|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2623 |
4.10.2024 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2623
tat-30 ta’ Lulju 2024
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-approvazzjoni u għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“il-Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(5) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u għall-kontroll tal-mard tal-annimali msemmija fl-Artikolu 5 tiegħu, inklużi r-regoli dwar in-notifika u r-rappurtar tal-mard, is-sorveljanza, il-programmi ta’ eradikazzjoni u l-istatus ta’ ħelsien mill-mard. B’mod partikolari, l-Artikolu 37(1) ta’ dak ir-Regolament jippermetti lill-Istati Membri japplikaw għand il-Kummissjoni għar-rikonoxximent ta’ status ta’ ħelsien minn mard ta’ kompartimenti għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) tiegħu (mard tal-kategorija A). |
|
(2) |
L-approċċ ta’ kompartimentalizzazzjoni previst fir-Regolament (UE) 2016/429 huwa konformi mal-istandards internazzjonali tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (“WOAH”), u b’mod partikolari l-Kapitoli 4.4. u 4.5. tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri (2) rispettivament dwar it-tqassim f’żoni u l-kompartimentalizzazzjoni, u dwar l-applikazzjoni tal-kompartimentalizzazzjoni, li huma maħsuba biex jintużaw bħala bażi mill-Membri tal-WOAH għar-regolamenti tagħhom dwar il-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali. |
|
(3) |
Filwaqt li r-regoli ġenerali għar-rikonoxximent tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri għal mard tal-kategorija A huma stabbiliti fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli supplimentari għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ tali kompartimenti. |
|
(4) |
Għal tali approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-kategorija A ta’ kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri, ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jenħtieġ li jinkludu rekwiżiti ġenerali għal tali kompartimenti, kif ukoll regoli dwar ir-responsabbiltajiet u d-dmirijiet tal-maniġer tal-kompartiment, rekwiżiti għal sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà, u rekwiżiti u proċeduri dettaljati għall-approvazzjoni ta’ tali kompartimenti mill-awtorità kompetenti, inklużi kompartimenti li jinsabu fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. |
|
(5) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/690 (3) jipprevedi li l-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti f’konformità mal-tal-Artikolu 37(4)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429 huwa stabbilit fl-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni). Ir-rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal dak il-mard tal-kategorija A jenħtieġ li jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(6) |
Sabiex jiġu evitati l-introduzzjoni u t-tixrid tal-mard fil-kategorija A f’kompartiment li jżomm l-annimali terrestri, u għall-kontroll ta’ dak il-mard tal-kategorija A fl-Unjoni, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti dettaljati f’dan ir-Regolament dwar is-sorveljanza speċifika u d-dispożizzjonijiet stretti dwar il-bijosigurtà. Jenħtieġ li r-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament jipprevedu wkoll li ċerti stabbilimenti, bħal dawk li jżommu annimali mrobbija fil-beraħ jew stabbilimenti għall-operazzjonijiet ta’ ġbir f’daqqa, li anki meta jkollhom fis-seħħ miżuri stretti ta’ bijosigurtà xorta jippreżentaw b’mod inerenti riskju akbar għat-tixrid tal-mard minħabba l-movimenti frekwenti u t-taħlit ta’ annimali ta’ kategoriji differenti jew ta’ status tas-saħħa differenti, ma jistgħux ikunu parti minn kompartiment għall-iskopijiet tal-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-mard tal-kategorija A. |
|
(7) |
L-istabbiliment u ż-żamma tal-kompartimenti speċifiċi ħielsa mill-mard għall-mard tal-kategorija A huma eżiġenti, peress li meta jiġu stabbiliti, l-operaturi jridu jiżguraw li l-popolazzjoni tal-annimali tkun protetta u li l-istatus tas-saħħa distint tagħha jiġi ppreservat fis-sitwazzjonijiet kollha, anke u speċjalment fejn ikun hemm żona ristretta għall-marda tal-kategorija A fil-viċinanza tal-kompartiment. Għalhekk, jenħtieġ li japplikaw l-aktar miżuri stretti ta’ bijosigurtà għall-komponenti kollha tal-kompartimenti, li jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà. Tali sistema teħtieġ ġestjoni stretta u għalhekk jenħtieġ li kull operatur tal-kompartiment jaħtar għal dak l-iskop maniġer tal-kompartiment b’kompiti u b’responsabbiltajiet definiti. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-operaturi li japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-kategorija A tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri jkunu konxji tar-rekwiżiti u tal-proċeduri għal tali applikazzjonijiet. Huwa għalhekk meħtieġ li jiġu stabbiliti tali rekwiżiti u proċeduri f’dan ir-Regolament. |
|
(9) |
