu jikkostitwixxu f'għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar. Dawn kienu jinkludu: (1) l-użu possibbli tal-fondi allokati għall-ammeljorament tal-vapuri għall-fini ta’ likwidità; (2) l-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni; u (3) l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS. Il-Kummissjoni stiednet lill-Italja tiċċara jekk u b’liema mod kull waħda minn dawn il-miżuri kienet meħtieġa sabiex jiġi pprovdut is-servizz pubbliku. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni kienet ukoll tal-fehma preliminari li dawn il-miżuri x’aktarx kienu jikkostitwixxu f'għajnuna operatorja li tnaqqas il-ispejjż li kieku Laziomar, u l-kumpaniji l-oħra ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, kien ikollhom iġarrbu huma stess u għalhekk dawn il-miżuri jenħtieġ li jitqiesu bħala inkompatibbli mas-suq intern. |
4. KUMMENTI MILL-ITALJA
4.1. Dwar l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-ambjent kompetittiv
|
(119) |
L-Italja pprovdiet lista tar-rotot (sostnuta mid-dokumentazzjoni legali korrispondenti) operati minn Caremar u sussegwentement minn Laziomar li huma soġġetti għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, inklużi l-frekwenza u l-iskedi staġunali, l-ambjent kompetittiv u r-raġunijiet li wasslu għal dawn l-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(120) |
Fir-rigward tal-eżistenza ta’ SGEI ġenwin, l-Italja nnotat li l-obbligi ta’ servizz pubbliku msemmija hawn fuq ġew stabbiliti sabiex tinżamm il-kontinwità territorjali u l-konnessjoni tal-Italja kontinentali mal-gżejjer u tiġi żgurata l-provvista ta’ oġġetti, inklużi oġġetti speċjali, meħtieġa għall-funzjoni xierqa tas-servizzi pubbliċi u soċjali għall-gżejjer. Dak is-servizz jikkontribwixxi wkoll għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer, jiggarantixxi l-ħtiġijiet essenzjali ta’ mobbiltà tal-komunitajiet tal-gżejjer matul is-sena kollha u jiżgura li d-dritt kostituzzjonali għall-kontinwità territorjali jiġi rispettat. (47) |
|
(121) |
Għal dak li għandu x’jaqsam mal-ambjent kompetittiv, l-Italja ppreżentat informazzjoni li turi li Laziomar hija l-uniku operatur li jbaħħar il-linji matul is-sena kollha, filwaqt li kien hemm kompetizzjoni fuq xi rotot biss matul l-aktar żmien bieżel tas-sena. Madankollu, l-Italja hija tal-fehma li s-servizz offrut minn Laziomar ma jistax jiġi sostitwit u li l-garanzija għall-kontinwità territorjali ma setgħetx tinkiseb mill-forzi tas-suq waħedhom. |
4.2. Dwar il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar
4.2.1. Dwar il-prezz tal-bejgħ ta’ Laziomar
|
(122) |
Skont l-Italja, il-privatizzazzjoni ta’ Laziomar kienet tinvolvi t-trasferiment tal-kapital azzjonarju kollu tal-kumpanija permezz ta’ proċedura ta’ sejħa pubblika għall-offerti mnedija mir-Reġjun tal-Lazio. Din il-proċedura kienet tinvolvi wkoll l-inkarigu simultanju tas-servizzi pubbliċi marittimi fl-arċipelagu ta’ Pontino għal perjodu ta’ 10 snin, sabiex tinżamm il-kontinwità territorjali. |
|
(123) |
Ir-Reġjun tal-Lazio kkummissjona evalwazzjoni esperta indipendenti (ara l-Premessi 66) u (67) biex jivvaluta l-kwistjonijiet legali u ekonomiċi tal-bejgħ ta’ Laziomar. Skont l-Italja, din l-evalwazzjoni tistabbilixxi b’mod ċar u konċiż il-proċeduri segwiti biex jiġi ddeterminat il-valur tas-suq tal-kapital azzjonarju ta’ Laziomar. |
4.2.2. Dwar in-natura trasparenti u nondiskriminatorja tal-proċedura
|
(124) |
L-Italja tisħaq li l-proċeduri twettqu f’konformità mal-prinċipji ġuridiċi ta’ trasparenza u ta’ nondiskriminazzjoni. Hija ddefendiet li s-seba’ partijiet kollha li ġew ammessi għall-istadju li jmiss tal-proċedura tal-offerti ngħataw l-informazzjoni rilevanti meħtieġa biex jippreżentaw l-offerta tagħhom, inklużi r-“regolamenti tal-offerti” u l-annessi, il-“kuntratt ta’ servizz” u l-annessi u l-“kuntratt għat-trasferiment tal-ishma” u l-annessi. |
|
(125) |
L-Italja ssostni wkoll li r-Reġjun tal-Lazio elimina mis-sejħa għall-offerti r-rekwiżiti ta’ eliġibbiltà finanzjarja li kienu jagħmluha possibbli biss għall-kumpaniji tat-tbaħħir li jieħdu sehem fil-proċedura (ara l-Premessa 109). Sabiex ikun jista’ jkun hemm l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fl-offerta, is-sejħa għall-offerti, barra minn hekk, ppermettiet espressament lill-offerenti jieħdu sehem f’forma konġunta permezz ta’ gruppi temporanji ta’ offerenti, konsorzji jew GEIE. |
|
(126) |
Fir-rigward tad-dubji tal-Kummissjoni dwar li l-offerti tekniċi kellhom piż ferm ogħla meta mqabbla mal-offerti ekonomiċi (jiġifieri 70 u 30 punt rispettivament), l-Italja tirreferi għas-Sentenza Nru 782/2017 tat-30 ta’ Marzu 2017 tal-Kunsill tal-Istat (48), fejn ġie ddikjarat li l-parti kontraenti, meta tapplika dan il-kriterju, jenħtieġ li “tenfasizza l-elementi kwalitattivi tal-offerta u tagħżel kriterji li jiżguraw tqabbil kompetittiv effettiv tal-profili tekniċi. Għal dan il-għan, jenħtieġ li hija tistabbilixxi l-punteġġ massimu previst għall-offerta ekonomika sabiex tiżgura li dan l-element ma jipprevalix fuq l-oħrajn”. |
|
(127) |
Għalhekk, skont l-Italja, il-piż differenti għamilha possibbli li jiġu evalwati b’mod konsistenti l-elementi kwalitattivi tal-offerta u li jiġu skoraġġuti reviżjonijiet ’l isfel eċċessivi tal-prezz li kienu jkunu diffiċli biex jiġu sostnuti mingħajr ma tiġi sagrifikata l-kwalità tas-servizz pubbliku. Barra minn hekk, dan ippermetta wkoll li jinkiseb iffrankar sinifikanti fl-ispejjeż għar-Reġjun tal-Lazio, minħabba li l-offerent rebbieħ ingħata l-kuntratt li fuq il-bażi tiegħu kien se jwettaq is-servizz pubbliku għal ammont ta’ kumpens li ġie stabbilit 10,8 % aktar baxx meta mqabbel mal-prezz bażi (ara l-Premessa 75). |
4.3. Dwar il-konformità tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mal-kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark
|
(128) |
L-Italja targumenta li l-erba’ kriterji tas-sentenza Altmark huma ssodisfati, kemm għall-perjodu 2011-2013 kif ukoll għall-perjodu 2014-2024 għar-raġunijiet li ġejjin:
|
4.4. Dwar il-prijorità tal-irmiġġ
|
(129) |
Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ (ara l-Premessa 83), l-Italja targumenta li dan huwa ġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi pprovdut is-servizz pubbliku, u ma jingħata l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Laziomar li jimplika wkoll telf ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(130) |
Skont l-Italja, l-operaturi kollha tal-mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet tal-port rilevanti għall-irmiġġ. L-Italja ssostni wkoll li din il-prijorità tal-irmiġġ kienet applikabbli biss għar-rotot tas-servizz pubbliku, u li Laziomar ma ħallset u ma tħallas l-ebda tariffa addizzjonali għal din il-prijorità tal-irmiġġ, billi l-portijiet jagħtuha l-ewwel għażla ta’ slots tal-irmiġġ anki fin-nuqqas ta’ prijorità formali tal-irmiġġ minħabba l-missjoni tagħha ta’ servizz pubbliku. |
4.5. Dwar il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(131) |
Bl-istess mod, fir-rigward tal-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010 (ara l-Premessi 84, 85 u 86), l-Italja ssostni li Laziomar ma ġietx allokata u lanqas ma bbenefikat jew se tibbenefika fil-futur minn dawn il-miżuri. |
|
(132) |
F’dan il-kuntest, l-Italja ssostni li Caremar, li dak iż-żmien kienet topera hija stess r-rotot ta’ kabotaġġ marittimu fl-arċipelagu ta’ Pontino, kienet ġiet allokata u effettivament użat ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati mil-Liġi 102/2009. B’mod partikolari, Caremar ġiet allokata EUR 1 410 000 biex ittejjeb tnejn mill-vapuri li aktar tard ġew trasferiti lil Laziomar mingħajr ħlas (Quirino u Tetide). Sostniet ukoll li dawn il-fondi ma ntużawx għall-finijiet ta’ likwidità. |
|
(133) |
Fir-rigward tal-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni, l-Italja argumentat li fir-rigward tat-taxxa korporattiva, il-miżura ma ġietx applikata, billi t-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar u ta’ Toremar lir-reġjuni saru mingħajr ħlas. Għalhekk, fin-nuqqas ta’ ebda remunerazzjoni, l-Artikolu 86(1)(a) tal-Liġi Konsolidata dwar it-Taxxa fuq l-Introjtu rigward il-qligħ kapitali fil-każ ta’ trasferimenti ta’ assi bi ħlas ma japplikax. Fir-rigward tal-VAT, l-Italja nnotat li t-trasferimenti ta’ Caremar, ta’ Saremar u ta’ Toremar jikkostitwixxu fi tranżazzjonijiet li huma eżentati mill-VAT skont l-Artikolu 10(1)(4) tad-Digriet Presidenzjali Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972. Fir-rigward tat-taxxi indiretti minbarra l-VAT, l-Italja enfasizzat li l-eżenzjoni prevista mil-Liġi tal-2010 kienet imfassla għall-fini ta’ simplifikazzjoni amministrattiva. Mill-perspettiva fiskali, l-effetti tagħha jistgħu jitqiesu bħala negliġibbli u ta’ ftit impatt fir-rigward tat-taxxi, li jiġu imposti b’rati fissi. B’mod aktar speċifiku, dan jikkonċerna d-dazju ta’ reġistrazzjoni (EUR 168 għal kull dokument), it-tariffi tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki (EUR 168 kull wieħed) u t-taxxa tal-boll (EUR 14,62 għal erba’ paġni). |
|
(134) |
Fir-rigward tar-riżorsi tal-FAS, l-Italja ssostni li Laziomar ma rċeviet l-ebda benefiċċju minnhom. Barra minn hekk, hija ċċarat li r-riżorsi tal-FAS ma ntużawx biex jingħata kumpens addizzjonali lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluż lil Laziomar. Minflok, dawn ir-riżorsi tqiegħdu għad-dispożizzjoni sabiex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet baġitarji previsti għall-ħlas tal-kumpensi għall-obbligi ta' servizz pubbliku lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, f’każ li jirriżulta li dawk l-approprjazzjonijiet baġitarji ma jkunux biżżejjed. L-Italja tinnota li l-paragrafu 5-ter tal-Artikolu 1 tad-Digriet Amministrattiv 125/2010 ippermetta lir-reġjuni jużaw ir-riżorsi tal-FAS sabiex jiffinanzjaw il-kumpens regolari għall-obbligi ta' servizz pubbliku (jew parti minnu) u b’hekk tiġi żgurata kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Barra minn hekk, l-Italja ċċarat li, skont l-Artikolu 26 tad-Digriet Amministrattiv 185/2008, ġew allokati EUR 65 miljun għal kull waħda mis-snin 2009, 2010 u 2011 lill-Gruppo Tirrenia u EUR 195 miljun ittieħdu kif xieraq mir-riżorsi tal-FAS. Dawk il-fondi mbagħad ġew trasferiti fil-kont tal-Ministeru tat-Trasport allokat għall-ħlas tal-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia (Tirrenia, Siremar, Caremar (dak iż-żmien), Toremar u Saremar). Għalhekk, din il-miżura tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Italja għall-ħlas tal-kumpensi għall-obbligi ta' servizz pubbliku. |
4.6. Dwar ir-regoli għall-kalkolu tal-kumpens għall-perjodu 2011 – 2019 u dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % stabbilit fid-Direttiva CIPE mill-2010
|
(135) |
L-Italja ssostni li sal-14 ta’ Jannar 2014, il-parametri użati għall-kalkolu tal-kumpens imħallas lil Laziomar kienu dawk definiti mid-Direttiva CIPE. Mill-15 ta’ Jannar 2014, il-kumpens huwa definit fil-kuntratt ta' servizz pubbliku, fuq il-bażi tal-metodoloġija msemmija fid-Direttiva CIPE u b’kont meħud ukoll tal-offerta ekonomika ppreżentata mill-akkwirent ta’ Laziomar, CLN, skont il-proċedura tal-offerti. |
|
(136) |
L-Italja tikkjarifika li, minħabba li l-ammont ta’ kumpens huwa limitat mil-Liġi tal-2009, ġie deċiż li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata r-rata ta’ 6,5 % bħala rata fissa ta’ redditu fuq il-kapital. Dan l-approċċ simplifikat kien applikabbli matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali u għadu japplika taħt il-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid ma’ Laziomar. |
|
(137) |
Barra minn hekk, skont l-Italja, ir-rata fissa ta’ 6,5 % ta’ redditu fuq il-kapital hija meqjusa xierqa meta jitqies li l-mekkaniżmu ta’ riekwilibriju stabbilit fl-Artikolu 25 tal-kuntratt (ara l-Premessa 78) huwa strett ħafna biex jiġi applikat. Barra minn hekk, tali mekkaniżmu (pereż. reviżjoni tal-limitu massimu annwali fuq il-prezzijiet) ma setax japplika f’każijiet fejn benefiċjarju, bħal Laziomar, ma jkunx ikkumpensat biżżejjed. |
|
(138) |
Fit-Tabella 5, l-Italja tipprovdi l-elementi meħuda biex jiġi kkalkulat il-primjum tar-riskju għal Laziomar matul il-perjodu 2011-2019: Tabella 5 ROCI ta’ Laziomar għall-perjodu 2011-2019
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
4.7. Dwar il-konformità tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011
|
(139) |
Anki jekk l-Italja tqis li l-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mħallas lil Laziomar skont il-kuntratt ta’ servizz pubbliku l-ġdid ma jikkostitwix f'għajnuna mill-Istat, hija argumentat ukoll għaliex dik il-miżura kienet tkun konformi mad-Deċiżjoni SGEI tal-2011, kieku kienet għajnuna. |
|
(140) |
Fit-tweġiba tagħha, l-Italja ssostni li huma applikabbli kemm id-Deċiżjoni SGEI tal-2005 kif ukoll dik tal-2011, meta jitqies li l-konklużjoni tal-kuntratt ta' servizz pubbliku kienet prevista fl-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009, kif ukoll fid-Digriet tal-Lazio. |
|
(141) |
L-Italja ppreżentat ċifri għas-snin 2012 u 2013 li juru li l-għadd annwali medju ta’ passiġġieri ma qabiżx il-limitu ta’ 300 000 passiġġier kif stabbilit fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 fi kwalunkwe waħda mir-rotot ta’ tbaħħir ikkonċernati matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha ġie assenjat l-SGEI lil Laziomar (jiġifieri 240 430 passiġġier fl-2012 u 254 167 passiġġier fl-2013). |
4.8. Dwar il-konformità tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid mal-Qafas SGEI tal-2011
|
(142) |
L-Italja ssostni li s-servizz pubbliku fdat lil Laziomar jikkostitwixxi f'SGEI ġenwin ibbażat fuq att ta’ inkarigu, jiġifieri l-kuntratt ta’ servizz, li fih u jiddeskrivi l-kontenut u għal kemm idumu l-obbligi ta’ servizz pubbliku, it-territorju kkonċernat, il-mekkaniżmu ta’ kumpens u l-parametri għall-kalkolu tal-kumpens. |
|
(143) |
Barra minn hekk, skont l-Italja, il-kumpens ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, billi l-ammont ta’ kumpens ġie stabbilit fil-kuntest ta’ proċedura ta’ offerti fuq il-bażi tal-kriterji stabbiliti fid-Direttiva CIPE, filwaqt li l-kuntratt jipprevedi sistema ta’ monitoraġġ biex jiġi evitat kumpens żejjed. |
|
(144) |
Bl-istess mod, fir-rigward tar-rata ta’ redditu, l-Italja tirreferi għad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Ġunju 2017 (fil-Kawża SA.42710) (ara l-Premessa 128), fejn rata ta’ redditu ogħla mis-6,5 % (jiġifieri 8 %) ma ġietx ikkontestata mill-Kummissjoni. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE
|
(145) |
L-Artikolu 107(1) TFUE jistipula li “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(146) |
Il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma kumulattivi. Għalhekk, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-miżuri notifikati jikkostitwux f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, iridu jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha msemmija hawn fuq. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-appoġġ finanzjarju:
|
|
(147) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-prijorità tal-irmiġġ, li tapplika biss għar-rotot ta’ servizz pubbliku, hija intrinsikament marbuta mat-twettiq tal-SGEI minn Laziomar u mill-akkwirent tagħha CLN. Għalhekk, din il-miżura se tiġi vvalutata b’mod konġunt mal-kumpens rispettiv għall-obbligi ta' servizz pubbliku mogħti lil dawn il-kumpaniji (ara t-Taqsimiet 5.1.1 u 5.1.2). |
|
(148) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid bejn l-Italja u Laziomar jenħtieġ li jiġi vvalutat b’mod konġunt mal-privatizzazzjoni ta’ Laziomar. Tali valutazzjoni konġunta hija xierqa minħabba li, essenzjalment, l-Italja organizzat offerta għall-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid fejn l-offerent rebbieħ kellu jakkwista l-kapital azzjonarju kollu ta’ Laziomar biex iwettaq l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti f’dan il-kuntratt ta' servizz pubbliku. |
5.1.1. L-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali bejn Laziomar u l-Italja
5.1.1.1.
|
(149) |
Laziomar ġiet inkarigata mill-Italja bl-operat tar-rotot marittimi kif dettaljat mill-Konvenzjoni inizjali, kif estiża. Il-Konvenzjoni inizjali ġiet konkluża mal-Istat u l-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku li jirriżulta għal Laziomar jitħallas mill-Istat mill-baġit tiegħu stess. Għalhekk, il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku lil Laziomar huwa imputabbli lill-Istat u jingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(150) |
Il-Kummissjoni tinnota li, skont l-Italja, l-operaturi kollha ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma jħallsu tariffi regolari lill-awtoritajiet tal-port rilevanti għall-irmiġġ iżda li Laziomar ma ħallset l-ebda tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li, fil-prinċipju, l-Italja setgħet tagħżel li timponi tariffa addizzjonali għall-prijorità tal-irmiġġ u billi ma għamlitx hekk, tilfet dħul għall-Istat. Barra minn hekk, billi l-prijorità tal-irmiġġ hija konċessa bil-liġi (ara l-Premessa 83), hija imputabbli lill-Istat. |
5.1.1.2.
|
(151) |
Biex tikkwalifika bħala għajnuna mill-Istat, miżura trid tkun selettiva. Il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku għall-forniment tas-servizzi marittimi inkwistjoni jingħata biss lil Laziomar, u b’hekk huwa selettiv. Billi l-prijorità tal-irmiġġ ingħatat biss lill-kumpaniji ta' dak li kienil-Gruppo Tirrenia, inkluż lil Laziomar, hija wkoll selettiva. |
5.1.1.3.
