Protokoll dwar il-kondizzjonijiet u l-arranġamenti għall-ammissjoni tar-Repubblika tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-Unjoni Ewropea - IT-TIENI PARTI: AĠĠUSTAMENTI LILL-KOSTITUZZJONI - TITOLU I:DISPOSIZZJONIJIET INTERISTITUZZJONALI - Artikolu 11
Official Journal L 157 , 21/06/2005 P. 0032 - 0033
Artikolu 11 Il-Protokoll Nru 5 dwar l-Istatut tal-Bank Ewropew ta' l-Investiment, anness mal-Kostituzzjoni, b'dan jiġi emendat kif ġej: 1. Fl-Artikolu 4(1), l-ewwel subparagrafu: (a) is-sentenza introduttiva għandha tiġi mibdula b'dan li ġej: "1. Il-kapital tal-Bank għandu jkun 164795737000 euro, sottoskritt mill-Istati Membri kif ġej [***]: (b) dan li ġej għandu jiġi inserit bejn l-entrati għall-Irlanda u s-Slovakkja: "Rumanija 846000000"; u (ċ) dan li ġej għandu jiġi inserit bejn l-entrati għas-Slovenja u l-Litwanja: "Bulgarija 296000000". 2. Fl-Artikolu 9(2), l-ewwel, it-tieni u t-tielet paragrafi għandhom jiġu mibdula b'dan li ġej: "2. Il-Bord tad-Diretturi għandu jikkonsisti minn tmienja u għoxrin direttur u tmintax-il direttur alternat. Id-Diretturi għandhom jiġu maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin, b'kull Stat Membru jinnomina wieħed. Wieħed għandu wkoll jiġi nominat mill-Kummissjoni. Id-diretturi alternati għandhom jiġu maħtura mill-Bord tal-Gvernaturi għal ħames snin kif jidher hawn taħt: - żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, - żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Franċiza, - żewġ diretturi alternati nominati mir-Repubblika Taljana, - żewġ diretturi alternati nominati mir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta' Fuq, - direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju ta' Spanja u r-Repubblika Portugiża, - direttur alternat nominat bi qbil komuni bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju ta' l-Olanda, - żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Ellenika, l-Irlanda u r-Rumanija, - żewġ diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika ta' l-Estonja, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika ta' l-Awstrija, ir-Repubblika tal-Finlandja u r-Renju ta' l-Isvezja, - tliet diretturi alternati nominati bi qbil komuni bejn ir-Repubblika tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika ta' Ċipru, ir-Repubblika ta' l-Ungerija, ir-Repubblika ta' Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika Slovakka, - direttur alternat nominat mill-Kummissjoni.". [***] Il-figuri kwotati għall-Bulgarija u r-Rumanija huma indikattivi u bbażati fuq id-data ta' l-2003 pubblikata mill-Eurostat."; --------------------------------------------------