Jenħtieġ li applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri ma tkunx permessa, filwaqt li l-kompartiment jew parti minnu jkun jinsab f’żona ristretta għal dik il-marda tal-kategorija A, minħabba d-diffikultà li jiġu stabbiliti, miżmuma u vverifikati l-pjanijiet effettivi ta’ bijosigurtà meta jkunu qed iseħħu t-tifqigħat ta’ dik il-marda tal-kategorija A fil-viċinanza tal-kompartiment. |
|
(10) |
L-Artikoli 94 sa 100 tar-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxu r-regoli u l-proċeduri ġenerali għall-approvazzjoni ta’ ċerti tipi ta’ stabbilimenti, b’mod partikolari dawk imsemmija fl-Artikolu 94(1)(e), li jinkludi l-kompartimenti. Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi ċerti proċeduri dettaljati għall-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni, għas-sospensjoni u għall-irtirar tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-kategorija A ta’ kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri. Dan huwa minħabba l-kumplessità u l-ispeċifiċità tal-miżuri ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà għall-kompartimenti u d-differenzi f’termini ta’ riskju ta’ mard tal-annimali bejn ksur fil-miżuri ta’ bijosigurtà u l-okkorrenza attwali fil-kompartiment tal-mard(a) tal-kategorija A li għalih/a ingħata l-istatus ta’ ħelsien mill-mard. |
|
(11) |
Il-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) 2016/429 huwa stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/690 u jinkludi l-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) u l-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV). Jenħtieġ li l-kompartimenti li jżommu l-pollam (il-kompartimenti tal-pollam) li jingħataw l-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-HPAI u l-NDV jissodisfaw diversi rekwiżiti speċifiċi, b’mod partikolari deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment tal-pollam, sistema komuni mmirata ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà, u sistemi ta’ protezzjoni u sorveljanza mfassla biex jindirizzaw ir-riskju tal-introduzzjoni fil-kompartiment tal-pollam ta’ dawk iż-żewġ mardiet tal-kategorija A. Jenħtieġ li tali rekwiżiti tekniċi u dettaljati speċifiċi jiġu stabbiliti f’dan ir-Regolament. |
|
(12) |
Ir-regoli stabbiliti f’dan ir-Regolament għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-mard tal-kategorija A tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri, ivarjaw mir-regoli fis-seħħ qabel id-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429. Fil-każ tal-annimali terrestri, l-użu ta’ kompartimenti tal-pollam kien permess skont id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE (4), fir-rigward tal-influwenza avjarja. Il-kompartimenti li kienu ġew approvati f’konformità ma’ dik id-Direttiva u mar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 (5), li t-tnejn li huma issa tħassru, jitqiesu li għad għandhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard approvat għall-HPAI, abbażi tad-dispożizzjonijiet tranżizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 280(3) tar-Regolament (UE) 2016/429, u fl-Artikolu 84(2)(a), tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 (6). Dawk il-kompartimenti tal-Istati Membri li huma rikonoxxuti bħala ħielsa mill-HPAI huma elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 (7). Jenħtieġ li dak l-istatus ta’ ħelsien mill-mard jinżamm għaż-żmien meħtieġ biex l-operaturi japplikaw għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-kompartimenti f’konformità ma’ dan ir-Regolament. Għalhekk, jenħtieġ li jiġu stabbiliti regoli tranżizzjonali xierqa biex tiġi żgurata tranżizzjoni bla xkiel għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard rikonoxxut eżistenti tal-kompartimenti tal-pollam li huma elenkati fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
KAPITOLU I
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 1
Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni
1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-regoli li jissupplimentaw dawk stabbiliti fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-proċeduri għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, għall-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1)(a) ta’ dak ir-Regolament (mard tal-kategorija A), tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri.
2. Il-Kapitolu II ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti u l-proċeduri li ġejjin għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri msemmi fl-Artikolu 37(1) tar-Regolament (UE) 2016/429:
|
(a) |
rekwiżiti ġenerali għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard lil tali kompartimenti; |
|
(b) |
responsabbiltajiet u dmirijiet tal-operaturi u tal-maniġers tal-kompartimenti ta’ tali kompartimenti; |
|
(c) |
sistemi komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà għal tali kompartimenti; |
|
(d) |
proċeduri għall-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ tali kompartimenti, inkluż għall-kompartimenti li jinsabu fit-territorju ta’ aktar minn Stat Membru wieħed. |
3. Il-Kapitolu III ta’ dan ir-Regolament jistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri fir-rigward tal-mard tal-kategorija A elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/690 għall-ispeċijiet u għall-kategoriji tal-annimali elenkati rilevanti.