|
(152) |
Il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpensi għall-obbligi ta' servizz pubbliku li jingħataw lil kumpanija jistgħu ma jkunux jikkostitwixxu f'vantaġġ ekonomiku taħt ċerti kundizzjonijiet iddefiniti b’mod strett. |
|
(153) |
B’mod partikolari, fis-sentenza Altmark (50) tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li meta miżura tal-Istat trid titqies bħala kumpens għas-servizzi pprovduti mill-impriżi benefiċjarji sabiex iwettqu obbligi ta’ servizz pubbliku, b’mod li dawk l-impriżi ma jiksbux vantaġġ finanzjarju reali u b’hekk il-miżura ma jkollhiex l-effett li tqegħedhom f’pożizzjoni kompetittiva aktar favorevoli mill-impriżi kompetituri tagħhom, tali miżura ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
(154) |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja għamlitha ċara wkoll li biex tali kumpens għal servizz pubbliku ma jaqax taħt il-kwalifika ta’ għajnuna mill-Istat f’każ partikolari, iridu jkunu ssodisfati l-erba’ kriterji kumulattivi (il-“kriterji tas-sentenza Altmark”) miġbura fil-qosor hawn taħt:
|
|
(155) |
Il-Kummissjoni speċifikat il-mod kif hija tapplika l-kriterji tas-sentenza Altmark fil-Komunikazzjoni tagħha dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (il-“Komunikazzjoni dwar l-SGEI”) (51). |
|
(156) |
Minħabba li l-kriterji tas-sentenza Altmark iridu jiġu rrispettati b’mod kumulattiv, in-nuqqas ta’ osservanza ta’ xi wieħed minn dawn il-kriterji jwassal lill-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura taħt valutazzjoni tagħti vantaġġ ekonomiku lill-benefiċjarju. Imbagħad il-Kummissjoni tibda sabiex l-ewwel tivvaluta l-osservanza tar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. |
|
(157) |
Ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark jipprevedi li l-kumpens irid ikun il-minimu neċessarju sabiex ma jikkwalifikax bħala għajnuna mill-Istat. Dan il-kriterju jitqies bħala ssodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens għal servizz pubbliku jkun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti li jintgħażel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi s-servizzi bl-anqas spiża għall-komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-ispejjeż ta’ impriża effiċjenti. |
|
(158) |
Għall-ebda waħda mill-estensjonijiet tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-14 ta’ Jannar 2014, Laziomar ma ntgħażlet wara proċedura tal-offerti. L-Italja sempliċiment estendiet is-sistema li kienet diġà fis-seħħ u b’hekk l-operatur prestabbilit ġie intitolat ikompli jirċievi kumpens għat-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. |
|
(159) |
Barra minn hekk, l-Italja ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni lill-Kummissjoni li l-livell ta’ kumpens kien ġie ddeterminat fuq il-bażi ta’ analiżi tal-ispejjeż li impriża tipika, immexxija tajjeb u adegwatament ipprovduta b’mezzi ta’ trasport sabiex tkun tista’ tissodisfa l-ħtiġijiet neċessarji ta’ servizz pubbliku, kienet iġġarrab fit-twettiq ta’ dawk l-obbligi, wara kunsiderazzjoni tad-dħul rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq tal-obbligi. |
|
(160) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li f’dan il-każ ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ma ġiex rispettat. |
|
(161) |
Billi f’dan il-każ, l-erba’ kundizzjonijiet tas-sentenza Altmark ma ġewx osservati b’mod kumulattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għat-tħaddim tar-rotot marittimi bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ta vantaġġ ekonomiku lil Laziomar. |
|
(162) |
Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ, il-Kummissjoni tibda sabiex tfakkar li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, l-AGCM, tal-anqas f’żewġ okkażjonijiet qieset li din il-miżura għandha valur ekonomiku (52). Madankollu, Laziomar ma tħallas l-ebda tariffa għall-prijorità tal-irmiġġ (ara l-Premessa 130). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tosserva li l-prijorità tal-irmiġġ għandha, tal-anqas teoretikament, il-potenzjal li tnaqqas l-ispejjeż tal-operatur (pereż. minħabba li l-irmiġġ garantit jista’ jnaqqas il-ħinijiet ta’ stennija fil-portijiet u b’hekk iwassal għal spejjeż aktar baxxi tal-fuel) jew iżżid id-dħul tiegħu (pereż. minħabba li ċerti ħinijiet jattiraw domanda akbar mill-passiġġieri). Sa fejn il-prijorità tal-irmiġġ tippermetti proċedura tat-trakkar aktar mgħaġġel, l-utenti tas-servizz tat-trasport tul korp tal-ilma jistgħu jippreferu l-operatur li jibbenefika minn din il-miżura. Anki jekk dawn l-effetti jimmaterjalizzaw biss f’ċirkostanzi limitati jew ikunu relattivament żgħar, il-prijorità tal-irmiġġ xorta waħda tista’ tikkostitwixxi f'vantaġġ ekonomiku għal Laziomar. |
5.1.1.4.
|
(163) |
Meta l-għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta mqabbla ma’ impriżi oħrajn li jikkompetu fil-kummerċ intra-UE, dawn tal-aħħar għandhom jitqiesu bħala affettwati minn dik l-għajnuna (53). Huwa biżżejjed li l-benefiċjarju tal-għajnuna jikkompeti ma’ impriżi oħrajn fi swieq miftuħa għall-kompetizzjoni (54). |
|
(164) |
F’dan il-każ, il-benefiċjarju jopera f’kompetizzjoni ma’ impriżi oħra li jipprovdu servizzi tat-trasport marittimu fl-Unjoni, b’mod partikolari mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 (55) u tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, li lliberalizzaw is-suq tat-trasport marittimu internazzjonali u tal-kabotaġġ marittimu, rispettivament. Il-fatt li fuq uħud mir-rotot dak iż-żmien Laziomar kienet l-uniku operatur ma jfissirx li operaturi (internazzjonali) oħra ma setgħux ikunu interessati li joffru servizzi tat-trasport marittimu simili. Għalhekk, il-kumpens għall-operat tar-rotot marittimi bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali jista’ jaffettwa l-kummerċ tal-Unjoni u jfixkel il-kompetizzjoni fis-suq intern. Għall-istess raġunijiet, dik il-konklużjoni tgħodd ukoll għall-prijorità tal-irmiġġ. |
5.1.1.5.
|
(165) |
Billi l-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li kemm il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mħallas fuq il-bażi tal-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali kif ukoll il-prijorità tal-irmiġġ għar-rotot ta’ servizz pubbliku jikkostitwixxu f'għajnuna mill-Istat lil Laziomar. |
5.1.1.6.
|
(166) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-kumpens imħallas lil Caremar (dak iż-żmien) għall-operat tal-obbligi ta’ servizz pubbliku marittimu sa tmiem l-2008 ma huwiex ivvalutat f’din id-Deċiżjoni. Il-valutazzjoni ta’ dak il-kumpens, u jekk jistax jiġi kklassifikat bħala għajnuna eżistenti fuq il-bażi tal-Artikolu 4(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu, hija s-suġġett ta’ deċiżjoni separata tal-Kummissjoni (56). |
|
(167) |
Skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 (57), għajnuna ġdida tfisser “kull għajnuna, jiġifieri, skemi ta’ għajnuna u għajnuna individwali, li ma jkunux għajnuna eżistenti, inkluż tibdil fl-għajnuna eżistenti”. Barra minn hekk, l-Artikolu 108(3) TFUE jipprovdi li l-pjanijiet sabiex tingħata jew tiġi mmodifikata għajnuna eżistenti jridu jiġu nnotifikati lill-Kummissjoni fi żmien xieraq u ma jistgħux jiġu implimentati sakemm il-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali (58). F’konformità mal-pożizzjoni tal-Qrati Ewropej (59), il-Kummissjoni tqis li l-emendar (jiġifieri l-estensjoni) ta' kemm iddum skema ta’ għajnuna li kellha data ta’ skadenza ċara (jiġifieri l-31 ta’ Diċembru 2008) huwa suffiċjenti biex irendiha għajnuna ġdida irrispettivament minn jekk inbidlux karatteristiċi oħra tal-miżura jew le. |
|
(168) |
Għar-raġunijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li irrispettivament mill-fatt li l-kumpens mogħti lil Caremar (dak iż-żmien) sa tmiem l-2008 ġie kklassifikat bħala għajnuna eżistenti (60), il-kumpens għall-obbligi ta' servizz pubbliku mħallas lil Laziomar fuq il-bażi tal-estensjonijiet suċċessivi tal-Konvenzjoni inizjali jenħtieġ li jitqies bħala għajnuna ġdida. Din il-konklużjoni tapplika wkoll għall-prijorità tal-irmiġġ. |
5.1.2. L-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar
|
(169) |
Biex tikkonkludi dwar jekk l-għoti tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar jikkostitwix f'vantaġġ għal Laziomar u l-akkwirent tagħha, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, il-Kummissjoni trid tivvaluta l-osservanza tal-kriterji tas-sentenza Altmark (ara l-Premessa 154). |
5.1.2.1.
|
(170) |
Il-Kummissjoni tfakkar li d-dritt tal-Unjoni ma għandux definizzjoni uniformi u preċiża ta’ servizz li jista’ jikkostitwixxi f'SGEI, la fis-sens tal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark u lanqas fis-sens tal-Artikolu 106(2) TFUE (61). Il-paragrafu 46 tal-Komunikazzjoni huwa fformulat kif ġej: “Fin-nuqqas ta’ regoli speċifiċi tal-Unjoni li jiddefinixxu l-ambitu għall-eżistenza ta’ SGEI, l-Istati Membri għandhom marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni fid-definizzjoni ta’ servizz partikolari bħala SGEI u fl-għoti ta’ kumpens lill-fornitur tas-servizz. Il-kompetenza tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward hija limitata għal li tiċċekkja jekk l-Istat Membru għamilx żball ċar meta ddefinixxa s-servizz bħala SGEI u li tevalwa l-għajnuna mill-Istat involuta fil-kumpens. Fejn jeżistu regoli tal-Unjoni speċifiċi, id-diskrezzjoni tal-Istati Membri hija ulterjorment marbuta minn dawn ir-regoli, mingħajr ħsara għad-dmir tal-Kummissjoni li twettaq valutazzjoni dwar jekk l-SGEI ġiex definit b’mod korrett għall-għan tal-kontroll tal-għajnuna mill-Istat.” |
|
(171) |
Għalhekk, l-awtoritajiet nazzjonali huma intitolati li jqisu li ċerti servizzi huma fl-interess ġenerali u jridu jiġu operati permezz ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku sabiex jiżguraw li l-interess pubbliku jkun protett meta l-forzi tas-suq ma jkunux biżżejjed sabiex jiggarantixxu li jkunu pprovduti bil-livell jew bil-kundizzjonijiet meħtieġa. |
|
(172) |
Fil-qasam tal-kabotaġġ marittimu, ġew stabbiliti regoli dettaljati tal-Unjoni li jirregolaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku fir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu u, għall-fini li tiġi eżaminata l-għajnuna potenzjali mill-Istat lill-impriżi involuti fit-trasport marittimu, fil-linji gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (“il-Linji Gwida Marittimi”) (62). |
|
(173) |
L-Artikolu 4(1) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jistipula: “Stat Membru jista’ jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku ma’ jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku bħala kundizzjoni għall-għoti ta’ servizzi ta’ kabotaġġ, fuq kumpanniji ta’ ġarr marittimu li jipparteċipaw f’servizzi regolari lejn, minn u bejn gżejjer. Kull meta Stat Membru jagħmel kuntratti ta’ servizz pubbliku jew jimponi obbligazzjonijiet ta’ servizz pubbliku, dan għandu jagħmel hekk fuq bażi mhux diskriminatorja għar-rigward ta’ proprjetarji ta’ vapuri tal-Komunità.” |
|
(174) |
L-Artikolu 2(3) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jistabbilixxi li kuntratt ta' servizz pubbliku jista’ jkopri: servizzi tat-trasport li jissodisfaw standards fissi ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità, servizzi ta’ trasport addizzjonali, servizzi ta’ trasport b’rati speċifiċi u soġġetti għal kundizzjonijiet speċifiċi, b’mod partikolari għal ċerti kategoriji ta’ passiġġieri jew fuq ċerti rotot u aġġustamenti ta’ servizzi għal ħtiġijiet attwali. |
|
(175) |
F’konformità mat-Taqsima 9 tal-Linji Gwida Marittimi, “obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti jew kuntratti pubbliċi ta’ servizz (PSCs) jistgħu jiġu konklużi għas-servizzi indikati fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE) Nru 3577/92”, jiġifieri servizzi skedati lejnil-gżejjer, minnhom u bejniethom. |
|
(176) |
Mill-ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu imposti biss jekk ikunu ġustifikati mill-ħtieġa li jiġu żgurati servizzi regolari u adegwati ta’ trasport marittimu li ma jistgħux jiġu żgurati mill-forzi tas-suq waħedhom (63). Il-Komunikazzjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (64) tikkonferma li “[huma] l-Istati Membri (inkluż, fejn xieraq, l-awtoritajiet reġjonali u lokali) u mhux is-sidien tal-bastimenti li għandhom il-kompetenza biex jiddeterminaw liema rotot jeħtieġu obbligi ta’ servizz pubbliku. B’mod partikolari, l-obbligi ta’ servizz pubbliku jistgħu jiġu kkunsidrati għal servizzi regolari (skedati) ta’ kabotaġġ tal-gżejjer f’każ li s-suq jonqos milli jipprovdi servizzi adegwati”. Barra minn hekk, l-Artikolu 2(4) tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu jiddefinixxi l-obbligi ta’ servizz pubbliku bħala obbligi li “l-proprjetarju ta’ vapur tal-Komunità f’dak il-każ, jekk ikun qiegħed jikkonsidra l-interessi kummerċjali tiegħu, ma jassumix jew ma jassumix sal-istess grad jew taħt l-istess kundizzjonijiet”. |
|
(177) |
F’konformità mal-ġurisprudenza (65), biex tivverifika jekk hemmx ħtieġa reali ta’ servizz pubbliku u jekk dan kienx meħtieġ u proporzjonali, u b’hekk ukoll jekk ġiex issodisfat l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark, il-Kummissjoni se tivvaluta:
|
(1) Domanda mill-utenti
|
(178) |
F’dan il-każ, Laziomar ġiet inkarigata bil-forniment ta’ servizzi tal-passiġġieri, imħallta u tal-merkanzija fuq diversi linji kif ippreżentat fit-Tabella 9. L-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti fuq Laziomar kienu jikkonċernaw il-portijiet moqdija, it-tip u l-kapaċità tal-vapuri assenjati għall-konnessjonijiet marittimi operati taħt ir-reġim tas-servizz pubbliku, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet massimi li kellhom jiġu imposti. |
|
(179) |
Kif deskritt fil-Premessa 120, l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni l-ġdida prinċipalment sabiex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-Italja kontinentali u l-gżejjer u (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, permezz ta’ servizzi tat-trasport marittimu regolari u affidabbli. Il-Kummissjoni tqis li dawn huma tabilħaqq objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku. |
|
(180) |
Storikament, l-objettivi segwiti mill-Italja ma ntlaħqux permezz tal-interazzjoni tal-forzi tas-suq waħedhom. L-adegwatezza ta’ dawn is-servizzi kienet tradizzjonalment żgurata mill-impożizzjoni ta’ obbligi ta’ servizz pubbliku fuq il-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia għal dak il-għan u minquxa fil-Konvenzjonijiet inizjali. Il-Kummissjoni tinnota li r-rotot inkwistjoni ilhom jiġu operati, fil-biċċa l-kbira tagħhom kif inhuma issa, għal ħafna snin, jiġifieri tal-anqas mid-dħul fis-seħħ tal-Konvenzjoni inizjali. L-Italja, u b’mod partikolari l-awtoritajiet reġjonali kkonċernati, qiesu li dawn is-servizzi kienu (u baqgħu) neċessarji sabiex jissodisfaw id-domanda tal-utenti. |
|
(181) |
Fir-rigward tar-rotot tal-ġarr tal-merkanzija biss (jiġifieri l-Linja T3 u l-Linja T4), il-Kummissjoni tfakkar li l-Qorti Ġenerali diġà stabbiliet (66) li, biex ikun jista’ jiġi kkaratterizzat bħala servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali, is-servizz inkwistjoni mhux bilfors irid ikun jikkostitwixxi f'servizz universali stricto sensu. Il-kunċett ta’ servizz universali ma jfissirx li s-servizz inkwistjoni jrid iwieġeb għal ħtieġa komuni għall-popolazzjoni kollha jew jiġi pprovdut fit-territorju (67) kollu iżda, minflok, li jservi l-interessi tas-soċjetà kollha kemm hi. Barra minn hekk, hija l-fehma tal-Kummissjoni li l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni ma żżommx lill-Istati Membri milli jikkwalifikaw b’mod validu fl-eżerċizzju tad-diskrezzjoni tagħhom ċerti servizzi marittimi ta’ merkanzija lejn u minn żoni remoti bħala SGEI, dment li jiġu rrispettati l-prinċipji stabbiliti mir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu. |
|
(182) |
L-Italja spjegat li l-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku huma marbuta mal-karatteristiċi ġeografiċi u soċjoekonomiċi speċjali tal-gżejjer fl-arċipelagu ta’ Pontino. L-Artikolu 1 tal-kuntratt ta’ servizz jistipula li s-servizzi mogħtija lil Laziomar huma “[…] meħtieġa biex tinżamm il-kontinwità territorjali sabiex tiġi żgurata l-provvista ta’ oġġetti, inklużi oġġetti speċjali, meħtieġa għall-funzjonament xieraq tas-servizzi pubbliċi u soċjali għall-gżejjer Pontini […]”. Fir-rigward tal-gżira ta’ Ponza, il-ħtieġa għall-kontinwità territorjali u l-provvista ta’ oġġetti u oġġetti speċjali hija meħtieġa fid-dawl tad-distanza tagħha mill-Italja kontinentali (madwar 27 mil nawtiku minn Terracina) u l-għadd baxx tal-popolazzjoni tagħha (madwar 3 500 abitant). Konsiderazzjonijiet simili japplikaw għall-gżira ta’ Ventotene (madwar 31 mil nawtiku minn Terracina u madwar 800 abitant). Il-frekwenza regolari ta’ dawn is-servizzi ta’ ġarr tal-merkanzija matul is-sena kollha tiżgura li anki fl-istaġun kwiet, meta jkun hemm anqas domanda mit-turisti, l-abitanti u l-kumpaniji ta’ dawn il-gżejjer jibqgħu fornuti b’mod adegwat. Barra minn hekk, dawk is-servizzi jikkontribwixxu wkoll għall-iżvilupp ekonomiku taż-żewġ gżejjer billi jittrasportaw oġġetti u oġġetti speċjali (pereż. oġġetti perikolużi, skart solidu muniċipali, eċċ.) minn u lejn l-Italja kontinentali. |
|
(183) |
Fir-rigward tas-servizzi tal-passiġġieri u dawk imħallta, biex turi d-domanda ġenwina, l-Italja pprovdiet statistika aggregata, li turi li fl-2012 Laziomar ittrasportat 240 430 passiġġier u 13 228 vettura fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku kkombinati matul il-perjodi ta’ żmien rispettivi koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku. Iċ-ċifri għall-2013 kienu ogħla (jiġifieri 254 167 passiġġier u 16 927 vettura). Dan juri li fis-sentejn ta’ qabel ma Laziomar ġiet inkarigata bl-obbligi ta’ servizz pubbliku tagħha, kien hemm domanda aggregata sinifikanti għas-servizzi tat-trasport marittimu fuq ir-rotot ikkonċernati (ara l-Premessa 291) għal statistika dettaljata dwar kull rotta għas-snin mill-2011 sal-2013). |
|
(184) |
Biex tkompli turi li d-domanda tal-utenti baqgħet preżenti meta Laziomar bdiet topera fuq il-bażi tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid fuq ir-rotot kollha, l-Italja pprovdiet ukoll statistika aggregata sa tmiem l-2019 (ara t-Tabelli minn 6 sa 8). Dawn jikkonfermaw li d-domanda tal-utenti baqgħet preżenti, b’xi devjazzjonijiet żgħar, ’il fuq jew ’l isfel. Fi kwalunkwe każ, analiżi tal-istatistika rotta b’rotta għal kull sena sal-aħħar tal-2019 ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni li d-domanda mill-utenti fuq rotot speċifiċi kienet se tisparixxi. Tabella 6 Statistika tal-passiġġieri għas-snin 2014-2019
Tabella 7 Statistika tal-vetturi għas-snin 2014-2019
Tabella 8 Merkanzija ttrasportata f’metri lineari għas-snin 2014-2019 (69)
|
|
(185) |
Il-Kummissjoni tqis li l-istatistika ta’ hawn fuq turi b’mod ċar li hemm domanda ġenwina għal servizzi tal-passiġġieri, imħallta u tal-merkanzija fuq kull waħda mir-rotot ta’ servizz pubbliku rispettivi. Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi jindirizzaw ħtiġijiet pubbliċi reali u jissodisfaw domanda ġenwina mill-utenti. |
(2) Eżistenza ta’ falliment tas-suq
|
(186) |
Skont il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, “ma jkunx xieraq li tinkludi obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ attività li qed tiġi diġà pprovduta jew li tista’ tiġi pprovduta b’mod sodisfaċenti u taħt kundizzjonijiet, bħall-prezz, kriterji oġġettivi tal-kwalità, kontinwità u aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, minn impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq (70)”. Għalhekk, il-Kummissjoni trid teżamina jekk is-servizz ikunx inadegwat jekk il-forniment tiegħu jitħalla biss għall-forzi tas-suq fid-dawl tar-rekwiżiti ta’ servizz pubbliku imposti mill-Istat Membru bis-saħħa tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “[l-]valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal [...] li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”. |
|
(187) |
Il-Kummissjoni tinnota li matul il-perjodu ta’ żmien li wassal għall-iffirmar tal-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid ma’ Laziomar, operaturi oħra offrew servizzi ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma fuq ċerti rotot soġġetti għall-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid għalkemm mhux neċessarjament matul is-sena kollha, bl-istess frekwenza u l-istess tip ta’ servizz. Fuq il-bażi tas-sitwazzjoni kompetittiva li ppreċediet il-mument tal-inkarigu fil-15 ta’ Jannar 2014, il-Kummissjoni se tivvaluta għal kull waħda mir-rotot ikkonċernati jekk is-servizzi pprovduti minn operaturi oħra kinux ekwivalenti għal dawk li Laziomar kellha tipprovdi bil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid. |
|
(188) |
It-Tabella 9 turi s-sitwazzjoni kompetittiva fuq kull waħda mir-rotot maħduma minn Laziomar fiż-żmien tal-att ta’ inkarigu: Tabella 9 Is-sitwazzjoni kompetittiva fuq ir-rotot operati minn Laziomar
|
|
(189) |
Il-Kummissjoni tqis, kif jidher b’mod ċar fit-Tabella 9, li s-servizzi offruti minn Laziomar ma humiex sostitwibbli għal dawk offruti minn kompetituri oħra, billi dawn tal-aħħar ma jaqdux jew ma jaqdux b’mod sħiħ l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid ma’ Laziomar. Madankollu, fuq erbgħa mis-seba’ rotot, ma hemm ebda operatur ieħor minbarra Laziomar li joffri s-servizz (Linji T1, T2, A2 u A3). B’riżultat ta’ dan, l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-kuntratt ma’ Laziomar għall-operat ta’ dawk ir-rotot huma ġġustifikati minn ħtieġa pubblika ġenwina li tiġi żgurata l-kontinwità territorjali, billi dan ma jistax jiġi ssodisfat mis-suq waħdu. |
|
(190) |