Artikolu 2
Definizzjonijiet
Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
|
(1) |
“pjan ta’ bijosigurtà” tfisser pjan li jidentifika mogħdijiet potenzjali għall-introduzzjoni u għat-tixrid ta’ mard fi stabbiliment, u jiddeskrivi l-bijosigurtà li għandha tiġi applikata biex jittaffew ir-riskji tal-introduzzjoni u tat-tixrid ta’ mard speċifiku; |
|
(2) |
“sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà” tfisser ir-regoli komuni li jirregolaw il-funzjonament ta’ kompartiment imfassal biex jiġi żgurat l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti minnu; tinkludi r-relazzjonijiet funzjonali bejn il-komponenti kollha tal-kompartiment u l-miżuri ġenerali ta’ bijosigurtà implimentati fl-istabbilimenti, f’konformità mal-pjanijiet ta’ bijosigurtà tagħhom; |
|
(3) |
“maniġer tal-kompartiment” tfisser persuna maħtura responsabbli għas-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà tal-kompartiment; |
|
(4) |
“komponent tal-kompartiment” tfisser kwalunkwe stabbiliment li jifforma parti mill-kompartiment jew kwalunkwe bini, negozju tal-ikel jew tal-għalf, stabbilimenti tal-prodotti sekondarji tal-annimali jew impjanti oħra li jappartjenu għall-kompartiment; |
|
(5) |
“il-partijiet kollha involuti” tfisser l-operatur tal-kompartiment, il-maniġer tal-kompartiment u l-operaturi tan-negozju tal-ikel u l-għalf, il-professjonisti tal-annimali, it-trasportaturi, il-veterinarji, il-produtturi farmaċewtiċi jew il-bejjiegħa bl-imnut, jew l-operaturi ta’ industriji oħra li jipprovdu servizzi ta’ twassil ta’ annimali, prodotti jew komoditajiet oħra lill-kompartiment, jew li jirċievu annimali, prodotti jew komoditajiet oħra mill-kompartiment; |
|
(6) |
“sistema ta’ twissija bikrija” tfisser sistema għad-detezzjoni, ir-rapportar u l-komunikazzjoni f’waqthom tal-okkorrenza, l-inkursjoni jew l-emerġenza ta’ mard tal-kategorija A. |
KAPITOLU II
REKWIŻITI U PROĊEDURI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦAL MARD FIL-KATEGORIJA A TAL-KOMPARTIMENTI LI JŻOMMU L-ANNIMALI TERRESTRI
Artikolu 3
Rekwiżiti għall-għoti tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal mard tal-kategorija A lill-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri
1. L-operaturi li japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri għandhom jiżguraw li:
|
(a) |
is-sorveljanza fil-kompartiment għall-marda tal-kategorija A tikkonforma ma’:
|
|
(b) |
il-miżuri ta’ bijosigurtà fis-seħħ fil-kompartiment jikkonformaw ma’:
|
|
(c) |
l-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment:
|
|
(d) |
l-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment mhumiex:
|
2. L-operaturi li japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri għandhom jaħtru maniġer tal-kompartiment ikkwalifikat kif xieraq li għandu jiżgura:
|
(a) |
konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, il-Parti I; |
|
(b) |
li l-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment, kif ukoll il-komponenti l-oħra kollha tal-kompartiment, ikunu ġestiti skont sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà, li tikkonforma mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness I, il-Parti II; |
|
(c) |
li l-partijiet kollha involuti jikkonformaw mar-rekwiżiti tas-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà. |
Artikolu 4
Applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-mard tal-kategorija A tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri
1. L-operaturi li japplikaw mal-awtorità kompetenti għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri għandhom jissottomettu applikazzjoni għall-approvazzjoni lill-awtorità kompetenti li jkun fiha l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-istabbilimenti; |
|
(b) |
informazzjoni msemmija fl-Anness I, il-Parti III ta’ dan ir-Regolament. |
2. L-operaturi tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri ma għandhomx jissottomettu applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment għal marda tal-kategorija A, previst fil-paragrafu 1, filwaqt li l-kompartiment jew kwalunkwe komponent tiegħu jkun jinsab f’żona ristretta għall-marda tal-kategorija A.
Artikolu 5
Għoti ta’ approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri
1. L-awtorità kompetenti għandha tagħti l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal marda tal-kategorija A ta’ kompartiment li jżomm annimali terrestri soġġett għall-konformità mal-kundizzjonijiet li ġejjin biss:
|
(a) |
l-ebda wieħed mill-komponenti tal-kompartiment ma jkun jinsab f’żona ristretta jew f’żoni ristretti għall-marda tal-kategorija A; |
|
(b) |
l-informazzjoni meħtieġa f’konformità mal-Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 u msemmija fl-Anness I, il-Parti II ta’ dan ir-Regolament, dwar is-sorveljanza tal-mard li turi l-assenza tal-marda tal-kategorija A, tkun kompluta, aġġornata u preċiża; |
|
(c) |
il-maniġer tal-kompartiment ikun ivverifika li s-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà tkun fis-seħħ u li tkun biżżejjed biex tiżgura status tas-saħħa distint, permezz ta’ awditi interni u esterni dokumentati msemmija fl-Anness I, il-Parti I, il-punt (d); |
|
(d) |
il-proċedura għall-għoti tal-approvazzjoni mill-awtorità kompetenti stabbilita fl-Artikolu 99 tar-Regolament (UE) 2016/429 tkun tlestiet, inkluż spezzjoni fuq il-post mill-awtorità kompetenti jew minn korp delegat biex tiġi vverifikata l-konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament, u mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punti (a), (b) u (c) ta’ dan il-paragrafu. |
2. Meta mill-inqas komponent wieħed tal-kompartiment ikun jinsab fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor, l-awtorità kompetenti li lilha tkun ġiet ippreżentata l-applikazzjoni għandha tikkollabora mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru l-ieħor biex tiżgura l-verifika tal-konformità mal-kundizzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1, il-punt (d).
3. L-awtorità kompetenti għandha:
|
(a) |
iżżomm reġistri tal-kompartimenti approvati u l-fajls ta’ approvazzjoni tagħhom f’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) 2016/429; |
|
(b) |
tirrapporta lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe modifika fil-komponenti jew fl-istatus tas-saħħa tal-annimali tal-kompartimenti diġà rikonoxxuti mill-Kummissjoni. |
Artikolu 6
Rieżami, sospensjoni u rtirar tal-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri
1. L-awtorità kompetenti għandha tivverifika li l-kompartiment ikompli jikkonforma mal-kundizzjonijiet għall-approvazzjoni, kif stabbilit fl-Artikolu 5(1)(d), f’intervalli xierqa abbażi tal-valutazzjoni tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fiż-żona fejn jinsabu l-komponenti tal-kompartiment u abbażi tad-dokumenti u l-informazzjoni li tirċievi mingħand il-maniġer tal-kompartiment kif stabbilit fl-Anness I, il-Parti I, il-punti (f) u (g).
2. L-awtorità kompetenti għandha tissospendi jew tirtira l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti li jżommu l-annimali terrestri f’konformità mar-regoli stabbiliti fl-Artikolu 100 tar-Regolament (UE) 2016/429 u fl-Artikolu 82 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/689.
3. Meta l-awtorità kompetenti tissospendi l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri minħabba li ma jibqax jikkonforma mal-informazzjoni sottomessa f’konformità mal-Artikolu 5(1), il-punti (b) u (c), l-approvazzjoni tal-kompartiment għandha tingħata lura ladarba l-azzjonijiet korrettivi jkunu ġew ivverifikati bħala effettivi mill-awtorità kompetenti.
4. L-awtorità kompetenti għandha tirtira l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment li jżomm l-annimali terrestri f’każ ta’ tifqigħa, f’komponent ta’ dak il-kompartiment, tal-marda tal-kategorija A li għaliha jkun ingħata l-istatus ta’ ħelsien mill-mard.
5. Meta l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment tkun ġiet irtirata kif previst fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-istatus ta’ ħelsien mill-mard jista’ jingħata lura biss wara applikazzjoni ġdida f’konformità mal-Artikolu 4.