Fir-rigward tar-rotot fejn operaturi oħra joffru wkoll servizzi (il-Linji T3, T4 u A1), il-Kummissjoni tqis li hemm differenzi kbar fir-rigward tat-tip, ir-regolarità, il-kapaċità u l-prezz tas-servizzi offruti, għar-raġunijiet spjegati fid-dettall fil-paragrafi li ġejjin. |
|
(191) |
Għal-Linji T3 u T4, Laziomar tagħmel vjaġġi matul is-sena kollha b’mod kontinwu, filwaqt li l-operatur l-ieħor, NLG, ma joffrix dan is-servizz kontinwu matul is-sena kollha u lanqas ma jagħmel dan fl-istess livell ta’ frekwenza bħal Laziomar. Barra minn hekk, Laziomar toffri servizzi mħallta tal-merkanzija (il-Linja T3) u tal-merkanzija (il-Linja T4) billi tuża bastiment b’kapaċità li jittrasporta merkanzija, vetturi u sa 400 passiġġier, filwaqt li NLG tuża inġenju ta’ veloċità għolja għat-trasport tal-passiġġieri biss. Fl-aħħar nett, hemm differenza sinifikanti fil-prezz bejn iż-żewġ operaturi. Għal-Linja T3, fejn iż-żewġ operaturi jittrasportaw il-passiġġieri (għall-kuntrarju tal-Linja T4 li hija servizz tal-merkanzija għal Laziomar), il-prezz offrut minn NLG huwa mmirat lejn is-settur turistiku (pereż. biljett għall-adulti f’direzzjoni waħda jiswa bejn EUR 24 u EUR 26 u għat-tfal sa 12-il sena minn EUR 13 sa EUR 15). Min-naħa l-oħra, is-servizz ta’ Laziomar huwa soġġett għall-obbligi ta’ nollijiet ta’ servizz pubbliku (pereż. biljett għall-adulti f’direzzjoni waħda jiswa EUR 10 u għat-tfal sa 12-il sena EUR 5) u japplikaw nollijiet soċjali għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw għax-xogħol (biljett f’direzzjoni waħda jiswa madwar EUR 3.50). B’riżultat ta’ dan, mingħajr is-servizz ta’ Laziomar fuq dawk ir-rotot partikolari, il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għall-konnettività regolari ta’ dik il-gżira mal-Italja kontinentali ma tkunx issodisfata, billi NLG ma setgħetx tipprovdi l-istess servizzi u bl-istess kundizzjonijiet bħal Laziomar matul il-perjodu kollu tal-kuntratt. |
|
(192) |
Fir-rigward tal-Linja A1, kemm Laziomar kif ukoll il-kompetitur tagħha, Vetor, iħaddmu servizz tal-passiġġieri biss matul l-istaġun tas-sajf (bejn Ġunju u Settembru). Madankollu, l-Italja pprovdiet informazzjoni li turi li s-servizz ta’ Vetor huwa mmirat prinċipalment lejn is-settur turistiku u jiġi pprovdut taħt kundizzjonijiet tas-suq. Għalkemm, skont l-iskeda taż-żmien tal-2013 (jiġifieri s-sena ta’ qabel il-konklużjoni tal-att ta’ inkarigu ma’ Laziomar) kif muri fit-Tabella 9, Vetor tidher li kienet tagħmel vjaġġi aktar ta’ spiss minn Laziomar, il-Kummissjoni tinnota li s-servizz ma kienx ipprovdut kontinwament fuq bażi ta’ kuljum. B’mod aktar speċifiku, is-servizz ma ngħatax fl-4, fil-5, fil-11 u fit-12 ta’ Ġunju 2013 u bejn l-10 u t-12 u s-16 sal-20 ta’ Settembru 2013. Fis-snin sussegwenti tal-perjodu ta’ inkarigu, l-informazzjoni ppreżentata mill-Italja turi li s-servizz ipprovdut minn Vetor ukoll ma żgurax konnettività ta’ kuljum fuq din ir-rotta. Pereżempju, fl-2018 Vetor ma pprovdietx is-servizz fil-5 u fis-6 ta’ Ġunju u fis-17 sal-20 ta’ Settembru. B’mod ġenerali, għalhekk, il-frekwenzi tas-servizz ta’ Vetor ivarjaw skont ix-xahar. |
|
(193) |
Barra minn hekk, skont il-kuntratt ta’ servizz, Laziomar hija soġġetta għal obbligi ta’ servizz pubbliku f’termini ta’ kontinwità u kwalità. Madankollu, f’każ ta’ nuqqas ta’ vjaġġar mingħajr raġuni xierqa, Laziomar hija soġġetta għal tnaqqis korrispondenti fit-tariffi u għal penali. Barra minn hekk, l-obbligu ta’ kwalità jimplika li Laziomar trid tikkonforma ma’ standards minimi preċiżi f’termini, fost l-oħrajn, ta’ affidabbiltà, kundizzjonijiet iġjeniċi u kumdità tal-vjaġġ. Min-naħa l-oħra Vetor, li ma hijiex soġġetta għall-obbligi ta’ servizz pubbliku, ma hijiex maħsuba biex tissodisfa standards għoljin ta’ kwalità waqt li tkun qiegħda tipprovdi s-servizz. Barra minn hekk, mill-perspettiva tal-kapaċità tat-trasport, il-bastiment ta’ Laziomar jista’ jakkomoda massimu ta’ 300 passiġġier, meta mqabbel ma’ madwar 150 passiġġier li jistgħu jiġu ttrasportati bl-aliskaf ta’ Vetor. |
|
(194) |
Fl-aħħar nett, hemm differenza sinifikanti fil-prezz bejn iż-żewġ operaturi. Il-prezz offrut minn Vetor huwa mmirat prinċipalment lejn is-settur turistiku (pereż. biljett għall-adulti f’direzzjoni waħda jiswa EUR 36 li jiżdied għal EUR 46 matul tmiem il-ġimgħa, filwaqt li biljett għat-tfal sa 12-il sena jiswa EUR 18), filwaqt li toffri noll tar-residenti għal EUR 23. Vetor hija libera wkoll li tiddetermina l-prezz tal-biljetti tagħha u taġġustah kif xieraq fuq bażi purament kummerċjali. Min-naħa l-oħra, is-servizz ta’ Laziomar huwa soġġett għall-obbligi ta’ nollijiet ta’ servizz pubbliku (pereż. biljett għall-adulti f’direzzjoni waħda jiswa EUR 23,40 u għat-tfal sa 12-il sena EUR 11,70) u japplikaw nollijiet soċjali għar-residenti u għal dawk li jivvjaġġaw għax-xogħol (pereż. biljett f’direzzjoni waħda jiswa biss EUR 7). B’riżultat ta’ dan, mingħajr is-servizz ta’ Laziomar fuq dik ir-rotta partikolari, il-ħtieġa ta’ servizz pubbliku għall-konnettività regolari ta’ dik il-gżira mal-Italja kontinentali bi prezzijiet li jistgħu jintlaħqu ma tkunx issodisfata, billi Vetor ma setgħetx tipprovdi l-istess servizzi u bl-istess kundizzjonijiet bħal Laziomar matul il-perjodu kollu tal-kuntratt. |
|
(195) |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li, fil-mument tal-inkarigu ta’ Laziomar, il-forzi tas-suq waħedhom ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku. Fuq għadd ta’ rotot, Laziomar kienet l-uniku operatur filwaqt li fuq ir-rotot l-oħra s-servizzi pprovduti mill-kompetituri fl-arċipelagu ta’ Pontino ma kinux ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u kwalità u għalhekk ma kinux jissodisfaw b’mod sħiħ il-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-kuntratt ta’ servizz il-ġdid ma’ Laziomar. |
(3) Approċċ l-anqas dannuż
|
(196) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Italja għażlet li tikkonkludi kuntratt ta' servizz pubbliku ma’ operatur wieħed (Laziomar) pjuttost milli timponi obbligi ta’ servizz pubbliku fuq l-operaturi kollha interessati li jservu r-rotot involuti. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Italja, il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda tal-utenti ma setgħetx tiġi ssodisfata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku (ara l-Premessa 180). B’mod partikolari, fuq diversi rotot, Laziomar hija l-uniku operatur u fejn dan ma huwiex il-każ, l-offerta pprovduta mill-operaturi l-oħra ma tissodisfax ir-rekwiżiti (kollha) ta’ regolarità, ta’ kontinwità u ta’ kwalità. Barra minn hekk, l-operat tal-biċċa l-kbira tar-rotot, speċjalment matul l-istaġun kwiet, jagħmel it-telf, u għalhekk, mingħajr kumpens għal servizz pubbliku, lanqas biss kienu jiġu operati. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tieħu nota tal-argument tal-Italja li l-għażla għal kuntratt ta' servizz pubbliku kienet meħtieġa wkoll fid-dawl tal-privatizzazzjoni ta’ Laziomar. B’mod aktar speċifiku, l-Italja targumenta li l-offerta ta’ Laziomar flimkien ma’ kuntratt ta' servizz pubbliku ġdid kienet tippermetti li (i) tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku marittimu, u (ii) li jiġi massimizzat il-valur għall-Istat. Huwa għal dawn ir-raġunijiet li l-Kummissjoni qablet (ara l-Premessa 89) li l-Italja kienet se toħroġ sejħa għall-offerti għall-attività kummerċjali ta’ Laziomar flimkien ma’ kuntratt ta' servizz pubbliku ġdid. B’dan il-mod, il-Kummissjoni aċċettat ukoll, u terġa’ ssostni f’din id-Deċiżjoni, li l-Italja ma setgħetx tibbaża fuq obbligi ta’ servizz pubbliku li japplikaw għall-operaturi kollha iżda li pjuttost tikkonkludi kuntratt ta' servizz pubbliku ma’ Laziomar biss. |
Konklużjoni
|
(197) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlitx żball ovvju meta ddefiniet is-servizzi fdati lil Laziomar bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2012 ġew eliminati. |
|
(198) |
Biex tikkonkludi li l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark huwa rrispettat, il-Kummissjoni xorta trid tivverifika jekk Laziomar ġietx inkarigata b’obbligi ta’ servizz pubbliku, li kienu definiti b’mod ċar. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-obbligi ta’ servizz pubbliku huma deskritti b’mod ċar fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid u fl-annessi tiegħu (li jinkludu pereżempju l-ispeċifikazzjonijiet tal-vapuri għal kull rotta). Bl-istess mod, ir-regoli li jirregolaw il-kumpens huma spjegati fid-dettall fil-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid, fil-Liġi tal-2009 u fid-Direttiva CIPE. Il-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid għandu wkoll tul ta' żmien ċar (10 snin), jidentifika lil Laziomar bħala l-operatur tas-servizz pubbliku u fih l-arranġamenti biex jiġi evitat u rkuprat kwalunkwe kumpens żejjed (ara wkoll il-Premessa (215). Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ewwel kriterju tas-sentenza Altmark huwa rrispettat. |
Prijorità tal-irmiġġ
|
(199) |
L-Artikolu 19-ter, il-paragrafu 21 tal-Liġi tal-2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ hija neċessarja sabiex tiġi garantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar. Kieku l-kumpaniji inkarigati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku ma kellhomx prijorità tal-irmiġġ, jista’ jkun il-każ li (xi drabi) ikollhom jistennew sakemm ikun imiss lilhom jitrakkaw u, għalhekk, iġarrbu dewmien, li jmur kontra l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti għaċ-ċittadini. Biex jiġu ssodisfati l-eżiġenzi ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati huwa assolutament neċessarju li jkun hemm skeda regolari. Barra minn hekk, billi fil-kuntratt ta' servizz pubbliku l-ġdid hemm obbligi speċifiċi tal-ħinijiet skedati tat-tluq għar-rotot ta’ servizz pubbliku, il-prijorità tal-irmiġġ tgħin sabiex jiġi żgurat li l-portijiet jallokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermettu lill-operatur tas-servizz pubbliku jirrispetta l-obbligi ta’ servizz pubbliku tiegħu. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura hija mogħtija biex tippermetti lil Laziomar twettaq l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku, li jikkostitwixxu f'SGEI ġenwin (ara l-Premessa 197). Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat li l-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għas-servizzi pprovduti bis-sistema ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, il-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma wkoll mal-ewwel kundizzjoni tas-sentenza Altmark. |
5.1.2.2.
|
(200) |
Il-Kummissjoni tfakkar li fid-Deċiżjoni tal-2012 (ara l-paragrafu 205 tagħha), hija kienet tal-fehma preliminari li t-tieni kriterju tas-sentenza Altmark huwa rispettat. |
|
(201) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li l-parametri li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u josservaw ir-rekwiżiti ta’ trasparenza f’konformità mat-tieni kriterju tas-sentenza Altmark. |
|
(202) |
B’mod aktar speċifiku, il-parametri li fuq il-bażi tagħhom ġie kkalkolat il-kumpens huma spjegati fid-dettall fid-Direttiva CIPE u ġew applikati fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid (u l-annessi għalih) filwaqt li l-ammonti massimi ta’ kumpens huma stabbiliti fil-Liġi tal-2009. Il-metodu tal-kalkolu tal-kumpens, inkluż pereżempju l-elementi tal-ispejjeż ikkunsidrati, huma spjegati fid-Direttiva CIPE. Billi l-prijorità tal-irmiġġ ma tinvolvix kumpens finanzjarju għal Laziomar, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura tikkonforma mat-tieni kriterju ta’ Altmark. |
|
(203) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tieni kundizzjoni tas-sentenza Altmark hija rispettata. |
5.1.2.3.
|
(204) |
Skont it-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark, il-kumpens li ngħata għat-twettiq tal-SGEI ma jistax jaqbeż dak li huwa neċessarju biex ikopri l-ispejjeż kollha jew parti mill-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, billi jitqiesu l-irċevuti rilevanti u profitt raġonevoli għat-twettiq ta’ dawk l-obbligi. |
|
(205) |
Madankollu, is-sentenza Altmark ma tipprovdix definizzjoni preċiża tal-profitt raġonevoli. Skont il-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, jenħtieġ li profitt raġonevoli jinftiehem bħala r-rata ta’ redditu fuq il-kapital li tkun meħtieġa minn kumpanija tipika li tkun qiegħda tikkunsidra jekk tipprovdix is-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali jew le għat-tul taż-żmien kollu tal-inkarigu, wara li tqis il-livell tar-riskju. Il-livell tar-riskju jiddependi mis-settur ikkonċernat, mit-tip ta’ servizz u mill-karatteristiċi tal-mekkaniżmu ta’ kumpens. |
|
(206) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-proporzjonalità tal-kumpens imħallas lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar mill-2014. B’mod partikolari, fir-rigward tal-kumpens imħallas mill-2010, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-primjum tar-riskju fiss ta’ 6,5 % ma kienx jirrifletti livell xieraq ta’ riskju minħabba li prima facie Laziomar ma kinitx tidher li qiegħda tassumi r-riskji li normalment jiġġarrbu fl-operat ta’ tali servizzi. B’mod aktar speċifiku, l-elementi ta’ spiża għall-fini tal-kalkolu tal-kumpens jinkludu l-ispejjeż kollha involuti fil-provvista tas-servizz u l-varjazzjonijiet pereżempju fil-prezzijiet tal-fuel ittieħdu inkunsiderazzjoni. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset f’dak l-istadju li Laziomar setgħet ġiet ikkumpensata żżejjed. |
|
(207) |
Il-Kummissjoni tinnota li ċerti aspetti tal-metodu ta’ kumpens kif stabbilit fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid, jidhru li jnaqqsu r-riskju kummerċjali mġarrab minn Laziomar. B’mod partikolari, in-nollijiet massimi li Laziomar tista’ timponi jiġu aġġustati kull sena biex titqies l-inflazzjoni u jiġu riflessi l-varjazzjonijiet fl-indiċi tal-prezzijiet għall-konsumatur. Barra minn hekk, il-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid fih ċerti klawżoli (ara l-Premessa 78) li l-għan tagħhom huwa li jinżamm l-ekwilibriju ekonomiku-finanzjarju tas-servizz pubbliku. B’mod partikolari, f’każ li l-kumpens għal servizz pubbliku ma jkunx biżżejjed sabiex ikopri l-ispiża tas-servizzi inkarigati mill-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid, dawn il-klawżoli jippermettu reviżjoni (i) tas-sistema tariffarja, (ii) tal-portata tas-servizzi pubbliċi offruti, (iii) tan-nollijiet massimi fis-sena, u (iv) tal-għotjiet kapitali għall-investimenti. |
|
(208) |
Skont l-Artikolu 25 tal-kuntratt, meta jkun hemm diskrepanza fil-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tagħha, Laziomar tista’ titlob riekwilibriju billi tippreżenta proposta lir-Reġjun tal-Lazio. Din il-proposta mbagħad tiġi ppreżentata lill-Kumitat Tekniku responsabbli għall-ġestjoni tal-kuntratt. |
|
(209) |
Għalkemm dawn is-salvagwardji jidhru li jnaqqsu r-riskju kummerċjali mġarrab minn Laziomar, il-Kummissjoni tqis li l-kumpanija tibqa’ esposta għar-riskju li l-kumpens jista’ ma jkunx suffiċjenti biex ikopri l-ispejjeż tat-tħaddim tas-servizz. Il-proposta ta’ riekwilibriju tista’ mhux dejjem tiġi aċċettata, billi r-Reġjun tal-Lazio għandu jiddeċiedi fuq il-merti u jadotta d-deċiżjoni tiegħu wara li jkun kiseb l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku fi żmien 90 jum minn meta Laziomar tippreżenta t-talba tagħha. Sakemm tiġi adottata deċiżjoni, Laziomar trid ikompli topera s-servizz pubbliku mingħajr ebda tibdil. Kif sostnut mill-Italja, dan il-mekkaniżmu huwa diffiċli u strett ħafna biex jiġi applikat, u għalhekk Laziomar sa issa għadha ma użatx din il-possibbiltà. |
|
(210) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li mhux il-kategoriji ta’ spiża kollha huma soġġetti għal kontribuzzjoni ta’ riekwilibriju. B’mod partikolari, skont l-Artikolu 25 tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz, l-ispejjeż relatati ma’ ineffiċjenzi maniġerjali, l-imposti finanzjarji, kwalunkwe żieda fil-kostijiet unitarji lavorattivi biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti legali tax-xogħol u kwalunkwe spiża relatata mal-politika kummerċjali applikata minn Laziomar jenħtieġ li jitħallsu minn Laziomar innifisha. Għalhekk, Laziomar tibqa’ inċentivata biex taħdem b’mod effiċjenti u bl-anqas spiża għall-komunità. |
|
(211) |
Kif imsemmi fil-Premessi minn 48 sa 52, id-Direttiva CIPE tipprevedi l-użu ta’ primjum tar-riskju ta’ 6,5 % biex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital bl-użu tal-formula tad-WACC. Madankollu, fil-prattika, ir-rata ta’ 6,5 % ġiet applikata bħala rata fissa ta’ redditu fuq il-kapital (ara wkoll il-Premessa 136). |
|
(212) |
F’dan il-kuntest, irrispettivament mill-ammont kumpensatorju li Laziomar tkun intitolata għalih, b’kont meħud tal-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, Laziomar qatt ma tista’ tirċievi aktar mill-ammont massimu stabbilit mill-kuntratt pubbliku ta’ servizz (ara l-Premessa 76). F’konformità mal-paragrafu 47 tal-Qafas SGEI tal-2011, il-Kummissjoni tivvaluta jekk kienx hemm kumpens żejjed tul iż-żmien kollu tal-kuntratt. Kif muri fit-Tabella 10, iċ-ċifri għall-perjodu 2014-2019 juru li l-kumpens reali għas-servizz pubbliku riċevut kien (bl-eċċezzjoni tal-ammonti għall-2016 u għall-2018 – li kienu għadhom anqas mil-limitu miftiehem skont il-kuntratt, jiġifieri EUR 13 524 536) insuffiċjenti biex ikopri l-ispiża netta tas-servizz (jiġifieri EUR 80 173 862 imħallsa għal spiża nett ta’ EUR 80 397 000) anki qabel ma jitqies primjum tar-riskju ta’ 6,5 % (jiġifieri EUR 1 928 000). Essenzjalment, għall-perjodu 2014-2019, Laziomar irċeviet madwar EUR 2 150 000 anqas mill-ammont eliġibbli (jiġifieri EUR 82 325 000 (kumpens eliġibbli) nieqes EUR 80 173 862 (kumpens reali), kif ikkalkulat bl-użu tal-metodoloġija li tinkludi ir-redditu ta’ 6,5 % fuq il-kapital. Dan ifisser li, fil-prattika, Laziomar ma rċevietx l-ammont ikkalkulat bħala redditu fuq il-kapital. Fir-realtà, ir-redditu fuq il-kapital ta’ Laziomar għall-perjodu kollu kemm hu (sal-2019) kien żero minflok 6,5 % inizjalment previst mill-Italja (71). Dawn iċ-ċifri jikkonfermaw li d-dispożizzjonijiet ta’ riekwilibriju tal-Artikolu 25 tal-kuntratt ma jipproteġux lil Laziomar mir-riskji kollha relatati mal-operat tas-servizz pubbliku. Tabella 10 Spiża netta tas-servizz pubbliku mħaddem minn Laziomar għall-perjodu 2014-2019
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(213) |
Fir-rigward tal-livell tal-profitt raġonevoli, matul l-investigazzjoni formali (ara l-Premessa 136), l-Italja kkjarifikat li, minħabba li l-ammont ta’ kumpens huwa limitat mil-Liġi tal-2009, ittieħdet id-deċiżjoni li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata rata fissa ta’ 6,5 % ta’ redditu fuq il-kapital. L-Italja tqis li l-approċċ simplifikat tagħha huwa konservattiv u ma jippermettix li Laziomar tirċievi kumpens ogħla minn dak li ġie stabbilit skont id-Direttiva CIPE. |
|
(214) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni qabblet ir-redditu fuq il-kapital użat ta’ 6,5 % li ġie applikat għal Laziomar mar-redditu medjan fuq il-kapital iġġenerat minn grupp ta’ referenza fl-2013 (is-sena ta’ qabel l-inkarigu ta’ Laziomar). Il-grupp ta’ referenza jikkonsisti f’operaturi magħżula ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li offrew konnessjonijiet marittimi fl-Italja jew bejn l-Italja u Stati Membri oħra (72). L-analiżi turi li r-redditu fuq il-kapital applikat għal Laziomar huwa simili għar-redditu medjan iġġenerat mill-kumpaniji fil-grupp ta’ referenza. Dan it-tqabbil juri li fis-sena ta’ qabel l-inkarigu ta’ Laziomar, redditu fuq il-kapital ta’ 6,5 % ma kienx irraġonevoli. |
|
(215) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll b’mod pożittiv li l-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid jirrikjedi li kull sena Laziomar tibgħat il-kontijiet ta’ ġestjoni tagħha (suddiviżi għal kull rotta u ċċertifikati minn awditur indipendenti) lill-Ministeru tal-Infrastruttura u t-Trasport biex dan tal-aħħar ikun jista’ jivverifika jekk kienx hemm xi kumpens żejjed. Dan jipprovdi salvagwardja addizzjonali biex jiġi żgurat li Laziomar ma tkunx tista’ tibbenefika minn xi kumpens żejjed. L-Italja ppreżentat ukoll dawn il-kontijiet ta’ ġestjoni għall-perjodu 2014-2019 u b’hekk il-Kummissjoni setgħet tagħmel il-kalkoli fit-Tabella 10. |
|
(216) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil Laziomar ma jaqbiżx dak li huwa meħtieġ biex jiġu koperti l-ispejjeż imġarrba fit-twettiq tal-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku, b’kont meħud tad-dħul rilevanti u profitt raġonevoli. B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni tqis li l-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % previst mid-Direttiva CIPE, għandu jiġi valutat flimkien mal-ammont massimu ta’ kumpens stabbilit fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz. Fid-dawl ta’ dan, ir-redditu fuq il-kapital li Laziomar setgħet tistenna minn perspettiva ex ante kien konsistenti mar-riskji li kienet tiffaċċja meta topera s-servizzi pubbliċi skont il-kuntratt pubbliku ta’ servizz. Għalhekk, id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità mat-tielet kundizzjoni tas-sentenza Altmark huma eliminati. |
|
(217) |
Fir-rigward tal-prijorità tal-irmiġġ u kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jista’ jirriżulta minnha, il-Kummissjoni tinnota li sal-punt li din il-miżura tnaqqas l-ispejjeż operatorji jew iżżid id-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi b’mod sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. L-analiżi tal-Kummissjoni (ara l-Premessa 212) ikkonfermat li fil-perjodu 2014-2019 Laziomar ma rċevietx kumpens żejjed. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li anki l-prijorità tal-irmiġġ tikkonforma mat-tielet kriterju tas-sentenza Altmark. |
5.1.2.4.