KAPITOLU III
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD TAL-KOMPARTIMENTI LI JŻOMMU L-ANNIMALI TERRESTRI FIR-RIGWARD TAL-MARD TAL-KATEGORIJA A ELENKAT FL-ANNESS II TAR-REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI (UE) 2020/690
Artikolu 7
Rekwiżiti speċifiċi relatati mal-mard tal-kategorija A elenkat fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/690 għall-kompartimenti tal-ispeċijiet u tal-kategoriji tal-annimali terrestri elenkati rilevanti
1. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Anness I, il-Parti III, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-influwenza avjarja b’patoġeniċità għolja (HPAI) tal-kompartimenti tal-pollam għandu jkun fihom li ġej:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment tal-pollam, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà tal-kompartiment tal-pollam, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 1. |
2. Minbarra l-informazzjoni msemmija fl-Anness I, il-Parti III, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-infezzjoni bil-virus tal-marda ta’ Newcastle (NDV) għall-kompartimenti tal-pollam għandu jkun fihom dan li ġej:
|
(a) |
deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment tal-pollam, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 1; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tas-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà tal-kompartiment tal-pollam, kif stabbilit fl-Anness II, il-Parti I, it-Taqsima 2; |
|
(c) |
deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif stabbilit f-Anness II, il-Parti II, it-Taqsima 2. |
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET TRANŻIZZJONALI U FINALI
Artikolu 8
Dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Il-kompartimenti tal-pollam li jkunu ġew approvati fir-rigward tal-influwenza avjarja f’konformità mar-Regolament (KE) Nru 616/2009 u li huma elenkati bħala ħielsa mill-HPAI fl-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/620, għandu jibqa’ jkollhom l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tagħhom fir-rigward tal-HPAI miżmum wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.
L-operaturi ta’ dawk il-kompartimenti tal-pollam għandhom japplikaw għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard għall-HPAI f’konformità mal-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament fi żmien 12-il xahar minn dik id-data, inkella l-awtorità kompetenti għandha tirtira l-approvazzjoni tagħhom fi tmiem dak il-perjodu.
Artikolu 9
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Lulju 2024.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/690 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-mard elenkat soġġett għal programmi ta’ sorveljanza tal-Unjoni, l-ambitu ġeografiku ta’ tali programmi u l-mard elenkat li għalih jista’ jiġi stabbilit l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartimenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 341, ELI:http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/690/oj).
(4) Id-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE tal-20 ta’ Diċembru 2005 dwar miżuri Komunitarji għall-kontroll tal-influwenza avjarja u li tħassar id-Direttiva 92/40/KEE (ĠU L 10, 14.1.2006, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2005/94/oj).
(5) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 616/2009 tat-13 ta’ Lulju 2009 li jimplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2005/94/KE dwar l-approvazzjoni ta’ kompartimenti għat-tjur u ta’ kompartimenti ta’ għasafar tal-gaġġa oħrajn fir-rigward tal-influwenza avjarja u miżuri ta’ bijosikurezza preventivi addizzjonali f’kompartimenti simili (ĠU L 181, 14.7.2009, p. 16, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/616/oj).
(6) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/689 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għas-sorveljanza, għall-programmi ta’ eradikazzjoni u għall-istatus ta’ ħelsien mill-mard għal ċertu mard elenkat u emerġenti (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 211, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/689/oj).
(7) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/620 tal-15 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard u tal-istatus ta’ mingħajr tilqim ta’ ċerti Stati Membri jew taż-żoni jew il-kompartimenti tagħhom fir-rigward ta’ ċertu mard elenkat, u rigward l-approvazzjoni ta’ programmi ta’ eradikazzjoni għal dak il-mard elenkat (ĠU L 131, 16.4.2021, p. 78, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/620/oj).
ANNESS I
REKWIŻITI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦALL-MARD TAL-KOMPARTIMENTI LI JŻOMMU L-ANNIMALI TERRESTRI
PARTI I
MANIĠER TAL-KOMPARTIMENT
Il-maniġer tal-kompartiment imsemmi fl-Artikolu 3(2) għandu:
|
(a) |
jissorvelja u jimmonitorja l-attivitajiet tal-kompartiment fir-rigward tal-istatus tas-saħħa tiegħu; |
|
(b) |
jiġbor id-dokumentazzjoni meħtieġa għall-applikazzjoni mill-operatur għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartiment kif imsemmi fl-Artikolu 4; |
|
(c) |
jaċċerta li l-kompartiment jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
(d) |
jiżgura li jsir awditjar intern b’mod regolari minn persunal imħarreġ, u li mill-inqas darba fis-sena, jsiru awditi esterni minn parti terza kkuntrattata, biex jivverifikaw il-konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-punt (c); |
|
(e) |
ikun responsabbli għall-validazzjoni jew għar-rifjut tar-rapporti tal-awditi msemmija fil-punt (d); |
|
(f) |
iżomm ir-rapporti tal-awditi msemmija fil-punt (e) disponibbli għall-awtorità kompetenti; |
|
(g) |
jiżgura li tittieħed azzjoni immedjata biex jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas ta’ konformità mar-rekwiżiti elenkati fil-punt (c) żvelati mill-awditi msemmija fil-punt (d) jew mill-kontrolli uffiċjali, u jżomm rekords tal-azzjonijiet korrettivi u tal-verifika tal-implimentazzjoni u tal-effettività tagħhom; |
|
(h) |
iżomm l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni dwar is-sorveljanza tal-mard u l-bijosigurtà aġġornati, u jagħmilhom disponibbli għall-awtorità kompetenti fuq talba; |
|
(i) |
jinforma lill-awtorità kompetenti dwar l-avvenimenti tas-saħħa tal-annimali, il-problemi ta’ funzjonament, il-ksur tal-bijosigurtà, il-modifiki tal-istabbilimenti jew tal-pjanijiet ta’ bijosigurtà jew ta’ sorveljanza, jew kwalunkwe kwistjoni oħra li tista’ taffettwa l-approvazzjoni tal-kompartiment. |
PARTI II
SISTEMA KOMUNI TA’ ĠESTJONI TAL-BIJOSIGURTÀ TA’ KOMPARTIMENT
Is-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà ta’ kompartiment kif imsemmija fl-Artikolu 3(2)(b), għandha tinkludi mill-inqas l-elementi li ġejjin:
|
(a) |
deskrizzjoni tal-miżuri ġenerali tas-saħħa tal-annimali u tal-bijosigurtà applikati kif previst fl-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/429, li għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
|
(b) |
pjan għat-tagħmir u r-riżorsi umani allokati għall-ġestjoni tal-bijosigurtà, inkluż pjan ta’ taħriġ għall-professjonisti tal-annimali u persunal ieħor tal-kompartiment biex ikollhom l-għarfien meħtieġ dwar is-saħħa tal-annimali, speċjalment fir-rigward tal-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment; |
|
(c) |
attivitajiet ta’ sensibilizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-partijiet involuti kollha; |
|
(d) |
sistema ta’ implimentazzjoni dokumentata ta’ pjan għall-iġjene tal-persunal, inkluż prattiki iġjeniċi ġenerali u speċifiċi, taħriġ ġenerali u speċifiku għall-persunal permanenti u temporanju u l-proċedura għall-kontroll ta’ dak il-pjan tal-iġjene; |
|
(e) |
analiżi tar-riskju għal kull marda tal-kategorija A li għaliha tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartiment, u l-ispeċijiet u l-kategoriji tal-annimali terrestri relatati, li għandhom jiġu ddokumentati u magħmula disponibbli għall-awtorità kompetenti, u għandhom:
|
|
(f) |
sistema ta’ traċċabbiltà li tkun tista’ ssegwi l-movimenti tal-annimali tal-kompartiment matul l-istadji kollha tal-ħajja tagħhom fil-kompartiment, u tiddokumenta l-movimenti kollha ta’ dawn l-annimali u tal-prodotti tagħhom bejn l-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment, kif ukoll il-post tal-oriġini tagħhom meta jidħlu fil-kompartiment u d-destinazzjoni tagħhom meta jitilqu mill-kompartiment; |
|
(g) |
sistema ta’ dokumentazzjoni għall-inputs u l-outputs kollha tal-oġġetti u tas-servizzi minn kull komponent tal-kompartiment u lejh; |
|
(h) |