|
(218) |
Ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark ikun issodisfat jekk il-benefiċjarju tal-kumpens għall-operat ta’ SGEI jkun intgħażel wara proċedura tal-offerti li tippermetti li jintgħażel l-offerent li jkun kapaċi jipprovdi l-SGEI bl-anqas spiża għall-komunità jew, fin-nuqqas ta’ dan, il-kumpens ikun ġie kkalkolat b’referenza għall-ispejjeż ta’ impriża effiċjenti. |
|
(219) |
Skont il-paragrafu 63 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI, l-aktar mod sempliċi sabiex l-awtoritajiet pubbliċi jissodisfaw ir-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark huwa li jagħmlu proċedura ta’ akkwist pubbliku miftuħa, trasparenti u nondiskriminatorja f’konformità mad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (73) u mad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (74). |
|
(220) |
Il-Kummissjoni tosserva li f’dan il-każ, il-proċedura tal-offerti tnediet qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (75) (li tapplika għall-kuntratti pubbliċi mogħtija għall-operat tas-servizzi tat-trasport marittimu) u tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (76). F’dak iż-żmien, id-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE kienu għadhom fis-seħħ. Madankollu, id-Direttiva 2004/17/KE ma tapplikax għas-servizzi tat-trasport marittimu, bħal dawk ipprovduti minn Laziomar. L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2004/17/KE jagħmilha ċara li huma biss is-servizzi tat-trasport bil-ferrovija, b’sistemi awtomatizzati, bit-trammijiet, bit-trolley bus, bil-karozza tal-linja jew bil-cable li huma inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. |
|
(221) |
Il-kuntratti pubbliċi mogħtija mill-awtoritajiet kontraenti fil-kuntest tal-attivitajiet ta’ servizz tagħhom għat-trasport marittimu, kostali jew tax-xmajjar jaqgħu minflok fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/18/KE fuq il-bażi tal-Premessa (20) tagħha. Madankollu, is-servizzi tat-trasport bl-ilma huma elenkati wkoll fl-Anness II B ta’ dik id-Direttiva li jimplika (77) li huma soġġetti biss għall-Artikoli 23 u 35(4) tagħha. Dan ifisser li, skont id-Direttiva 2004/18/KE, kuntratt pubbliku għas-servizzi tat-trasport marittimu huwa soġġett biss għall-obbligi li jikkonċernaw l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi (l-Artikolu 23) u għall-obbligu li jiġi ppubblikat avviż ta’ għoti ta’ kuntratt (wara l-għoti tal-kuntratt u, għalhekk, fl-aħħar, u mhux fil-bidu, tal-proċedura tal-għoti: l-Artikolu 35(4). Ir-regoli l-oħra kollha stabbiliti bid-Direttiva 004/18/KE – inklużi d-dispożizzjonijiet dwar il-kontenut tal-avviżi li għandhom jiġu ppubblikati (l-Artikolu 36(1) u d-dispożizzjonijiet dwar il-kriterji tal-għażla (l-Artikoli minn 45 sa 52) – ma japplikawx għal kuntratti pubbliċi ta’ servizzi ta’ trasport marittimu. |
|
(222) |
Barra minn hekk, fi kwalunkwe każ id-Direttiva 2004/18/KE ma tapplikax għal konċessjonijiet ta’ servizzi kif definit fl-Artikolu 1(4) tagħha (78). Il-Kummissjoni tinnota li l-konċessjonijiet ta’ servizzi (u l-kuntratti pubbliċi), li għandhom ċertu interess transfruntier xorta jibqgħu soġġetti għall-prinċipji ġenerali tat-Trattat ta’ trasparenza u trattament indaqs. |
|
(223) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal aktar ’il fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li d-Direttiva 2004/18/KE tista’ tapplika biss fil-każ ta’ kuntratt pubbliku iżda mhux fir-rigward ta’ konċessjoni ta’ servizz. Barra minn hekk, billi dan il-każ jikkonċerna servizzi ta’ trasport bl-ilma soġġetti għal kuntratt pubbliku ta’ servizz, kif imsemmi qabel, japplikaw biss uħud mir-rekwiżiti ta’ dik id-Direttiva. F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li ma tistax tibbaża biss fuq il-konformità mad-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku biex turi dik il-konformità mar-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni sussegwentement tivvaluta jekk il-proċedura tal-offerti użata mill-Italja kinitx kompetittiva, trasparenti, nondiskriminatorja u inkondizzjonata. Biex tagħmel din il-valutazzjoni, il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq il-gwida rilevanti stabbilita fil-Komunikazzjoni tagħha dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna (79) (b’mod partikolari fil-paragrafi 89 et seq tagħha) u l-Komunikazzjoni dwar l-SGEI (b’mod partikolari fil-paragrafi 63 et seq tagħha). |
Natura kompetittiva u trasparenti tal-offerta
|
(224) |
Il-paragrafu 90 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jispeċifika li proċedura tal-offerti trid tkun kompetittiva (80) sabiex tippermetti lill-offerenti interessati u kkwalifikati kollha jipparteċipaw fil-proċess. Barra minn hekk, skont il-paragrafu 91 ta’ dik il-Komunikazzjoni, il-proċedura trid tkun trasparenti, sabiex tippermetti lill-offerenti interessati kollha jkunu debitament u ugwalment informati f’kull stadju tal-proċedura tal-offerti. Dak il-paragrafu jenfasizza wkoll li l-aċċessibbiltà tal-informazzjoni, l-għoti ta’ żmien biżżejjed għall-offerenti interessati, u ċ-ċarezza tal-kriterji tal-għażla u tal-għoti huma kollha elementi kruċjali għal proċedura tal-għażla trasparenti u jindika li offerta trid tkun ippubbliċizzata biżżejjed sabiex l-offerenti potenzjali kollha jkunu jistgħu jieħdu nota tagħha. |
|
(225) |
F’dan il-każ, is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ġiet ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, fil-Gazzetta Uffiċjali tar-Repubblika Taljana, f’erba’ gazzetti nazzjonali u lokali Taljani ta’ kuljum, kif ukoll fuq is-sit web tar-Reġjun tal-Lazio (ara l-Premessa 58). Din is-sejħa stiednet lil kull min seta’ “jiggarantixxi l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu” sabiex jesprimi l-interess tiegħu u ma imponietx kundizzjonijiet ulterjuri. L-offerenti potenzjali ngħataw biżżejjed żmien biex jesprimu adegwatament l-interessi tagħhom biex imbagħad ikunu jistgħu jipparteċipaw fil-proċess ulterjuri. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-intenzjoni tar-Reġjun tal-Lazio li jbigħ lil Laziomar u li jagħti l-kuntratt pubbliku ta’ servizz saret disponibbli b’mod wiesa’ b’mod li jilħaq lill-offerenti kollha possibbli. |
|
(226) |
Barra minn hekk, l-offerenti jridu jingħataw id-dokumenti u l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-parteċipazzjoni fil-proċess tal-offerti sabiex b’hekk ikunu jistgħu jivvalutaw sew il-kumpanija għall-bejgħ. Tali informazzjoni trid tkun disponibbli għall-offerenti potenzjali b’mod trasparenti u nondiskriminatorju u l-parteċipanti interessati kollha għandu jkollhom aċċess indaqs għall-informazzjoni rilevanti. |
|
(227) |
L-ewwel nett, is-sejħa għall-espressjonijiet ta’ interess semmiet li l-offerenti kellhom ikunu kapaċi “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. Dan kien l-uniku kriterju tal-għażla li l-Italja applikat sabiex tiddetermina jekk il-partijiet interessati kinux se jitħallew jipparteċipaw jew le fil-proċedura tal-offerti. Minħabba li s-sejħa ma speċifikatx il-mod kif l-offerenti setgħu juru li jissodisfaw dan ir-rekwiżit, awtomatikament dan kien ifisser li seta’ jintuża kwalunkwe mezz ta’ evidenza xieraq (81). Il-Kummissjoni tqis li dan il-kriterju tal-għażla kien ċar għall-offerenti interessati kollha u kien iġġustifikat ukoll fid-dawl tal-objettiv segwit. |
|
(228) |
It-tieni nett, il-Liġi tal-2009 għamlitha ċara lill-partijiet interessati li malli tintemm il-proċedura tal-offerti kien se jiġi konkluż kuntratt pubbliku ta’ servizz ġdid u li l-ammont annwali tal-kumpens għal servizz pubbliku kien ġie stabbilit għal massimu ta’ EUR 10 030 606 miljun fis-sena. Barra minn hekk, is-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess indikat li l-objettiv kien li l-attività kummerċjali ta’ Laziomar tinbiegħ bi prezz fiss ta’ EUR 2 272 000. Barra minn hekk, kif ikkonfermat mill-Italja, l-informazzjoni rilevanti kollha fir-rigward tal-ambitu tal-bejgħ, inkluż l-abbozz tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz li kellu jiġi konkluż bejn l-akkwirent u l-Italja, tpoġġiet għad-dispożizzjoni tas-seba’ partijiet li ġew ammessi għall-istadju li jmiss tal-proċess tal-offerti. Dan ippermetta lil dawn il-partijiet jiddeċiedu jekk jitfgħux offerta jew le u, jekk iva, l-ammont li se joffru. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li mis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess kien ċar b’mod suffiċjenti li l-bejgħ kien jikkonċerna l-attività kummerċjali ta’ Laziomar abbinat ma’ kuntratt pubbliku ta’ servizz ġdid. Wara li esprimew l-interess tagħhom, il-partijiet ingħataw aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa sabiex jiddeċiedu dwar offerta possibbli. |
|
(229) |
It-tielet nett, il-Kummissjoni tqis li s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess ġibdet għadd sostanzjali ta’ offerenti potenzjali. Is-seba’ kumpaniji kollha li ġew mistiedna għall-istadju li jmiss tal-proċess tal-offerti rċevew minn hemm ’il quddiem informazzjoni dettaljata mir-Reġjun tal-Lazio dwar il-proċess. Barra minn hekk, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18/KE, jidher li l-Italja ma kellha l-ebda obbligu li tipprovdi informazzjoni addizzjonali fis-sejħa dwar il-kuntratt li kien se jingħata minbarra s-sempliċi referenza għall-kontinwazzjoni tal-provvista tas-servizz pubbliku u r-referenza għan-normi ġuridiċi li jirregolaw dak is-servizz (ara l-Premessa 221). |
|
(230) |
Ir-raba’, is-sejħa kien fiha l-informazzjoni minima meħtieġa sabiex tiġi ppreżentata espressjoni ta’ interess (jiġifieri l-kontinwazzjoni tas-servizz pubbliku), u ma setgħetx twassal għall-esklużjoni ta’ operaturi marittimi li setgħu kienu interessati. Id-deċiżjoni li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku kif ukoll il-konnettività tal-gżejjer tal-arċipelagu ta’ Pontino mal-Italja kontinentali kienet tal-awtoritajiet tal-ippjanar. Din il-kundizzjoni ġiet mgħarrfa bil-quddiem, kif spjegat hawn fuq, lill-operaturi potenzjali kollha li esprimew interess li jipparteċipaw fil-proċedura tal-offerti. Il-Kummissjoni għalhekk tqis li f’dak l-istadju l-Italja ma kellha l-ebda kontroll fuq l-offerenti potenzjali, li juri li ma kinitx l-intenzjoni tal-awtoritajiet tal-ippjanar, bħala riżultat tal-inklużjoni tar-rekwiżit obbligatorju li jitkompla s-servizz pubbliku, li jiffavorixxu b’mod selettiv xi offerent potenzjali biex jingħata l-kuntratt għas-servizz pubbliku u s-sjieda tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-kriterji tal-għażla u l-iżvilupp ulterjuri tal-proċedura ġiet ipprovduta fl-ittra ta’ stedina li ntbagħtet lis-seba’ partijiet kollha li ġew ammessi għall-istadju tal-offerti. |
|
(231) |
Fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar ċerti rekwiżiti finanzjarji tal-offerta (ara l-Premessa 109) li ġew imposti fuq l-offerenti permezz tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz, minbarra l-kundizzjonijiet kwalitattivi standard li fi kwalunkwe każ huma meħtieġa bħala obbligi ta’ servizz pubbliku. Barra minn hekk, il-Kummissjoni kellha d-dubji dwar jekk tali rekwiżiti setgħux jiġu aċċettati f’sitwazzjoni, bħal din preżenti, fejn il-kumpanija sħiħa titqiegħed għall-bejgħ. |
|
(232) |
Matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni madankollu rċeviet informazzjoni li naqqsitilha t-tħassib tagħha. B’mod partikolari, l-Italja eliminat mis-sejħa għall-offerti r-rekwiżiti finanzjarji (jiġifieri volumi determinati minn qabel ta’ fatturat fis-settur tat-trasport marittimu) li kienu jagħmluha possibbli biss għall-kumpaniji tat-tbaħħir li jieħdu sehem fil-proċedura tal-offerti (ara l-Premessa 125). Il-Kummissjoni tinnota li Carpoint Motorsport S.p.A., li skont l-informazzjoni disponibbli b’mod pubbliku hija kumpanija attiva fis-settur tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa ta’ vetturi, kienet fost dawk il-kumpaniji li esprimew interess li jipparteċipaw fl-offerta (ara l-Premessa 61). |
|
(233) |
Il-Kummissjoni tilqa’ wkoll l-inizjattiva meħuda mir-Reġjun tal-Lazio biex titħeġġeġ l-aktar parteċipazzjoni wiesgħa possibbli fil-proċedura billi l-offerenti jitħallew jieħdu sehem f’forma konġunta permezz ta’ gruppi temporanji ta’ offerenti, konsorzji jew EEIGs (ara l-Premessa 60). |
|
(234) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li, b’mod ġenerali, il-proċedura tal-offerti kienet kompetittiva u trasparenti. B’mod partikolari, l-intenzjoni tar-Reġjun tal-Lazio li jċedi l-attività kummerċjali ta’ Laziomar u li jikkonkludi kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz b’perjodu ta’ 10 snin mal-offerent rebbieħ saret disponibbli b’mod wiesa’ b’mod li jilħaq lill-offerenti possibbli kollha fis-suq reġjonali jew internazzjonali rilevanti. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tqis li l-offerenti potenzjali setgħu faċilment jesprimu l-interess tagħhom u ma kellhom jieħdu l-ebda impenn għall-ebda ħaġa f’dak l-istadju. Dment li setgħu juru li kienu jissodisfaw l-uniku kriterju tal-għażla li tiġi garantita l-kontinwità tas-servizz, dawk il-partijiet imbagħad ingħataw l-informazzjoni u ż-żmien kollha meħtieġa biex ikunu jistgħu jiddeċiedu jekk jagħmlux offerta u kemm riedu joffru għall-attività kummerċjali ta’ Laziomar. Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni tqis li d-dubji tagħha li l-proċedura tal-offerta ma kinitx trasparenti biżżejjed minħabba nuqqasijiet possibbli fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess huma eliminati. |
Natura nondiskriminatorja tal-offerta
|
(235) |
Il-paragrafu 92 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna jenfasizza li t-trattament nondiskriminatorju tal-offerenti kollha f’kull stadju tal-proċedura kif ukoll kriterji tal-għażla u tal-għoti oġġettivi u speċifikati bil-quddiem huma kundizzjonijiet indispensabbli sabiex jiġi żgurat li t-tranżazzjoni li tirriżulta tkun konformi mal-kundizzjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dak il-paragrafu jispeċifika li, sabiex jiġi ggarantit trattament indaqs, jenħtieġ li l-kriterji għall-għoti tal-kuntratt jippermettu t-tqabbil u l-valutazzjoni oġġettivi tal-offerti. |
|
(236) |
Kif indikat aktar ’il fuq (ara l-Premessa 227), l-unika kundizzjoni fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess kien li l-offerenti jkunu kapaċi “jiggarantixxu l-kontinwità tas-servizz tat-trasport marittimu”. It-tmien partijiet kollha li wieġbu għas-sejħa u esprimew interess kienu konxji minn dak l-obbligu. Il-Kummissjoni tqis li din il-kundizzjoni kienet oġġettiva u kienet ġiet magħmula ċara biżżejjed lill-partijiet interessati kollha fis-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess. |
|
(237) |
Is-sebgħa mit-tmien offerenti interessati li ġew ammessi għall-istadju li jmiss tal-proċedura tal-offerti mbagħad ġew mistiedna jippreżentaw offerta wara li kollha rċevew l-istess informazzjoni (ara l-Premessa 61). |
|
(238) |
Id-dubji tal-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tal-2011 li s-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess setgħet ma kinitx nondiskriminatorja biżżejjed huma għalhekk riżolti. Il-partijiet kollha kienu korrettament u ugwalment informati matul id-diversi stadji tal-proċedura tal-offerti u setgħu jagħmlu offerta b’għarfien sħiħ tal-proċedura u tar-rekwiżiti. Il-Kummissjoni tqis ukoll li l-kriterji għall-għoti ppermettew tqabbil u valutazzjoni oġġettivi tal-offerti. |
Żgurar li s-servizzi jiġu pprovduti bl-anqas spiża għall-komunità
|
(239) |
Il-paragrafu 65 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI jipprevedi li fuq il-bażi tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, proċedura ta’ akkwist pubbliku teskludi l-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat biss fejn din tippermetti li jintgħażel l-offerent li kapaċi jipprovdi s-servizz “bl-anqas spiża għall-komunità”. |
|
(240) |
F’dan il-każ, l-offerta kienet tirrigwarda l-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar u mhux sempliċiment il-kuntratt pubbliku ta’ servizz nnifsu. L-Italja ddeċidiet li l-prezz għall-bejgħ tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar kien fiss (fuq il-bażi tal-valwazzjoni mwettqa minn espert indipendenti) u ma kienx negozjabbli, filwaqt li għall-kuntratt ta’ servizz l-Italja għażlet l-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża b’punteġġ ta’ 30 punt għall-prezz u punteġġ ta’ 70 punt għall-kriterji tekniċi (ara l-Premessa 62). |
|
(241) |
Fir-rigward tal-użu tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, il-paragrafu 67 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI jindika li l-“offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża” hija meqjusa wkoll (minbarra l-“prezz l-aktar baxx”) suffiċjenti sabiex tissodisfa r-raba’ kriterju tas-sentenza Altmark“[…] sakemm il-kriterji tal-għotja […], ikunu relatati mill-qrib mas-suġġett tas-servizz provdut u jippermettu għall-offerta l-aktar ekonomikament vantaġġuża li taqbel mal-valur tas-suq” (82). |