il-pjanijiet speċifiċi ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment, b’evalwazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-effettività tagħhom kontra l-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard; il-pjanijiet ta’ bijosigurtà għandhom jiġu aġġornati filwaqt li jitqiesu r-riskji vvalutati msemmija fil-punt (e), għandhom jindikaw jekk twettaqx jew le t-tilqim kontra l-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, b’deskrizzjoni tal-iskemi ta’ tilqim relatati, u għandhom jinkludu l-pjanijiet ta’ emerġenza biex jirrispondu għal ksur maġġuri tal-bijosigurtà, inklużi suspetti jew il-każijiet tal-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard; |
|
(i) |
pjan li jirregola u jirreġistra l-movimenti ta’ kwalunkwe persuna li tidħol jew toħroġ mill-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment, li jiddistingwi l-persuni jew il-viżitaturi awtorizzati u mhux awtorizzati, inkluż deskrizzjoni tal-barrieri fiżiċi li jiddefinixxu b’mod ċar il-perimetri tal-bini ta’ dawk l-istabbilimenti, u tas-sinjali, tal-bibien imsakkra u tad-daħliet għall-bini; il-viżitaturi esterni, inklużi l-awdituri jew l-ispetturi, ma jridux ikunu ġew f’kuntatt mal- annimali suxxettibbli għall-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard, għal perjodu ta’ żmien definit qabel ma jidħlu f’wieħed minn dawk l-istabbilimenti; |
|
(j) |
pjan li jirregola u jirreġistra l-movimenti ta’ kwalunkwe vettura lejn, ’il barra minn jew bejn l-istabbilimenti li jiffurmaw parti mill-kompartiment, inkluż il-vetturi privati u dawk tal-konsenja tal-annimali, tal-għalf, tat-tagħmir jew ta’ provvisti oħra; |
|
(k) |
deskrizzjoni tal-punti kritiċi kollha u tal-ksur possibbli fil-bijosigurtà, u jekk ksur partikolari għandux jitqies bħala ksur minuri jew maġġuri; |
|
(l) |
deskrizzjoni tal-azzjonijiet korrettivi li għandhom jittieħdu, u tal-miżuri biex tiġi vvalutata l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet korrettivi; |
|
(m) |
il-proċeduri biex l-awtorità kompetenti tiġi infurmata bl-avvenimenti tas-saħħa tal-annimali, bil-problemi funzjonali, ksur tal-bijosigurtà, modifiki tal-komponenti jew tal-pjanijiet tal-kompartiment, jew kwalunkwe kwistjoni oħra li tista’ taffettwa l-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartiment. |
PARTI III
DESKRIZZJONI TA’ KOMPARTIMENT
Minbarra l-informazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 96(1) tar-Regolament (UE) 2016/429 għall-istabbilimenti, l-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard kif imsemmi fl-Artikolu 4 ta’ dan ir-Regolament għandhom jinkludu l-informazzjoni li ġejja:
|
(a) |
isem il-maniġer tal-kompartiment, il-kwalifiki u l-pożizzjoni tal-maniġer tal-kompartiment, id-dettalji ta’ kuntatt u l-indirizz tal-kompartiment; |
|
(b) |
deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment inkluż il-komponenti kollha tiegħu, inkluż dawn li ġejjin:
|
|
(c) |
deskrizzjoni tas-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà; |
|
(d) |
il-pjanijiet ta’ bijosigurtà tal-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment; |
|
(e) |
il-mard(a) tal-kategorija A li għalih(a) tkun saret applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartiment, u informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri, il-kriterji u r-rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza tal-mard ibbażata fuq ir-riskju maħsuba biex jintwera l-istatus ta’ ħelsien mill-mard tal-kompartiment; |
|
(f) |
ir-riżultati tas-sorveljanza li juru n-nuqqas tal-mard(a) tal-kategorija A msemmija fil-punt (e) għal perjodu ta’ mill-inqas is-6 xhur preċedenti qabel id-data tal-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard. |
ANNESS II
REKWIŻITI SPEĊIFIĊI GĦALL-APPROVAZZJONI TAL-ISTATUS TA’ ĦELSIEN MILL-MARD GĦALL-HPAI JEW L-NDV TAL-KOMPARTIMENTI TAL-POLLAM
PARTI I
TAQSIMA 1
Deskrizzjoni dettaljata tal-kompartiment tal-pollam li għandha tiġi inkluża fl-applikazzjoni
|
1. |
Id-deskrizzjoni tal-kompartiment kif prevista fl-Anness I, il-Parti III għandu jkun fiha d-dettalji dwar it-tipi ta’ stabbilimenti tal-pollam li jiffurmaw parti mill-kompartiment, kif ukoll tal-faċilitajiet tal-ipproċessar tal-għalf jew tal-ħżin tal-għalf, ta’ faċilitajiet oħra tal-ħżin tal-materjali, tal-biċċeriji u tal-impjanti tal-ipproċessar u ta’ kwalunkwe impjant ieħor li jista’ jkun fih il-pollam, il-prodotti tal-pollam u l-prodotti sekondarji tal-pollam. |
|
2. |