|
(242) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-Italja għamlet enfasi fuq l-għażla ta’ operatur li jipprovdi s-servizz bi standards tekniċi u ta’ kwalità għoljin, b’kont meħud ta’ ċerti rekwiżiti. Fir-rigward tad-diżaggregazzjoni tal-punteġġi massimi għall-offerta teknika (70 punt) u l-offerta ekonomika (30 punt) għall-għoti tal-kuntratt, skont il-kriterju tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża, l-Italja, b’referenza għal opinjoni pprovduta mill-Kunsill tal-Istat Taljan (ara l-Premessa 126), tindika l-importanza tal-elementi kwalitattivi tal-offerta bħala mezz biex jiġu evitati reviżjonijiet ’l isfel eċċessivi tal-prezz li kienu jkunu diffiċli biex jiġu sostnuti mingħajr ma tiġi ssagrifikata l-kwalità tas-servizz pubbliku pprovdut. Fl-istess ħin, l-Italja targumenta li din id-diżaggregazzjoni għamlitha possibbli li jinkiseb prezz aħjar għas-servizz (ara l-Premessa 127). |
|
(243) |
L-ittra ta’ stedina għall-preżentazzjoni tal-offerti kienet tinkludi l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-kumpilazzjoni tal-offerti finanzjarji u tekniċi. Speċjalment fir-rigward tal-offerta teknika, is-seba’ operaturi marittimi li ġew mistiedna jippreżenta offerta, kienu meħtieġa jipprovdu informazzjoni dettaljata li tiddeskrivi l-arranġamenti u l-kundizzjonijiet ta’ ġestjoni li kienu se josservaw matul il-perjodu kollu tal-inkarigu. B’mod partikolari, l-operaturi kellhom juru dan li ġej: i) inizjattivi mmirati għat-titjib tal-ġestjoni (pereż. il-karta tas-servizz, il-politika tal-kummerċjalizzazzjoni u tal-komunikazzjoni, il-pjan ta’ kummerċjalizzazzjoni fuq l-internet, l-ottimizzazzjoni tar-riżorsi umani u tal-vapuri - 10 punti); ii) l-arranġamenti għat-tiġdid tal-flotta (pereż. l-iżvilupp tal-età medja tal-flotta, il-konformità mal-karatteristiċi funzjonali minimi tal-vapuri, bħad-dimensjonijiet, il-kumdità, il-veloċità, is-sistema ta’ sigurtà, eċċ. - 40 punt); u iii) l-allokazzjoni ta’ vapuri biex jissupplimentaw il-flotta eżistenti (jiġifieri l-forniment tal-karatteristiċi tekniċi ta’ kull wieħed mill-vapuri (inkluża l-linja) li l-operatur ikun beħsiebu juża biex iwettaq is-servizzi – 20 punt). Dawn ir-rekwiżiti huma evidentement relatati mill-qrib ma’ u jagħtu valur miżjud lill-forniment tas-servizz marittimu. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għas-servizz ikkonċernat abbinat mal-bejgħ tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar ippermetta lill-Italja toħloq kompetizzjoni effettiva u tikseb servizz bl-ogħla valur possibbli bl-anqas spiża għall-komunità. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tieħu nota li r-remunerazzjoni annwali li ngħatat lil CLN għall-forniment tas-servizz marittimu kienet ferm aktar baxxa mill-ammont massimu ta’ kumpens annwali ssuġġerit mir-Reġjun tal-Lazio fil-bidu tal-offerti (ara l-Premessa 75). |
|
(244) |
F’dak li jirrigwarda b’mod partikolari l-abbinar tas-servizz mal-bejgħ tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar, fid-Deċiżjoni tal-2012, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li s-sejħa għall-offerti għall-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid mingħajr obbligu li jiġu akkwistati l-vapuri ta’ Laziomar meħtieġa għall-eżekuzzjoni tas-servizz pubbliku, kienet twassal għal spiża aktar baxxa għall-komunità. |
|
(245) |
Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet hawn fuq li l-proċedura tal-offerti kienet trasparenti u mhux diskriminatorja biżżejjed sabiex tippermetti l-parteċipazzjoni tal-akbar numru possibbli ta’ offerenti potenzjali. Wara l-pubblikazzjoni mifruxa tas-sejħa għal espressjonijiet ta’ interess, tmien operaturi marittimi wieġbu b’mod affermattiv u sebgħa ġew ammessi għall-istadju tal-offerti. L-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-proċedura tal-offerti ġiet ipprovduta fl-ittra ta’ stedina mibgħuta lil dawn is-seba’ operaturi. |
|
(246) |
Wara l-istadju tal-espressjoni ta’ interess, ġiet ippreżentata offerta kompetittiva waħda (CLN), li r-Reġjun tal-Lazio evalwa, billi qies l-offerta teknika u finanzjarja tagħha. |
|
(247) |
Il-kundizzjoni obbligatorja sabiex tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizz pubbliku u l-abbinar tal-assi mal-obbligi ta’ servizz pubbliku huma interrelatati. B’mod partikolari, permezz tal-abbinar tal-bejgħ ta’ Laziomar ma’ kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz, l-akkwirent, CLN, awtomatikament isir soġġett għar-rekwiżit li tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku u jingħata l-prijorità tal-irmiġġ. Il-Kummissjoni tqis li l-abbinar tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar mal-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid u l-għoti tal-prijorità tal-irmiġġ ma jwasslux għal prezz aktar baxx milli kieku l-assi u dan il-kuntratt inbiegħu separatament, għar-raġunijiet li ġejjin. |
|
(248) |
L-attività kummerċjali ta’ Laziomar kienet assoċjata biss mal-forniment tas-servizz pubbliku u mal-iżgurar tal-kontinwità territorjali. Il-vapuri kollha ta’ Laziomar kienu jintużaw u attwalment qed jintużaw għas-servizz pubbliku. Għalhekk, ma jistax jiġi argumentat li bejjiegħ privat kien jikseb prezz ogħla kieku dawk il-vapuri jew xi vapuri nbiegħu mingħajr l-imsemmija kundizzjoni. Skont l-informazzjoni pprovduta mill-Italja u evalwazzjoni esperta indipendenti kkummissjonata mir-Reġjun tal-Lazio (ara l-Premessi 66) u (67), il-vapuri ta’ Laziomar għandhom età avvanzata (li tvarja minn 22 sa 32 sena), u l-kundizzjoni tal-magni u ta’ materjali oħra (pereż. il-materjali tal-kostruzzjoni tal-buq) jeħtieġu titjib u manutenzjoni wara tant sigħat ta’ tħaddim matul is-snin tal-użu. Għalhekk, il-vapuri jattiraw domanda kummerċjali baxxa, jekk mhux bil-għan li jinxtraw għall-investiment, għar-restawr u għall-modernizzazzjoni fuq perjodu ta’ żmien qasir. Madankollu, jidher improbabbli li dawn il-vapuri setgħu jinbiegħu għal skopijiet ta’ trasport marittimu, għajr dak li jinkludi l-kundizzjoni li jitkompla s-servizz pubbliku, għal prezz ogħla minn dak li kienu bbaġitjati għalih. |
|
(249) |
Barra minn hekk, kieku Laziomar inbiegħet separatament, il-Kummissjoni tqis li huwa improbabbli li offerenti potenzjali seta’ kellhom tali riżorsi sinifikanti (li jikkonsistu f’erba’ vapuri u tagħmir industrijali u kummerċjali) faċilment disponibbli biex jiġu riassenjati biex joperaw l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid. Dan huwa partikolarment minnu billi l-kuntratt il-ġdid fih rekwiżiti speċifiċi dwar il-vapuri li għandhom jintużaw fuq ir-rotot differenti tas-servizz pubbliku (ara l-Premessa 243). Probabbilment l-operaturi li diġà kellhom ir-riżorsi meħtieġa kienu diġà qegħdin jużawhom fuq rotot oħra u r-riassenjazzjoni tagħhom minħabba l-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid kien inevitabbilment iwassal għat-telf tad-dħul mill-użu preċedenti tagħhom. |
|
(250) |
Il-Kummissjoni għalhekk tqis li l-abbinar ta’ dawk il-vapuri mal-kuntratt pubbliku ta’ servizz ippermetta li jinkiseb prezz ogħla għall-vapuri ta’ Laziomar minħabba li, inkambju tal-operat tal-bastiment fuq ir-rotot ta’ servizz pubbliku, l-akkwirent tagħhom kien se jirċievi kumpens għal servizz pubbliku għal perjodu ta’ 10 snin. Barra minn hekk, kwalunkwe bejjiegħ f’ekonomija tas-suq kien jiddeċiedi li jbigħ lil Laziomar flimkien ma’ kuntratt pubbliku ta’ servizz ġdid biex jikseb l-ogħla prezz. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma rabtet l-ebda kundizzjoni li x’aktarx kienet tnaqqas il-prezz jew li bejjiegħ privat ma kienx jitlob. |
|
(251) |
Il-Kummissjoni tikkonkludi li d-dubju tagħha li s-sejħa għall-offerti għall-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid flimkien mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar ma setgħetx twassal għal spiża aktar baxxa għall-komunità, ġie eliminat. |
|
(252) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li l-użu tal-aktar offerta ekonomikament vantaġġuża għall-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar ħoloq kompetizzjoni ġenwina sal-aħħar tal-proċedura tal-offerti. |
Salvagwardji b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura fejn tiġi ppreżentata offerta waħda biss
|
(253) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni deskritta hawn fuq (ara l-Premessi minn 224 sa 252), il-Kummissjoni tikkonkludi li l-proċedura tal-offerti kienet miftuħa, trasparenti u mhux diskriminatorja f’konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku. Madankollu, il-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI jinnota li “fil-każ ta’ proċeduri fejn ġiet ippreżentata biss offerta waħda, l-offerta ma tistax titqies biżżejjed sabiex tiżgura li l-proċedura twassal għall-inqas spejjeż għall-komunità”. |
|
(254) |
Għaldaqstant, minħabba li CLN biss ippreżentat offerta fil-proċedura tal-offerti għal Laziomar (li kienet tinkludi l-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid), offerta bħal din normalment ma tkunx suffiċjenti biex tiżgura n-nuqqas ta’ vantaġġ għar-rebbieħ. |
|
(255) |
Il-Kummissjoni madankollu ċċarat il-pożizzjoni espressa fil-paragrafu 68 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI fil-Gwida tagħha dwar l-SGEI (83) billi ddikjarat li “dan ma jfissirx li ma jistax ikun hemm każijiet li fihom, minħabba salvagwardji partikolarment b’saħħithom fit-tfassil tal-proċedura, anki proċedura li fiha tiġi ppreżentata offerta waħda biss hija biżżejjed biex jiġi żgurat il-forniment tas-servizz “bl-inqas spiża għall-komunità” . |
|
(256) |
Il-Kummissjoni tqis li fil-każ li qed jiġi vvalutat, dawn is-salvagwardji kienu preżenti. B’mod aktar speċifiku:
|
|
(257) |
Il-Kummissjoni tqis li minħabba s-salvagwardji msemmija hawn fuq, il-proċedura tal-offerti kienet suffiċjenti biex tiżgura l-forniment tas-servizz bl-anqas spiża għall-komunità anki jekk eventwalment ġiet ippreżentata biss offerta waħda (84). |
|
(258) |
Fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kriterju 4 tas-sentenza Altmark huwa rrispettat f’dan il-każ. |
|
(259) |
Billi l-erba’ kundizzjonijiet stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża Altmark huma ssodisfati b’mod kumulattiv, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar u l-prijorità tal-irmiġġ lil Laziomar, ma jagħtix vantaġġ ekonomiku lil din tal-aħħar u lill-akkwirent tagħha, CLN. |
5.1.2.5.
|
(260) |
Billi mhux il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar u l-prijorità tal-irmiġġ lil Laziomar u lill-akkwirent tagħha CLN ma jikkostitwux f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.1.3. Il-miżuri stabbiliti mil-Liġi tal-2010
|
(261) |
Fid-Deċiżjoni tal-2011, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-miżuri kollha stabbiliti bid-Digriet Amministrattiv 125/2010 ikkonvertit b’emendi fil-Liġi tal-2010 jikkostitwixxu f'għajnuna mill-Istat favur il-kumpaniji ta' dak li kien il- Gruppo Tirrenia, billi l-benefiċjarji rispettivi setgħu jużaw dawn il-miżuri biex ikopru l-ħtiġijiet ta’ likwidità u b’hekk itejbu l-pożizzjoni finanzjarja ġenerali tagħhom. |
|
(262) |
Fuq il-bażi tal-informazzjoni li waslet matul l-investigazzjoni formali, il-Kummissjoni tqis li jenħtieġ li t-tliet miżuri jiġu vvalutati separatament. |
5.1.3.1.
|
(263) |
Riżorsi tal-Istat: Il-fondi inkwistjoni ngħataw mill-Istat mill-baġit tiegħu stess (ara l-Premessa 84) u l-użu tagħhom għall-finijiet ta’ likwidità kien permess bil-Liġi tal-2010. Għaldaqstant, il-miżura hija imputabbli lill-Istat u tingħata permezz ta’ riżorsi tal-Istat. |
|
(264) |
Selettività: din il-miżura ngħatat biss lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluż lil Laziomar, u għalhekk hija selettiva. Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tindika li din il-miżura ma ngħatatx lil CLN. |
|
(265) |
Vantaġġ ekonomiku: skont l-Italja, Caremar (dak iż-żmien) ibbenefikat mill-fondi inkwistjoni għax-xogħol ta’ modernizzazzjoni fuq il-flotta użata fl-arċipelagu ta’ Pontino biex iġġibha konformi mal-istandards internazzjonali tas-sikurezza. Uħud mix-xogħlijiet kienu jinvolvu żewġ unitajiet tal-flotta ta’ Caremar li mbagħad ġew trasferiti mingħajr ħlas lil Laziomar (ara l-Premessa 132). Dawn il-fondi għalhekk qatt ma ntużaw għal skopijiet ta’ likwidità (ara l-Premessa 132) u l-Kummissjoni ma sabitx evidenza biex issostni l-oppost. |
|
(266) |
Billi Laziomar ma użatx dawn il-fondi għal skopijiet ta’ likwidità sabiex tevita l-ispejjeż, li normalment ikollha tkopri hija stess permezz tar-riżorsi finanzjarji proprji, id-dubji espressi fid-Deċiżjoni tal-2011 ma għadhomx validi u l-Kummissjoni tqis li ma ngħata l-ebda vantaġġ ekonomiku lil Laziomar permezz tal-użu tal-fondi msemmija. |
|
(267) |
Konklużjoni: billi mhux il-kriterji kollha stabbiliti fl-Artikolu 107(1) TFUE huma ssodisfati, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-miżura ma tikkostitwix f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.1.3.2.
|
(268) |
Kif deskritt fil-Premessa 86, skont l-Artikolu 1 tal-Liġi tal-2010, ċerti atti u operazzjonijiet imwettqa għall-privatizzazzjoni tal-Gruppo Tirrenia u deskritti fil-paragrafi minn 1 sa 15 tal-Artikolu 19-ter tad-Digriet Amministrattiv 135/2009, ikkonvertit b’modifiki fil-Liġi tal-2009, huma eżenti minn kull taxxa normalment dovuta fuq dawk l-atti u l-operazzjonijiet. |
|
(269) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li jridu jiġu valutati tliet settijiet separati ta’ trasferimenti: (1) it-trasferimenti tal-ex sussidjarji ta’ Tirrenia Caremar, Saremar u Toremar minn Tirrenia għar-Reġjuni tal-Campania, Sardinja u t-Toskana (2) it-trasferiment tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar mir-Reġjun tal-Campania għar-Reġjun tal-Lazio, u (3) it-trasferiment tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar mir-Reġjun tal-Lazio għal CLN. It-taxxi eżentati huma b’mod partikolari d-dazju tar-reġistrazzjoni, il-miżati tar-reġistru tal-artijiet u tar-reġistrazzjoni tal-ipoteki, it-taxxa tal-boll (flimkien, “it-taxxi indiretti”), il-VAT u t-taxxa korporattiva. Il-benefiċjarji ta’ din il-miżura ta’ għajnuna jkunu l-bejjiegħ, l-akkwirent, jew it-tnejn li huma. F’din id-Deċiżjoni se jiġu vvalutati biss it-tieni u t-tielet sett ta’ trasferimenti (85). |
|
(270) |
Mill-bidu, il-Kummissjoni taċċetta li t-trasferiment tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar bejn ir-Reġjun tal-Campania u r-Reġjun tal-Lazio ma kienx soġġett għat-taxxa korporattiva (billi ma tħallas l-ebda korrispettiv) u għall-VAT (li ma tapplikax għal tali tranżazzjonijiet skont il-liġi nazzjonali). Fir-rigward tat-taxxi indiretti, dawk li, skont il-liġi nazzjonali, kienu pagabbli biss mill-akkwirenti, f’dan il-każ kienu pagabbli mir-Reġjun tal-Lazio li jaġixxi fi ħdan il-mandat pubbliku tiegħu, jiġifieri bħala entità tal-Istat. Bħala tali, huwa ma jikkwalifikax bħala impriża. Għalhekk, l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet mit-taxxa msemmija qabel mhi se tiġi vvalutata aktar f’din id-Deċiżjoni. |
|
(271) |
Fir-rigward tat-tielet trasferiment, mill-bidu nett, il-Kummissjoni tinnota li skont id-Digriet Presidenzjali Nru 633 tas-26 ta’ Ottubru 1972, it-trasferimenti ta’ negozji avvjati jew ta’ unitajiet ta’ negozju lil kumpanija oħra ma humiex meqjusa bħala provvista ta’ oġġetti u għalhekk ma jaqgħux fl-ambitu tal-VAT. Għalhekk, billi tranżazzjonijiet bħall-bejgħ tal-attività kummerċjali ta’ Laziomar lil CLN ma humiex soġġetti għall-VAT, l-eżenzjoni mit-taxxa ma setgħetx tat vantaġġ lil Laziomar fir-rigward tal-VAT. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratt ta’ bejgħ għall-attività kummerċjali ta’ Laziomar jiddikjara b’mod ċar li l-akkwirent, jiġifieri CLN, għandu jġorr l-ispejjeż kollha relatati mal-bejgħ (jiġifieri t-tariffi tar-reġistrazzjoni, l-ispejjeż notarili, ir-reġistru tal-artijiet, eċċ.), mingħajr referenza għal kwalunkwe eżenzjoni li CLN gawdiet fuq dawn l-ispejjeż. Fir-rigward tal-eżenzjoni mit-taxxa korporattiva, il-Kummissjoni tqis li tali taxxa tapplika biss għar-rikavat ta’ bejgħ. F’dan il-każ, madankollu, CLN xtrat lil Laziomar mir-Reġjun tal-Lazio, li jfisser li din it-tranżazzjoni kienet tikkostitwixxi fi spiża għal CLN u b’riżultat ta’ dan ma setgħet tkun dovuta l-ebda taxxa korporattiva. Għalhekk, din il-miżura ma tapplikax għal CLN. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li la Laziomar u lanqas CLN ma bbenefikaw minn dawn l-eżenzjonijiet fiskali. |
|
(272) |
Għal dawn ir-raġunijiet, l-ebda waħda mill-eżenzjonijiet fiskali msemmija hawn fuq ma tikkostitwixxi f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.1.3.3.
|
(273) |
Fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni semmiet il-possibbiltà li l-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia jużaw ir-riżorsi tal-FAS sabiex jissodisfaw eżiġenzi kurrenti ta’ likwidità. Madankollu, matul il-proċedura ta’ investigazzjoni formali, l-Italja ċċarat li r-riżorsi tal-FAS ma kinux intiżi bħala kumpens addizzjonali għal Laziomar jew għal CLN (jew għal xi kumpanija oħra ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia jew għall-akkwirenti rispettivi tagħhom). Minflok, dawn ir-riżorsi tqiegħdu għad-dispożizzjoni sabiex jissupplimentaw l-approprjazzjonijiet baġitarji previsti għall-ħlas tal-indennizz ta’ servizz pubbliku lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, f’każ li jirriżulta li dawn ma kinux biżżejjed. L-Artikolu 1, il-paragrafu 5-ter, tal-Liġi tal-2010 ppermetta lir-reġjuni li jużaw ir-riżorsi tal-FAS biex jiffinanzjaw parti mill-kumpens regolari għas-servizz pubbliku u b’hekk jiżguraw il-kontinwità tas-servizzi pubbliċi marittimi. Fi kliem ieħor, din il-miżura tikkonċerna biss allokazzjoni ta’ riżorsi fil-baġit tal-Istat Taljan għall-pagament tal-kumpensi tas-servizz pubbliku. |
|
(274) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li r-riżorsi tal-FAS huma biss sors ta’ finanzjament li jippermetti lill-Istat iħallas il-kumpensi għas-servizz pubbliku (mogħtija fuq il-bażi tal-Konvenzjoni inizjali estiża) u ma jikkostitwux f'miżura li minnha Laziomar tista’ tibbenefika flimkien ma’ dawn il-kumpensi għal servizz pubbliku. Għalhekk, l-użu possibbli tar-riżorsi tal-FAS ma jikkostitwix f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
5.1.4. Konklużjoni dwar l-eżistenza ta’ għajnuna
|
(275) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li:
|
5.2. Il-legalità tal-għajnuna
|
(276) |
Il-miżura ta’ għajnuna fl-ambitu ta’ din id-Deċiżjoni daħlet fis-seħħ qabel l-approvazzjoni formali mill-Kummissjoni. Għalhekk, billi din il-miżura ta’ għajnuna ma kinitx eżentata min-notifika skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2005 jew skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011, hija ngħatat mill-Italja bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE (86). |
5.3. Il-kompatibbiltà tal-għajnuna
|
(277) |
Il-kompatibbiltà tal-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil Laziomar skont l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali trid tiġi vvalutata fid-dawl tal-Artikolu 106(2) TFUE. |
5.3.1. Regoli applikabbli
|
(278) |
Kif diġà ssemma aktar ’il fuq, l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali wara tmiem l-2008 twettqet permezz ta’ atti legali sussegwenti, kif ġej:
|
|
(279) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tinnota li l-għoti tal-kumpens għal servizz pubbliku skont l-aħħar estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, seħħ qabel id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u tal-Qafas SGEI tal-2011, għall-kuntrarju tal-ewwel tliet estensjonijiet, li seħħew qabel id-dħul fis-seħħ ta’ dan il-qafas leġiżlattiv. F’dan il-kuntest tal-aħħar, madankollu, il-pakkett SGEI tal-2011 – fl-Artikolu 10 tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u l-paragrafu 69 tal-Qafas SGEI tal-2011 – fih regoli li jipprevedu l-applikazzjoni tiegħu wkoll għal għajnuna mogħtija qabel id-dħul fis-seħħ tal-pakkett SGEI tal-2011 fil-31 ta’ Jannar 2012. B’mod partikolari, id-Deċiżjoni SGEI tal-2011 tipprevedi fl-Artikolu 10(b) tagħha li: “kwalunkwe għajnuna li ngħatat effett qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni [jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012] li ma kinitx kompatibbli mas-suq intern u lanqas ma kienet eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika skont id-Deċiżjoni 2005/842/KE għandha tibqa’ kompatibbli mas-suq intern u eżenti mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel.” |
|
(280) |
Fir-rigward tal-Qafas SGEI tal-2011, il-paragrafi 68 u 69 ta’ dak il-Qafas jispeċifikaw li l-Kummissjoni tapplika l-prinċipji stabbiliti f’dak il-Qafas għal kull proġett ta’ għajnuna nnotifikat, kemm jekk in-notifika tkun saret qabel kif ukoll jekk tkun saret wara l-bidu tal-applikazzjoni ta’ dak il-Qafas fil-31 ta’ Jannar 2012, kif ukoll għal kull għajnuna illegali li dwarha tkun ittieħdet deċiżjoni wara l-31 ta’ Jannar 2012, anki jekk dik l-għajnuna tkun ingħatat qabel il-31 ta’ Jannar 2012. Fil-każ tal-aħħar, id-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tal-Qafas SGEI tal-2011 ma humiex applikabbli. |
|
(281) |
B’riżultat ta’ dan, ir-regoli dwar l-applikazzjoni tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 u tal-Qafas SGEI tal-2011, kif deskritti hawn fuq, ifissru li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Laziomar matul il-perjodu ta’ estensjoni jista’ jiġi vvalutat skont il-pakkett SGEI tal-2011. Jekk il-kundizzjonijiet rilevanti tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 jew tal-Qafas SGEI tal-2011 ikunu rispettati, din il-miżura ta’ għajnuna tkun kompatibbli mas-suq intern għall-perjodu sħiħ mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-14 ta’ Jannar 2014 (87). |
|
(282) |
Il-Kummissjoni l-ewwel se tivvaluta jekk il-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Laziomar matul il-perjodu ta’ estensjoni jikkonformax mal-kundizzjonijiet tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(283) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-Deċiżjoni SGEI tal-2011 hija applikabbli biss għal għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku għall-konnessjonijiet marittimi ma’ gżejjer li fuqhom it-traffiku annwali medju matul is-sentejn finanzjarji ta’ qabel dik li fiha jkun ġie assenjat l-SGEI ma jaqbiżx it300 000 passiġġier (l-Artikolu 2(1)(d). Kif deskritt fil-Premessa (141), l-Italja ppreżentat ċifri li juru li dan il-limitu ma jinqabeż fuq l-ebda rotta ta’ Laziomar. Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-kundizzjoni tal-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 hija ssodisfata. |
|
(284) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni SGEI, l-att ta’ inkarigu għandu jinkludi, fost l-oħrajn, referenza għall-applikazzjoni ta’ dik id-Deċiżjoni. Il-Kummissjoni tinnota li ma hija inkluża l-ebda referenza bħal din fil-kuntratt pubbliku ta’ servizz bejn ir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar jew f’xi wieħed mid-dokumenti ta’ akkumpanjament tiegħu. B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Artikolu 4 ma ġiex irrispettat u l-kompatibbiltà tal-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil Laziomar matul il-perjodu ta’ estensjoni ma tistax tiġi vvalutata skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011. |
|
(285) |
Għaldaqstant, il-kompatibbiltà tal-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil Laziomar mill-2011 u sat-tlestija tal-proċess ta’ privatizzazzjoni normalment taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Qafas SGEI tal-2011. |
|
(286) |
F’dan il-kuntest, madankollu, minħabba li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2(1)(d) tad-Deċiżjoni SGEI huma ssodisfati, japplika l-paragrafu 61 tal-Qafas SGEI tal-2011. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni se tivvaluta jekk il-kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil Laziomar matul il-perjodu kollu tal-estensjoni jikkonformax mal-kundizzjonijiet tal-Qafas SGEI tal-2011, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet fil-paragrafi 14, 19, 20, 24, 39 u 60 tiegħu. |
5.3.2. Servizz ġenwin ta’ interess ekonomiku ġenerali kif imsemmi fl-Artikolu 106 TFUE
|
(287) |
Skont il-paragrafu 12 tal-Qafas SGEI tal-2011, “[l-]għajnuna trid tingħata għal servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali ġenwin u definit b’mod korrett kif imsemmi fl-Artikolu 106(2) tat-Trattat”. Il-paragrafu 13 jiċċara li “l-Istati Membri ma jistgħux jinkludu obbligi speċifiċi ta’ servizz pubbliku ma’ servizzi li diġà huma pprovduti jew li jistgħu jiġu pprovduti b’mod sodisfaċenti, bħall-prezz, karatteristiċi oġġettivi ta’ kwalità, kontinwità u l-aċċess għas-servizz, konsistenti mal-interess pubbliku, kif definit mill-Istat, mill-impriżi li joperaw skont il-kundizzjonijiet normali tas-suq. Rigward il-kwistjoni dwar jekk servizz jistax ikun provdut mis-suq, il-valutazzjoni tal-Kummissjoni hija limitata għal verifika dwar jekk id-definizzjoni tal-Istat Membru hijiex vizzjata minn żball ċar, sakemm id-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni Ewropea ma jipprovdux standard aktar strett”. Fl-aħħar nett, il-paragrafu 56 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirreferi għall-“marġini wiesgħa ta’ diskrezzjoni tal-Istat Membru” fir-rigward tan-natura tas-servizzi li jistgħu jiġu kklassifikati bħala servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali. |
|
(288) |
Il-valutazzjoni ta’ jekk l-SGEI humiex ġenwini trid issir ukoll fid-dawl tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI (ara l-Premessi 170 u 186, tar-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu (ara l-Premessi 173, 174 u 175 u tal-ġurisprudenza (ara l-Premessi 176 u 177). Għalhekk, għall-perjodu tal-estensjoni l-Kummissjoni trid tivvaluta:
|
|
(289) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rotot ta’ servizz pubbliku operati minn Laziomar matul il-perjodu ta’ estensjoni huma l-istess bħal dawk fdati lilha bil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid, bl-eċċezzjoni, li l-għadd ta’ rotot matul il-perjodu ta’ estensjoni kien biss ta’ ħamsa (ara l-Premessa 43), filwaqt li bil-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid żdiedu żewġ rotot addizzjonali li jgħaqqdu Terracina ma’ Ponza (Linja T3) u Ventotene (Linja T4) (ara l-Premessa 72). Barra minn hekk, il-Kummissjoni diġà ddeskriviet u vvalutat is-sitwazzjoni kompetittiva fuq dawk ir-rotot matul il-perjodu tal-estensjoni. F’dan l-isfond, il-valutazzjoni segwenti se tirreferi u tibbaża fuq il-partijiet rilevanti tal-valutazzjoni magħmula għall-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid aktar ’il fuq (ara t-Taqsima 5.1.2.1). |
|
(290) |
Il-Kummissjoni l-ewwel tfakkar (ara l-Premessa 120) li l-Italja imponiet l-obbligi ta’ servizz pubbliku stabbiliti fil-Konvenzjoni inizjali prinċipalment biex (i) tiżgura l-kontinwità territorjali bejn l-Italja kontinentali u l-gżejjer u biex (ii) tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati, permezz ta’ servizzi regolari u affidabbli tat-trasport marittimu. Il-Kummissjoni diġà kkonkludiet (ara l-Premessa 179) li dawn huma tabilħaqq objettivi leġittimi ta’ interess pubbliku. |
|
(291) |
Biex turi d-domanda ġenwina mill-utenti għas-servizzi marittimi kkonċernati, l-Italja pprovdiet (ara t-Tabelli 11 u 12), statistika dettaljata li turi li fl-2011, Laziomar ittrasportat 270 457 passiġġier u 17 717-il vettura fuq il-ħames rotot ta’ servizz ikkombinati matul il-perjodi ta’ żmien rispettivi koperti mill-obbligi ta’ servizz pubbliku. Dawn iċ-ċifri fl-2012 kienu 240 430 passiġġier u 13 228 vettura u fl-2013 kienu 254 167 passiġġier u 16 927 vettura. (88) Tabella 11 Statistika tal-passiġġieri għas-snin 2011-2013
Tabella 12 Statistika tal-vetturi għas-snin 2011-2013
|
|
(292) |
B’mod ġenerali, iċ-ċifri juru li d-domanda mill-utenti għas-servizzi marittimi fuq kull waħda mir-rotot ikkonċernati kienet sinifikanti u pjuttost stabbli, u l-analiżi għas-snin 2011-2013 ma pprovdiet l-ebda indikazzjoni li kienet se tispiċċa. Il-Kummissjoni diġà wriet li kien hemm ukoll domanda sinifikanti mill-utenti għas-servizzi marittimi għall-perjodu mill-2014 ’il quddiem (ara l-Premessa 184). |
|
(293) |
Għalhekk, jista’ jiġi konkluż li dawn is-servizzi indirizzaw domanda ġenwina mill-utenti u għalhekk issodisfaw ħtiġijiet pubbliċi reali. |
|
(294) |
Kif spjegat taħt il-Premessa 186, il-Kummissjoni trid teżamina wkoll jekk is-servizz kienx ikun inadegwat kieku l-provvista tiegħu tħalliet biss għall-forzi tas-suq fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku imposti mill-Istat Membru bis-saħħa tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali. Il-paragrafu 48 tal-Komunikazzjoni dwar l-SGEI jinnota f’dan ir-rigward li “[l-]valutazzjoni tal-Kummissjoni hi limitata biss għal [...] li tiċċekkja jekk l-Istati Membri għamlux xi żball ovvju”. |
|
(295) |
Il-Kummissjoni tinnota li matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-14 ta’ Jannar 2014, fuq rotta waħda li kienet operata minn Laziomar bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali (il-Linja A3), operatur ieħor, Vetor, kien joffri servizz tal-passiġġieri għalkemm mhux bl-istess kontinwità, regolarità u prezz. Il-Kummissjoni diġà vvalutat fil-Premessa 195 is-sitwazzjoni kompetittiva fuq il-Linja A3 u jekk is-servizzi pprovduti minn Vetor kinux ekwivalenti għal dawk li Laziomar kellha tipprovdi skont il-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid. Il-Kummissjoni tfakkar li din il-valutazzjoni kienet ibbażata fuq is-sitwazzjoni kompetittiva fuq dik ir-rotta bejn l-1 ta’ Ġunju 2011 u l-14 ta’ Jannar 2014. Billi s-servizzi b’mod ġenerali li Laziomar trid topera huma kważi identiċi f’termini ta’ rotot moqdija, frekwenzi u rekwiżiti tekniċi għal dawk li kellha twettaq matul il-perjodu tal-estensjoni, il-konklużjoni tal-Kummissjoni (ara l-Premessa 195) li l-forzi tas-suq waħedhom ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw il-ħtiġijiet tas-servizz pubbliku hija valida wkoll għal Laziomar matul il-perjodu kollu tal-estensjoni. Fuq il-biċċa l-kbira tar-rotot, Laziomar kienet l-uniku operatur filwaqt li fuq rotta waħda biss (il-Linja A3), is-servizzi pprovduti minn Vetor ma kinux ekwivalenti f’termini ta’ kontinwità, regolarità, kapaċità u prezz u għalhekk ma kinux jissodisfaw b’mod sħiħ il-ħtiġijiet ta’ servizz pubbliku imposti fuq Laziomar permezz tal-Konvenzjoni inizjali (kif estiża). |
|
(296) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-privatizzazzjoni ppjanata u sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi li kienu qegħdin jiġu operati taħt il-Konvenzjoni inizjali, l-Italja ddeċidiet li testendi din il-Konvenzjoni mingħajr ebda tibdil u soġġett għat-tibdil tal-metodoloġija ta’ kumpens applikabbli mill-2010 ’il quddiem). Il-Kummissjoni taċċetta li d-domanda mill-utenti (kif deskritta fil-Premessi 291, 292 u 293 ma setgħetx tiġi ssodisfata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku applikabbli għall-operaturi kollha li jaqdu r-rotot inkwistjoni. B’mod partikolari, fuq il-biċċa l-kbira tar-rotot, Laziomar kienet l-uniku operatur (ara pereżempju l-Premessa (188) u, fejn dan ma kienx il-każ, l-offerta pprovduta mill-operatur l-ieħor ma kinitx tissodisfa r-rekwiżiti ta’ regolarità, kontinwità, kapaċità u prezz affordabbli. Barra minn hekk, l-operat tal-biċċa l-kbira tar-rotot (jekk mhux kollha), speċjalment waqt l-istaġun kwiet, jagħmel it-telf, u għalhekk, mingħajr il-kumpens għal servizz pubbliku, x’aktarx dawn ma kinux jiġu operati affattu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni taċċetta li fid-dawl tal-proċess għall-privatizzazzjoni ta’ Laziomar, l-estensjoni tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz eżistenti kienet l-uniku mod biex tiġi ggarantita l-kontinwità tas-servizzi pubbliċi sat-tlestija ta’ dik il-privatizzazzjoni. |
|
(297) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-Italja ma għamlitx żball evidenti meta ddefiniet is-servizzi fdati lil Laziomar bħala SGEI. B’hekk, id-dubji espressi mill-Kummissjoni fid-Deċiżjonijiet tal-2011 u tal-2012 huma eliminati. |
5.3.3. Ħtieġa ta’ att ta’ inkarigu li jispeċifika l-obbligi ta’ servizz pubbliku u l-metodi għall-kalkolu tal-kumpens
|
(298) |
Kif indikat fit-Taqsima 2.3 tal-Qafas SGEI tal-2011, il-kunċett ta’ servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali fis-sens tal-Artikolu 106 TFUE jfisser li l-impriża inkwistjoni ġiet inkarigata bl-operat tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali permezz ta’ att uffiċjali wieħed jew aktar. |
|
(299) |
Dawn l-atti jridu jispeċifikaw, b’mod partikolari:
|
|
(300) |
Fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-att ta’ inkarigu kienx jipprovdi deskrizzjoni komprensiva tan-natura tal-obbligi ta’ servizz pubbliku ta’ Laziomar matul il-perjodu tal-estensjoni. Madankollu, il-Kummissjoni fakkret ukoll li elementi differenti tal-inkarigu jistgħu jiddaħħlu f’diversi atti mingħajr ma tiġi ddubitata l-adegwatezza tad-definizzjoni tal-obbligi. Matul il-perjodu tal-estensjoni, l-att ta’ inkarigu ta’ Laziomar kien jinkludi l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata u estiża maż-żmien), il-pjanijiet ta’ ħames snin li jkopru l-perjodi 2000-2004 u 2005-2008, sensiela ta’ deċiżjonijiet ad hoc mill-Italja, id-Direttiva CIPE u l-Liġi tal-2009. |
|
(301) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni l-ewwel tinnota li l-Konvenzjoni inizjali (kif emendata maż-żmien), li tikkostitwixxi fin-nukleu tal-att ta’ inkarigu ta’ Laziomar, baqgħet applikabbli b’mod sħiħ sakemm intemmet il-privatizzazzjoni fuq il-bażi ta’ sensiela ta’ Digrieti Amministrattivi (ara l-Premessa 278). Dawn l-atti legali jispeċifikaw li Laziomar ġiet inkarigata b’obbligi ta’ servizz pubbliku sakemm tintemm il-privatizzazzjoni tagħha. |
|
(302) |
Skont il-Konvenzjoni inizjali, il-pjanijiet ta’ ħames snin jispeċifikaw ir-rotot u l-portijiet li għandhom jiġu servuti, it-tip u l-kapaċità tal-vapuri li għandhom jintużaw għall-konnessjonijiet marittimi inkwistjoni, il-frekwenza tas-servizz u n-nollijiet li għandhom jitħallsu, inklużi nollijiet sussidjati, b’mod partikolari għar-residenti tar-reġjuni gżejjer. Filwaqt li l-pjanijiet għall-perjodu 2005-2008 ma ġewx adottati formalment, il-pjan għall-perjodu 2000-2004 kompla japplika mingħajr ebda tibdil fir-rigward tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku. Għalhekk, id-dispożizzjonijiet ta’ dak il-pjan komplew japplikaw b’mod sħiħ matul il-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-14 ta’ Jannar 2014. Qabel l-2011, l-iskema oriġinali tan-nollijiet prevista fil-Konvenzjoni inizjali ġiet emendata b’għadd ta’ atti sussegwenti. Madankollu, matul il-perjodu kollu tal-estensjoni, ma ġewx adottati digrieti interministerjali sabiex jemendaw ulterjorment in-nollijiet li kellhom jiġu imposti mill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-obbligi ta’ servizz pubbliku li Laziomar kellha tirrispetta matul il-perjodu tal-estensjoni kienu definiti b’mod ċar biżżejjed. |
|
(303) |