Barra minn hekk, l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tal-istatus ta’ ħelsien mill-mard ta’ kompartiment tal-pollam għandha tinkludi mill-inqas dan li ġej:
|
TAQSIMA 2
Sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà ta’ kompartiment tal-pollam
|
1. |
Minbarra l-elementi stabbiliti fl-Anness I, il-Parti II, taħt is-sistema komuni ta’ ġestjoni tal-bijosigurtà, il-pjanijiet speċifiċi ta’ bijosigurtà ta’ kull stabbiliment tal-pollam li jifforma parti minn kompartiment tal-pollam għandhom jinkludu mill-inqas dan li ġej:
|
|
2. |
Il-pjanijiet speċifiċi tal-bijosigurtà tal-istabbilimenti li jiffurmaw parti minn kompartiment tal-pollam għandhom jiġu aġġornati f’konformità mal-punt (h) tal-Parti II tal-Anness I, b’mod partikolari meta tkun uffiċjalment suspettata jew ikkonfermata tifqigħa tal-HPAI jew tal-NDV fl-Istat Membru jew fiż-żona fejn ikun jinsab wieħed mill-komponenti tal-kompartiment jew aktar. |
PARTI II
TAQSIMA 1
Miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-HPAI
|
1. |
L-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment tal-pollam għandhom jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 3(1)(c)(i) ta’ dan ir-Regolament, u jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-imfaqas stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 (1) jew mar-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jżommu l-pollam, stabbiliti fl-Artikolu 8 tiegħu. Barra minn hekk, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
2. |
Is-sorveljanza msemmija fl-Anness I, il-Parti I, il-punt (c)(iii), għandha tiġi stabbilita taħt ir-responsabbiltà tal-maniġer tal-kompartiment, u għandha tinkludi sorveljanza passiva u attiva kontinwa biex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni fl-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment tal-pollam. Barra minn hekk, għandu jkun hemm konformità mar-rekwiżiti li ġejjin:
|
|
3. |
Is-sistema ta’ twissija bikrija msemmija fil-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2(c) għandha tkun ibbażata fuq protokoll bil-miktub li jispeċifika l-proċeduri ta’ rapportar. Din għandha tiġi adattata għall-ispeċijiet tal-pollam preżenti fil-kompartiment u għas-suxxettibbiltà tagħhom għall-HPAI, u għandha:
|
|
4. |
Id-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness I, il-Parti I, il-punt (h) għandha:
|
TAQSIMA 2
Miżuri speċifiċi ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza għall-NDV
|
1. |
L-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment tal-pollam għandhom jiġu approvati f’konformità mal-Artikolu 3(1)(c) ta’ dan ir-Regolament u jikkonformaw mar-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-imfaqas stabbiliti fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2019/2035 jew mar-rekwiżiti għall-għoti tal-approvazzjoni tal-istabbilimenti li jżommu l-pollam stabbiliti fl-Artikolu 8 tiegħu. Flimkien ma’ dawn:
|
|
2. |
Is-sorveljanza msemmija fl-Anness I, il-Parti I, il-punt (c)(iii) għandha tiġi stabbilita taħt ir-responsabbiltà tal-maniġer tal-kompartiment u għandha tinkludi sorveljanza passiva u attiva kontinwa biex jintwera n-nuqqas ta’ infezzjoni fl-istabbilimenti kollha li jiffurmaw parti mill-kompartiment tal-pollam:
|
|
3. |
Is-sistema ta’ twissija bikrija msemmija fil-Parti I, it-Taqsima 1, il-punt 2(c) għandha tkun ibbażata fuq protokoll bil-miktub li jispeċifika l-proċeduri ta’ rapportar. Din għandha tiġi adattata għall-ispeċijiet tal-pollam preżenti fil-kompartiment tal-pollam u s-suxxettibbiltà tagħhom għall-NDV, u għandha:
|
|
4. |
Id-dokumentazzjoni msemmija fl-Anness I, il-Parti I, il-punt (h) għandha:
|
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2019/2035 tat-28 ta’ Ġunju 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-regoli għall-istabbilimenti li jżommu l-annimali terrestri u l-imfaqas, u t-traċċabbiltà ta’ ċerti annimali terrestri miżmuma u tal-bajd għat-tifqis (ĠU L 314, 5.12.2019, p. 115, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2019/2035/oj).
(2) Ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 95, 7.4.2017, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2017/625/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/2623/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)