Il-Kummissjoni diġà nnotat fil-Premessi 239 u 240 tad-Deċiżjoni tal-2011 li l-parametri meħtieġa għall-kalkolu tal-ammont tal-kumpens ġew stabbiliti minn qabel u huma deskritti b’mod ċar. B’mod partikolari, għas-snin mill-2011 sal-2013, il-Konvenzjoni inizjali (ara l-Premessa 46) fiha lista eżawrjenti u preċiża tal-elementi ta’ ost li għandhom jitqiesu kif ukoll il-metodoloġija tal-kalkolu tar-redditu fuq il-kapital investit għall-operatur. Il-metodoloġija rilevanti hija stabbilita fid-Direttiva CIPE (ara l-Premessi minn 47 sa 57. B’mod aktar speċifiku, id-Direttiva CIPE tagħti dettalji dwar l-elementi ta’ spiża li ġew ikkunsidrati u r-redditu fuq il-kapital investit. Fl-aħħar nett, il-Liġi tal-2009 tinkludi l-ammont massimu ta’ kumpens ta’ EUR 10 030 606 miljun fis-sena li japplika mill-2010 ’il quddiem. Barra minn hekk, il-Konvenzjoni inizjali stabbiliet li l-kumpens jitħallas f’pagamenti parzjali u żgurat li l-kumpens kien ibbażat fuq l-ispejjeż u d-dħul reali mġarrba għall-provvista tas-servizz pubbliku. B’dan il-mod, xi kumpens żejjed jkun jista’ jinqabad u jiġi faċilment evitat. Fejn applikabbli, l-Istat imbagħad jista’ jirkupra l-kumpens żejjed minn Laziomar. |
|
(304) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni tqis li għall-perjodu tal-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-atti ta’ inkarigu stabbilew definizzjoni ċara tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, tat-tul ta' żmien tal-impriża u tat-territorju kkonċernati, il-parametri għall-kalkolu, għall-kontroll u għar-rieżami tal-kumpens u l-arranġamenti sabiex jiġi evitat u jitħallas lura kwalunkwe kumpens żejjed kif meħtieġ skont il-Qafas SGEI tal-2011. |
5.3.4. It-tul tal-perjodu tal-inkarigu
|
(305) |
Kif indikat fil-paragrafu 17 tal-Qafas SGEI tal-2011, “[…]it-tul tal-perjodu tal-inkarigu jenħtieġ li jiġi ġustifikat b’referenza għal kriterji oġġettivi bħall-bżonn li jiġu amortizzati assi fissi mhux trasferibbli. Fil-prinċipju, it-tul tal-perjodu tal-inkarigu ma għandux jaqbeż il-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi l-iżjed sinifikanti meħtieġa biex jiġi pprovdut l-SGEI.” |
|
(306) |
L-Italja indikat li t-tul ta' żmien tal-estensjoni ġiet stabbilita b’referenza għall-perjodu meħtieġ għad-deprezzament tal-assi impenjati fil-forniment tas-servizz ta’ interess ekonomiku ġenerali. B’mod partikolari, it-tul totali ta' żmien tal-Konvenzjoni inizjali kif estiża tammonta għal ftit aktar minn 24 sena. Il-vapuri huma l-aktar assi sinifikattivi meħtieġa biex jipprovdu s-servizz pubbliku. Il-perjodu ta’ deprezzament għall-vapuri użati għas-servizzi ta’ trasport fuq il-baħar normalment ikun wieħed twil u jista’ jaqbeż il-25 sena. |
|
(307) |
L-Italja pprovdiet lill-Kummissjoni l-valur tad-deprezzament tal-vapuri ta’ Laziomar għall-perjodu 2011-2013. Il-Kummissjoni tinnota li, fiż-żmien meta Laziomar bdiet topera r-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino fl-1 ta’ Ġunju 2011 bl-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali, l-erba’ vapuri tagħha kellhom età medja ta’ 24 sena. |
|
(308) |
Il-Kummissjoni tinnota li l-estensjoni tal-perjodu għal sentejn u nofs kienet meħtieġa biex tiġi żgurata l-kontinwità tas-servizz pubbliku sat-tlestija tal-proċess ta’ privatizzazzjoni. B’kont meħud, barra minn hekk, tal-età medja tal-vapuri, it-tul medju tad-deprezzament tal-vapuri użati b’mod ġenerali għas-servizzi ta’ trasport tul korp tal-ilma, l-inizjattivi ta’ modernizzazzjoni previsti skont id-dispożizzjonijiet tal-kuntratt ta’ servizz u l-użu ta’ vapuri ġodda (ara l-Premessa 243), il-Kummissjoni tikkonkludi li t-tul ta' żmien tal-att ta’ inkarigu hija ġġustifikata b’mod suffiċjenti u li l-paragrafu 17 tal-Qafas SGEI huwa rrispettat. |
5.3.5. Konformità mad-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE (91)
|
(309) |
Skont il-paragrafu 18 tal-Qafas SGEI tal-2011, “[…] l-għajnuna se titqies kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat biss meta l-impriża tikkonforma, fejn applikabbli, mad-Direttiva 2006/111/KE dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi, kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja f’ċerti impriżi”. |
|
(310) |
Barra minn hekk, il-paragrafu 44 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li: “Fejn impriża twettaq attivitajiet li jaqgħu kemm ġewwa kif ukoll barra mill-ambitu tal-SGEI, il-kontijiet interni jridu juru separatament l-ispejjeż u d-dħul assoċjati mal-SGEI u dawk tas-servizzi l-oħra li huma konformi mal-prinċipji stabbiliti fil-paragrafu 31.” |
|
(311) |
L-Italja kkonfermat li Laziomar kienet attiva biss fil-forniment ta’ servizzi pubbliċi skont il-Konvenzjoni inizjali. |
|
(312) |
Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li l-paragrafu 18 tal-Qafas SGEI tal-2011 ma huwiex applikabbli. |
5.3.6. Ammont tal-kumpens
|
(313) |
Il-paragrafu 21 tal-Qafas SGEI tal-2011 jiddikjara li “[…] l-ammont ta’ kumpens ma jistax jaqbeż dak li huwa meħtieġ biex ikopri l-ispiża netta għall-eżekuzzjoni tal-obbligi tas-servizz pubbliku, inkluż profitt raġonevoli”. |
|
(314) |
F’dan il-każ, minħabba li l-kumpens jikkostitwixxi f'għajnuna illegali li ngħatat qabel id-dħul fis-seħħ tiegħu, il-paragrafu 69 tal-Qafas SGEI tal-2011 jipprevedi speċifikament illi, għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-għajnuna mill-Istat, l-użu tal-metodoloġija tal-ispejjeż netti evitati ma huwiex meħtieġ. Minflok, jistgħu jintużaw metodi alternattivi għall-kalkolu tal-ispiża netta meħtieġ għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, bħall-metodoloġija bbażata fuq l-allokazzjoni tal-ispejjeż. Skont din l-aħħar metodoloġija, l-ispiża netta tiġi kkalkolata bħala d-differenza għal fornitur deżinjat bejn l-ispejjeż u d-dħul mill-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif speċifikat u stmat fl-att ta’ inkarigu. Il-paragrafi minn 28 sa 38 tal-Qafas SGEI tal-2011 jistabbilixxu f’aktar dettall il-mod kif din il-metodoloġija jenħtieġ li tiġi applikata. |
|
(315) |
Fid-Deċiżjonijiet tagħha tal-2011 u tal-2012, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 %, li kien japplika mill-2010 ’il quddiem. B’mod partikolari, il-Kummissjoni kellha dubju jekk dan il-primjum jirriflettix livell xieraq ta’ riskju, meta wieħed iqis li prima facie Toremar ma kinitx tidher li qiegħda tassumi r-riskji normalment sostnuti fl-operat ta’ tali servizzi. |
|
(316) |
Il-primjum tar-riskju ta’ 6,5 % kien jiġi applikat sabiex jiġi ddeterminat ir-redditu fuq il-kapital permezz tal-formula tad-WACC. Madankollu, kif diġà ġie spjegat fil-Premessi 136, 137 u 138, l-Italja ċċarat li, minħabba li l-ammont ta’ kumpens kien limitat mil-Liġi tal-2009, ġie deċiż li l-kalkolu jiġi ssimplifikat billi tiġi applikata r-rata ta’ 6,5 % bħala redditu b’rata fissa fuq il-kapital. |
|
(317) |
F’dan il-kuntest, fuq il-bażi tal-kontijiet rotta b’rotta ppreżentati mill-Italja u kif aggregati fit-Tabella 13, il-Kummissjoni setgħet tivverifika li għall-2011, l-2012 u l-2013 flimkien, il-kumpens għas-servizz pubbliku kien EUR 70 650 ogħla mill-ispiża netta tas-servizz (ma huwa inkluż l-ebda redditu fuq il-kapital): Tabella 13 Spiża nett tas-servizz pubbliku operat minn Laziomar għall-perjodu 2011-2013
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(318) |
Il-Kummissjoni tqis il-fatt li Laziomar bdiet topera r-rotot fl-arċipelagu ta’ Pontino fl-1 ta’ Ġunju 2011, immedjatament wara t-trasferiment ta’ dawn ir-rotot mir-Reġjun tal-Campania u Caremar lir-Reġjun tal-Lazio u Laziomar (ara l-Premessi 4, 32 u 33). Għalhekk, l-eżerċizzju finanzjarju tal-2011, li juri differenza pożittiva ta’ EUR 149 484, ma jistax jiġi attribwit b’mod sħiħ lil Laziomar u ma huwiex rappreżentattiv tar-riżultati reali ta’ Laziomar. Għas-snin finanzjarji 2012 u 2013, li huma attribwiti b’mod sħiħ lil Laziomar, id-differenza kkombinata bejn il-kumpens eliġibbli u dak reali hija negattiva (EUR -78 834). |
|
(319) |
Il-Kummissjoni vverifikat ukoll il-kalkoli pprovduti mill-Italja rigward ir-redditu fuq il-kapital investit ibbażat fuq ir-rata fissa ta’ 6,5 %. Minħabba li r-redditi huma negattivi matul il-perjodu 2011-2013 (ara l-Premessa 138), huma rappreżentati bħala “żero” fit-Tabella 13 għall-fini tal-kalkolu tal-ispiża nett tas-servizz pubbliku. Għalhekk, fid-dawl ta’ dawn ir-riżultati negattivi, il-Kummissjoni tinnota li fil-każ tal-eżerċizzju finanzjarju ta’ tliet snin, id-differenza pożittiva ta’ EUR 70 650, li tirrappreżenta biss 0,2 % tal-kumpens reali mħallas lil Laziomar, hija maqbuda mir-rata fissa ta’ 6,5 % u ma tirriżultax f’kumpens żejjed. Barra minn hekk, rata ta’ redditu ta’ 0,2 % (jew 20 punt bażi), ma taqbiżx ir-rata ta’ swap rilevanti flimkien ma’ primjum ta’ 100 punt bażi, li, skont il-paragrafu 36 tal-Qafas SGEI tal-2011, titqies bħala raġonevoli fi kwalunkwe każ. |
|
(320) |
Il-paragrafu 49 tal-Qafas SGEI tal-2011 jirrikjedi li l-Istati Membri jiżguraw li l-kumpens mogħti għall-operat tal-SGEI ma jirriżultax fir-riċevuta ta’ kumpens żejjed mill-impriżi (kif iddefinit fil-paragrafu 47 ta’ dak il-Qafas). Fost l-oħrajn, l-Istati Membri jridu jipprovdu evidenza b'talba mill-Kummissjoni. Barra minn hekk, huma jridu jwettqu kontrolli regolari, jew jiżguraw li tali kontrolli jitwettqu, fi tmiem il-perjodu ta’ inkarigu u, fi kwalunkwe każ, f’intervalli ta’ mhux aktar minn tliet snin. |
|
(321) |
Il-Kummissjoni diġà vvalutat taħt it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark li r-redditu b’rata fissa ta’ 6,5 % fuq il-kapital li Laziomar setgħet tistenna minn perspettiva ex ante kien konformi mar-riskji li kienet tiffaċċja meta topera s-servizzi pubbliċi skont il-kuntratt pubbliku ta’ servizz (ara l-Premessi minn 211 sa 216). Barra minn hekk, il-Kummissjoni ttenni li l-Italja użat redditu b’rata fissa fuq il-kapital għal skopijiet ta’ simplifikazzjoni tal-kalkolu. |
|
(322) |
Il-Kummissjoni tinnota li d-Direttiva CIPE ppreżentata tieħu inkunsiderazzjoni ċerti valuri tas-suq applikabbli fis-settur tal-kabotaġġ marittimu. Hija tippreskrivi l-ispejjeż eliġibbli għall-finijiet tal-obbligi ta’ servizz pubbliku, kif ukoll il-prinċipji tal-kalkolu li jikkonċernaw ir-rata ta’ redditu fuq il-kapital fuq il-bażi tal-informazzjoni, il-kundizzjonijiet u r-riskji rilevanti għal dan is-settur partikolari. |
|
(323) |
Barra minn hekk, kif diġà ġie spjegat fil-Premessa 214 fil-kuntest tal-valutazzjoni tal-kuntratt pubbliku ġdid ta’ servizz taħt it-tielet kriterju tas-sentenza Altmark, il-Kummissjoni sabet li fl-2013 (kif ukoll għall-perjodu kollu 2011-2013) ir-redditu medjan fuq il-kapital iġġenerat minn grupp ta’ referenza ta’ operaturi magħżula ta’ mezzi ta’ trasport tul korp tal-ilma li kienu joffru konnessjonijiet marittimi fl-Italja jew bejn l-Italja u Stati Membri oħra kien ġeneralment simili għar-redditu fuq il-kapital ta’ Laziomar ta’ 6,5 %. |
|
(324) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li r-redditu ta’ 6,5 % fuq il-kapital jibqa’ f’livell raġonevoli. |
|
(325) |
Fl-aħħar nett, l-Italja pprovdiet l-evidenza meħtieġa sabiex turi li saru l-kontrolli regolari kollha biex jiġi żgurat li l-ammont tal-kumpens ma jaqbiżx l-ispiża netta tas-servizz. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tfakkar li l-kumpens jitħallas f’pagamenti parzjali (ara l-Premessa 45) u li l-ħlas finali jsir fuq il-bażi tal-ispejjeż u tad-dħul effettivi tas-sena. Dan jiżgura li l-ammont tal-kumpens ma jaqbiżx l-ispejjeż netti tas-servizz. |
|
(326) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-ammont ta’ kumpens mogħti lil Laziomar matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali ma wassalx għal xi kumpens żejjed u li r-rekwiżiti applikabbli tat-Taqsima 2.8 tal-Qafas SGEI huma rispettati. |
5.3.7. Il-prijorità tal-irmiġġ
|
(327) |
L-Artikolu 19-ter, il-paragrafu 21 tal-Liġi tal-2009 jispeċifika b’mod ċar li l-prijorità tal-irmiġġ kienet neċessarja biex tiġi garantita l-kontinwità territorjali mal-gżejjer u fid-dawl tal-obbligi ta’ servizz pubbliku tal-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia, inkluża Laziomar. Fin-nuqqas ta’ tali prijorità tal-irmiġġ għall-kumpaniji inkarigati bl-obbligi ta’ servizz pubbliku, dawn jista’ jkollhom bżonn jistennew sa ma jkun imisshom jitrakkaw u b’konsegwenti dewmien, li jmur kontra l-iskop li tiġi żgurata konnettività affidabbli u konvenjenti għall-konsumaturi. Biex jiġu ssodisfati l-eżiġenzi ta’ mobbiltà tal-popolazzjoni tal-gżejjer u sabiex tikkontribwixxi għall-iżvilupp ekonomiku tal-gżejjer ikkonċernati huwa assolutament neċessarju li jkun hemm skeda regolari. Barra minn hekk, billi l-ħinijiet tat-tluq fuq ir-rotot tas-servizz pubbliku huma stabbiliti mill-Konvenzjoni, il-prijorità tal-irmiġġ hija neċessarja biex jiġi żgurat li l-portijiet jallokaw l-irmiġġi u l-ħinijiet tal-irmiġġ b’tali mod li jippermettu lill-operatur tas-servizz pubbliku jirrispetta l-obbligi ta’ servizz pubbliku tiegħu. |
|
(328) |
F’dan l-isfond, il-Kummissjoni tqis li din il-miżura ngħatat biex Laziomar tkun tista’ twettaq l-obbligi tagħha ta’ servizz pubbliku, li jikkostitwixxu f'SGEI ġenwin (ara t-Taqsima 5.3.2). Barra minn hekk, l-Italja kkonfermat li l-prijorità tal-irmiġġ hija applikabbli biss għas-servizzi pprovduti taħt ir-reġim ta’ servizz pubbliku. |
|
(329) |
Il-Kummissjoni diġà vvalutat fid-dettall il-kompatibbiltà tal-SGEI u l-kumpens relatat għal Laziomar matul l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali (ara t-Taqsimiet minn 5.3.2 sa 5.3.6). B’hekk, il-Kummissjoni tqis li l-valutazzjoni tagħha tal-kompatibbiltà tal-prijorità tal-irmiġġ tista’ tkun limitata sbiex jiġi stabbilit jekk din il-miżura tistax twassal għal kumpens żejjed jew le. |
|
(330) |
Il-Kummissjoni tqis li kwalunkwe vantaġġ monetarju possibbli mill-prijorità tal-irmiġġ ikun limitat (ara l-Premessa 162). B’riżultat ta’ dan, anki r-riskju ta’ kumpens żejjed li jirriżulta minn din il-miżura jkun limitat. Barra minn hekk, f’każ li din il-miżura twassal għal tnaqqis fl-ispejjeż operatorji jew żieda fid-dħul tal-operatur tas-servizz pubbliku, dawn l-effetti jkunu riflessi b’mod sħiħ fil-kontijiet interni tal-operatur. Għalhekk, il-kontrolli fir-rigward tal-kumpens żejjed li ġew applikati għal Laziomar kif deskritt fit-Taqsima 5.3.6 huma tajbin ukoll biex jiġi identifikat kwalunkwe kumpens żejjed possibbli li jirriżulta mill-prijorità tal-irmiġġ. |
|
(331) |
Il-Kummissjoni għalhekk tikkonkludi li l-prijorità tal-irmiġġ, li hija intrinsikament marbuta mas-servizz pubbliku mwettaq minn Laziomar, hija kompatibbli mas-suq intern fuq il-bażi tal-Artikolu 106(2) TFUE u l-Qafas SGEI tal-2011. |
5.3.8. Konklużjoni
|
(332) |
Fuq il-bażi tal-valutazzjoni fil-Premessi minn 278 sa 331, il-Kummissjoni tikkonkludi li l-kumpens mogħti lil Laziomar għall-forniment tas-servizzi marittimi soġġetti għall-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu mill-1 ta’ Ġunju 2011 sal-14 ta’ Jannar 2014 u l-prijorità tal-irmiġġ jikkonformaw mal-kundizzjonijiet applikabbli tal-Qafas SGEI tal-2011 u għalhekk huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. |
6. KONKLUŻJONI
|
(333) |
Il-Kummissjoni ssib li l-Italja implimentat illegalment il-miżuri ta’ għajnuna taħt valutazzjoni bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Fuq il-bażi tal-valutazzjoni preċedenti, il-Kummissjoni ddeċidiet li l-kumpens għas-servizz pubbliku mogħti lil Laziomar taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali huwa kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. Barra minn hekk, billi l-prijorità tal-irmiġġ hija intrinsikament marbuta mal-eżekuzzjoni tal-SGEI minn Laziomar, din il-miżura hija kompatibbli wkoll mas-suq intern skont l-Artikolu 106 TFUE. |
|
(334) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri li ġejjin ma jikkostitwux f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE:
|
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-kumpens lil Laziomar u l-prijorità tal-irmiġġ għall-forniment ta’ servizzi marittimi taħt l-estensjoni tal-Konvenzjoni inizjali fil-perjodu bejn l-1 ta’ Ġunju 2011 u l-14 ta’ Jannar 2014 jikkostitwixxu f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. L-Italja implimentat l-għajnuna lil Laziomar bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE. Din l-għajnuna hija kompatibbli mas-suq intern.
Artikolu 2
L-għoti tal-kuntratt pubbliku ta’ servizz il-ġdid għall-perjodu bejn il-15 ta’ Jannar 2014 u l-14 ta’ Jannar 2024, abbinat mal-attività kummerċjali ta’ Laziomar u l-prijorità tal-irmiġġ lil Laziomar ma jikkostitwix f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Artikolu 3
Il-possibbiltà li jintużaw, fuq bażi temporanja, ir-riżorsi finanzjarji diġà impenjati għat-titjib u l-immodernizzar tal-flotta, sabiex ikopru l-ħtiġijiet urġenti ta’ likwidità, kif stabbilit mil-Liġi tal-2010, ma kinitx sfruttata sa fejn hija kkonċernata Laziomar. Għalhekk, hija ma tikkostitwix f'għajnuna mill-Istat lil Laziomar fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Artikolu 4
L-eżenzjonijiet fiskali relatati mal-proċess ta’ privatizzazzjoni ta’ Laziomar kif stabbilit mil-Liġi tal-2010, ma jikkostitwux f'għajnuna mill-Istat lil Laziomar fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE.
Artikolu 5
Il-possibbiltà li jintużaw ir-riżorsi tal-Fondo Aree Sottoutilizzate biex jiġu ssodisfati l-ħtiġijiet ta’ likwidità, kif stabbilit mil-Liġi tal-2010, ma tikkostitwix f'għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Taljana.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Margrethe VESTAGER
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18 u ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58.
(2) Dak li kien il-Gruppo Tirrenia kien jikkonsisti mill-kumpaniji Tirrenia di Navigazione S.p.A., Adriatica S.p.A., Caremar – Campania Regionale Marittima S.p.A., Saremar – Sardegna Regionale Marittima S.p.A., Siremar – Sicilia Regionale Marittima S.p.A., u Toremar – Toscana Regionale Marittima S.p.A..
(3) Għajnuna mill-Istat – Repubblika Taljana – Għajnuna mill-Istat SA.32014 (11/C) (ex 11/NN), SA.32015 (11/C) (ex 11/NN), SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) - Għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia - Stedina biex jitressqu kummenti skont l-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 28, 1.2.2012, p. 18).
(4) Ara r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7) (“ir-Regolament dwar il-Kabotaġġ Marittimu”).
(5) Laziomar ġiet stabbilita fl-1 ta’ Diċembru 2010, bir-Reġjun tal-Lazio jkun l-uniku azzjonist.
(6) Għajnuna mill-Istat – Ir-Repubblika Taljana – Għajnuna mill-Istat SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) - Għajnuna mill-Istat lill-kumpaniji ta’ dak li kien il-Gruppo Tirrenia u l-akkwirenti tagħhom - Stedina biex jitressqu l-kummenti skont l-Artikolu 108(2) TFUE (ĠU C 84, 22.3.2013, p. 58).
(7) Fintecna (Finanziaria per i Settori Industriale e dei Servizi S.p.A.) hija proprjetà esklużiva tal-Ministeru Taljan għall-Ekonomija u tal-Finanzi u tispeċjalizza fil-ġestjoni tal-proċessi ta’ privatizzazzjoni u ta’ parteċipazzjoni azzjonarja kif ukoll fl-indirizzar ta’ proġetti għar-razzjonalizzazzjoni u għar-ristrutturar ta’ kumpaniji li jaffaċċjaw diffikultajiet industrijali, finanzjarji jew organizzazzjonali.
(8) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/851/KE tal-21 ta’ Ġunju 2001 dwar l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-kumpanija tat-tbaħħir Tirrenia di Navigazione mill-Italja (ĠU L 318 tal-4.12.2001, p. 9).
(9) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/163/KE tas-16 ta’ Marzu 2004 dwar l-għajnuna mill-Istat imħallsa mill-Italja lill-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU L 053 tas-26.02.2005, p. 29).
(10) Il-Kawżi Magħquda T-265/04, T-292/04 u T-504/04 Tirrenia di Navigazione vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2009:48.
(11) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/261 tat-22 ta’ Jannar 2014 dwar il-miżuri ta’ għajnuna SA.32014 (2011/C), SA.32015 (2011/C), SA.32016 (2011/C) implimentati mir-Reġjun ta’ Sardenja favur Saremar (ĠU L 49 tat-22.02.2018, p. 22).
(12) Ara s-Sentenza tas-6 ta’ April 2017 fil-Kawża T-219/14 Regione autonoma della Sardegna (l-Italja) vs Il-Kummissjoni Ewropea, ECLI:EU:T:2017:266.
(13) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1411 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar l-għajnuna mill-Istat Nru C 64/99 (ex NN 68/99) implimentata mill-Italja għall-kumpaniji tat-tbaħħir Adriatica, Caremar, Siremar, Saremar u Toremar (il-Gruppo Tirrenia) (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 1).
(14) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku (ĠU C 8, 11.01.2012, p. 15).
(15) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1412 tat-2 ta’ Marzu 2020 dwar il-Miżuri SA.32014, SA.32015, SA.32016 (11/C) (ex 11/NN) implimentati mill-Italja għal Tirrenia di Navigazione u għall-akkwirent tagħha Compagnia Italiana di Navigazione (ĠU L 332, 12.10.2020, p. 45).
(16) Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(17) Għadha ma ġietx ippubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
(18) Il-paragrafu 10 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009.
(19) Li minnhom EUR 19 839 226 mir-Reġjun tal-Campania u EUR 10 030 606 mir-Reġjun tal-Lazio.
(20) Din tinkludi l-pagament differit ta’ parti mill-prezz tax-xiri għall-akkwiżizzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Tirrenia min-naħa ta’ CIN u l-allegat diversi miżuri ta’ għajnuna addizzjonali fil-kuntest tal-privatizzazzjoni tal-fergħa kummerċjali ta’ Siremar (pereż. kontrogaranzija u żieda tal-kapital mill-Istat għal CdI, l-entità li inizjalment akkwistat il-fergħa kummerċjali ta’ Siremar).
(21) B’mod partikolari, il-proġett Bonus Sardo – Vacanza, li jagħmel parti mill-Miżura 7, ma ġiex ivvalutat fid-Deċiżjoni tal-2014 u lanqas ma hu se jiġi vvalutat f’din id-Deċiżjoni.
(22) Wara l-25 ta’ Novembru 2010, permezz ta’ deċiżjoni tal-Konferenza Interdipartimentali dwar it-twaqqif tas-sussidju annwali stabbilit skont l-Artikolu 11 tal-Liġi Nru 856/1986 bejn il-Ministeru għall-Infrastruttura u tat-Trasport, il-Ministeru għall-Ekonomija u tal-Finanzi, u l-Ministeru għall-Iżvilupp Ekonomiku (il-“Konferenza Interdipartimentali”), kwalunkwe ammont ta’ kumpens żejjed jitnaqqas mill-avvanzi futuri tas-sussidji.
(23) Comitato Interministeriale per la Programmazione Economica.
(24) Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana ("GURI") Nru 50 tat-28 ta’ Frar 2008.
(25) Skont l-ittra 999 tal-Artikolu 1 tal-Liġi Nru 296 tas-27 ta’ Diċembru 2006 u l-ittra e) tal-Artikolu 1 tad-Digriet Amministrattiv 430/1997.
(26) Ir-rata ta’ redditu mixtieqa għal investitur tal-ekwità fid-dawl tal-profil tar-riskju tal-kumpanija u l-flussi ta’ flus assoċjati.
(27) www.regione.lazio.it
(28) ĠU Nru S/149, 4 ta’ Awwissu 2012.
(29) GURI, Nru 91, 6 ta’ Awwissu 2012.
(30) Xi vjaġġi fuq din il-linja huma merkanzija biss (ara t-Tabella 9).
(31) L-Artikolu 25(2) jiddikjara li: “Devjazzjoni pożittiva jew negattiva fil-bilanċ ekonomiku u finanzjarju tista’ tiġi kkawżata minn:
|
(a) |
ineffiċjenzi fil-ġestjoni; |
|
(b) |
komunikazzjoni skorretta minn Laziomar tas-servizzi realment ipprovduti biex jiġi determinat il-prezz annwali; |
|
(c) |
kundizzjonijiet tas-suq eċċezzjonalment sfavorevoli lil hinn mill-kontroll ta’ Laziomar, li jirriżultaw f’deterjorament fil-kundizzjonijiet operattivi u b’hekk spejjeż operatorji ogħla jew dħul aktar baxx min-nollijiet, li jwasslu għal tnaqqis fir-riżultat operattiv ta’ aktar minn 10 %. |
|
(d) |
imposti finanzjarji; |
|
(e) |
emendi għad-dispożizzjonijiet leġiżlattivi u regolatorji li jistabbilixxu kundizzjonijiet ġodda għat-twettiq tas-servizz previst fil-kuntratt; |
|
(f) |
investiment ġdid meħtieġ mir-Reġjun li għandu jitwettaq b’riżorsi pubbliċi previsti fl-Artikolu 19; |
|
(g) |
bidla fis-sistema tan-nollijiet imsemmija fl-Artikolu 3; |
|
(h) |
kundizzjonijiet tas-suq eċċezzjonalment favorevoli li jwasslu għal żieda fir-riżultat operattiv ta’ aktar minn 10 %; |
|
(i) |
żidiet fil-kost unitarju tal-persunal bħala riżultat tal-obbligi skont is-CCNL [Ftehim Kollettiv Nazzjonali dwar ix-Xogħol] u negozjar addizzjonali tal-kumpaniji; |
|
(j) |
il-politika kummerċjali applikata minn Laziomar sal-livelli massimi stabbiliti fl-Anness G ta’ dan il-kuntratt”. (Traduzzjoni mhux uffiċjali tal-Kummissjoni). |
(32) Kif stabbilit fl-Artikolu 19, il-paragrafu 13a tad-Digriet Amministrattiv 78/2009, ikkonvertit fil-Liġi 102/2009 (“il-Liġi 102/2009”), u fil-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009.
(33) Dawn l-istandards tas-sikurezza mbagħad ġew iddettaljati fid-Direttiva tal-Kunsill 98/18/KE tas-17 ta’ Marzu 1998, trasposta permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 45 tal-4 ta’ Frar 2000, tad-Direttiva 2003/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ April 2003, trasposta permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 52 tat-8 ta’ Marzu 2005 u tad-Direttiva 2003/25/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, trasposta permezz tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 65 tal-14 ta’ Marzu 2005.
(34) Il-fondi kollha (jiġifieri EUR 7 000 000) previsti skont il-paragrafu 19 tal-Artikolu 19-ter tal-Liġi tal-2009 u EUR 16 750 000 mill-fondi previsti mil-Liġi 102/2009.
(35) Il-Fond għal Żoni Sottoutilizzati (Fondo Aree Sottoutilizzate) huwa fond nazzjonali li jappoġġa l-implimentazzjoni tal-politika Reġjonali Taljana. Ir-riżorsi tiegħu jiġu allokati fil-biċċa l-kbira tagħhom għal reġjuni identifikati bħala tali mill-awtoritajiet Taljani.
(36) Gazzetta Ufficiale della Repubblica Italiana, Nru 137 tas-16 ta’ Ġunju 2009.
(37) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 tas-7 ta’ Diċembru 1992 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu) (ĠU L 364, 12.12.1992, p. 7).
(38) L-ittra ta’ avviż formali ġiet adottata fit-28 ta’ Jannar 2010 iżda kien biss l-għada li din ġiet innotifikata lill-Italja.
(39) Anki jekk it-trasferiment formali tas-sjieda ta’ Tirrenia, ta’ Toremar u ta’ Siremar ma seħħx qabel l-2012.
(40) Id-Deċiżjoni tal-2011 fiha raġunijiet għall-ftuħ tal-proċedura fir-rigward, fost l-oħrajn, tal-għajnuna mħallsa lis-sitt kumpaniji ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia fuq il-bażi tal-Konvenzjonijiet inizjali. Fiż-żmien tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-2011 (fil-5 ta’ Ottubru 2011), is-servizzi marittimi fuq ir-rotot tal-arċipelagu ta’ Pontino kienu għadhom kif ġew trasferiti minn Caremar lil Laziomar (fl-1 ta’ Ġunju 2011). Għalkemm id-Deċiżjoni tal-2011 ma tagħmilx referenza espliċita għal Laziomar, il-valutazzjoni preliminari tal-Kummissjoni tal-Konvenzjoni inizjali li tkopri r-rotot imsemmija, tapplika bl-istess mod għal Laziomar, bħala l-operatur il-ġdid ta’ dawk ir-rotot.
(41) Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.
(42) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/482/KE tat-28 ta’ Novembru 2005 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 86(2) tat-Trattat rigward għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għal servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 312, 29.11.2005, p. 67).
(43) Il-Qafas Komunitarju għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku [Traduzzjoni mhux uffiċjali] (ĠU C 297, 29.11.2005, p. 4).
(44) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3).
(45) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni: Il-Qafas tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens ta’ servizz pubbliku.
(46) L-istedina għall-preżentazzjoni tal-offerti kienet tistipula li l-fatturat totali fis-settur tat-trasport marittimu tal-offerenti potenzjali fit-tliet snin preċedenti ma setax ikun anqas minn EUR 60 miljun.
(47) Skont l-Italja, il-ħtieġa għall-kontinwità territorjali hija ta’ importanza kbira b’mod partikolari għall-gżira ta’ Ponza, li tinsab madwar 27 mil nawtiku minn Terracina u 36 mil nawtiku minn Anzio, u għandha anqas minn 3 400 abitant. Fil-fehma tagħha, konsiderazzjoni simili jenħtieġ li tapplika wkoll fir-rigward tal-gżira ta’ Ventotene, li għandha anqas minn 800 abitant.
(48) Din is-sentenza ngħatat fuq talba tal-Ministeru tal-Infrastruttura u t-Trasport dwar l-abbozz ta’ digriet leġiżlattiv dwar “Dispożizzjonijiet supplimentari u korrettivi għad-Digriet Leġiżlattiv Nru 50 tat-18 ta’ April 2016 ” (jiġifieri d-digriet korrettiv għall-Kodiċi tal-Kuntratti Pubbliċi).
(49) SA.42710 SGEI – konnessjoni marittima rapida tal-passiġġieri bejn Messina u Reggio Calabria.
(50) Ara s-Sentenza tal-24 ta’ Lulju 2003 fil-Kawża C-280/00 Altmark Trans, ECLI:EU:C:2003:415.
(51) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat tal-Unjoni Ewropea għall-kumpens mogħti għall-fornitura ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4).
(52) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/1412, il-Premessa 265.
(53) Ara, b’mod partikolari, il-Kawża 730/79 Philip Morris vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:1980:209, il-paragrafu 11; il-Kawża C-53/00 Ferring, ECLI:EU:C:2001:627, il-paragrafu 21; il-Kawża C-372/97 L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2004:234, il-paragrafu 44.
(54) Il-Kawża T-214/95 Het Vlaamse Gewest vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:1998:77.
(55) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 4055/86 tat-22 ta’ Diċembru 1986 li japplika l-prinċipju tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi tat-trasport marittimu bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi (ĠU L 378, 31.12.1986, p. 1).
(56) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/1411.
(57) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(58) Il-Kawża C-590/14 P DEI u Il-Kummissjoni vs Alouminion tis Ellados, ECLI:EU:C:2016:797, il-paragrafu 45.
(59) Il-Kawżi Magħquda T-127/99, T-129/99 u T-148/99 Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava u oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2002:59, il-paragrafu 175.
(60) Id-Deċiżjoni (UE) 2020/1411.
(61) Il-Kawża T-289/03 BUPA u oħrajn vs Il-Kummissjoni [2008] ECR II 81, il-paragrafu 96. Ara wkoll l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-Kawża C-53/00 Ferring, ECR I 9069 u l-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Jacobs fil-Kawża C-126/01, GEMO, [2003] ECR I 13769.
(62) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni C(2004) 43 – Linji Gwida Komunitarji dwar l-għajnuna mill-Istat għat-trasport marittimu (ĠU C 13, 17.1.2004, p. 3) [Traduzzjoni mhux uffiċjali].
(63) Ara l-Kawża C-205/99 Asociación Profesional de Empresas Navieras de Líneas Regulares (Analir) et vs Administración General del Estado, ECLI:EU:C:2001:107.
(64) Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni li taġġorna u tirrettifika l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interpretazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3577/92 li japplika l-prinċipju ta’ libertà li jiġu pprovduti servizzi għat-trasport marittimu fi ħdan l-Istati Membri (kabotaġġ marittimu), Brussell, COM(2014) 232 final, 22.4.2014.
(65) Ara l-Kawża T-454/13 SNCM vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2017:134, il-punti 130 u 134.
(66) Ara l-Kawża T-289/03 BUPA u oħrajn vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2008:29, il-paragrafu 186.
(67) Ara l-Kawża 66/86 Ahmed Saeed Flugreisen, ECLI:EU:C:1989:140, il-paragrafu 55; il-Kawża C-266/96 Corsica Ferries France, ECLI:EU:C:1998:306, il-paragrafu 45; il-Kawża T-17/02 Fred Olsen vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:T:2005:218, il-paragrafu 186 et seq.
(68) Il-vapuri użati fuq il-Linja T4, il-Linja A1, il-Linja A2 u l-Linja A3 ma jistgħux jittrasportaw vetturi.
(69) Għalkemm il-merkanzija tiġi ttrasportata fuq il-biċċa l-kbira tal-linji, din id-deċiżjoni tipprovdi biss informazzjoni dettaljata dwar il-merkanzija ttrasportata fuq il-Linja T3 u l-Linja T4, minħabba li l-kuntratt pubbliku ta’ servizz jiddefinixxi ż-żewġ Linji bħala rotot tal-merkanzija għat-trasport ta’ oġġetti u oġġetti speċjali.
(70) Ara l-Kawża C-205/99 Analir u oħrajn, ECLI:EU:C:2001:107, il-paragrafu 71.
(71) L-ammont totali ta’ kumpens riċevut minn Laziomar matul il-perjodu 2014-2019 kien anqas mill-ispiża netta mġarrba fil-forniment tas-servizz pubbliku, mingħajr ma jitqies l-ebda redditu fuq il-kapital.
(72) Dan jikkonċerna b’mod partikolari lil Minoan Lines Shipping, La Méridionale, Moby, Grandi Navi Veloci, Libertylines, Grimaldi Group, Corsica Ferries, SNAV, u Caronte & Tourist. Kumpaniji oħra ta' dak li kien il-Gruppo Tirrenia (pereż. Caremar, CIN, Siremar) ġew esklużi mill-grupp ta’ referenza.
(73) Id-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 1).
(74) Id-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi (ĠU L 134, 30.4.2004, p. 114).
(75) Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).
(76) Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).
(77) Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2004/18/KE.
(78) L-Artikolu 1(4) tad-Direttiva 2004/18/KE jistipula: “ ‘Konċessjoni tas-servizz’ huwa kuntratt tal-istess tip bħal kuntratt għas-servizz pubbliku minbarra li l-konsiderazzjoni għall-dispożizzjoni tas-servizzi jikkonsisti jew waħdu fid-dritt li jesplojta s-servizz jew f’dan id-dritt kif ukoll bi ħlas. ”
(79) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).
(80) Fil-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna, il-Kummissjoni tosserva li fil-kuntest tal-għajnuna mill-Istat, il-Qrati tal-Unjoni spiss jirreferu għal proċedura tal-offerti “miftuħa”. Madankollu, l-użu tal-kelma “miftuħa” ma jirreferix għal proċedura speċifika skont id-Direttivi dwar l-Akkwist Pubbliku. Għalhekk, il-Kummissjoni tqis li jkun aktar opportun li tintuża l-kelma “kompetittiva”. F’din il-Komunikazzjoni, il-Kummissjoni tinnota wkoll li dan ma huwiex qiegħed isir bl-intenzjoni li tiddevja mill-kundizzjonijiet sostantivi stabbiliti fil-ġurisprudenza.
(81) Barra minn hekk, kif spjegat aktar ’il fuq (ara l-Premessa 221), l-Artikolu 36(1) tad-Direttiva 2004/18/KE ma kienx japplika għal din is-sejħa għall-offerti. Għalhekk, l-Italja ma kellha l-ebda obbligu li tipprovdi l-kriterji tal-għażla fis-sejħa.
(82) Ara wkoll il-paragrafu 96 tal-Komunikazzjoni dwar il-Kunċett ta’ Għajnuna.
(83) Ara b’mod aktar speċifiku t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-mistoqsija 68 fid-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tagħha “Gwida dwar l-applikazzjoni tar-regoli tal-Unjoni dwar l-għajnuna mill-Istat, l-akkwist pubbliku u s-suq intern għas-servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali” tad-29 ta’ April 2013 (ara:
http://ec.europa.eu/competition/state_aid/overview/new_guide_eu_rules_procurement_mt.pdf).
(84) Għall-kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li l-każ inkwistjoni huwa differenti minn każijiet oħra fejn ġiet ippreżentata biss offerta waħda. F’dan ir-rigward u għar-raġunament speċifiku ara d-Deċiżjoni (UE) 2020/1412 (il-Premessi 404 u 405).
(85) L-ewwel sett ta’ trasferimenti ġie vvalutat fid-Deċiżjoni (UE) 2020/1412 (ara l-Premessa 418).
(86) Il-Kummissjoni se tivvaluta jekk dan kienx tabilħaqq il-każ fit-Taqsima 5.3.1.
(87) Għall-finijiet ta’ kompletezza, il-Kummissjoni tinnota li d-dispożizzjoni tranżizzjonali fl-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011, li skont din kwalunkwe skema ta’ għajnuna mdaħħla fis-seħħ qabel id-dħul fis-seħħ ta’ din id-Deċiżjoni (jiġifieri qabel il-31 ta’ Jannar 2012) li kienet kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika f’konformità mad-Deċiżjoni SGEI tal-2005, għandha tkompli tkun kompatibbli mas-suq intern u eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika għal perjodu ulterjuri ta’ sentejn (jiġifieri sat-30 ta’ Jannar 2014, din id-data inkluża). Dan ifisser li l-għajnuna li ngħatat taħt tali skema fil-perjodu bejn id-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2005 fid-19 ta’ Diċembru 2005 u d-dħul fis-seħħ tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 fil-31 ta’ Jannar 2012 titqies kompatibbli mas-suq intern iżda biss mid-data li fiha ngħatat sat-30 ta’ Jannar 2014, din id-data inkluża. Fi kwalunkwe każ, fil-każ ta’ għajnuna li ngħatat mill-31 ta’ Jannar 2012 ’il quddiem, id-dispożizzjoni tranżizzjonali tal-Artikolu 10(a) tad-Deċiżjoni SGEI tal-2011 ma hijiex applikabbli u l-valutazzjoni tal-kompatibbiltà trid issir skont id-Deċiżjoni SGEI tal-2011.
(88) L-Italja pprovdiet ukoll ċifri għall-passiġġieri biss għas-snin 2009 u 2010. Ta’ min ifakkar li r-rotot speċifiċi twettqu minn Caremar matul dak il-perjodu sal-aħħar ta’ Mejju 2011. Iċ-ċifri fl-2009 kienu 287 639 passiġġier (157 055 għal T1 u A2, 99 087 għal T2 u A3 u 31 494 għal A1) u 253 638 fl-2010 (141 300 għal T1 u A2, 86 031 għal T2 u A3 u 26 307 għal A1).
(89) Il-vapuri użati fuq il-Linja A1, il-Linja A2 u l-Linja A3 ma kinux jittrasportaw vetturi (bl-eċċezzjoni tal-Linja A1 fl-2011).
(90) Mill-2012 din ir-rotta serviet biss passiġġieri.
(91) Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/111/KE tas-16 ta’ Novembru 2006 dwar it-trasparenza tar-relazzjonijiet finanzjarji bejn l-Istati Membri u l-impriżi pubbliċi kif ukoll dwar it-trasparenza finanzjarja fi ħdan ċerti impriżi (ĠU L 318, 17.11.2006, p. 17).