|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/2200 |
6.9.2024 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/2200
tal-4 ta’ Settembru 2024
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/996 li tistabbilixxi l-ECCSEL ERIC
(notifikata bid-dokument C(2024) 5833)
(It-testi bil-Franċiż, bl-Ingliż, bl-Olandiz u bit-Taljan biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
|
(2) |
Il-Laboratorju Ewropew għall-Qbid u l-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju ġie stabbilit bħala Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ECCSEL ERIC) bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/996 (3). |
|
(3) |
Fit-30 ta’ Marzu 2023, l-ECCSEL ERIC ressaq proposta lill-Kummissjoni biex temenda l-Istatuti tiegħu f’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 11(4) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, daħlu fis-seħħ xi emendi fir-rigward tal-Politika tad-Data, l-aġġornament tal-kontribuzzjoni u d-distribuzzjoni tal-baġit, l-aġġustament tal-kliem biex jittieħed kont tal-estensjoni mitluba tal-kamp ta’ applikazzjoni, u anke korrezzjonijiet grammatikali minuri, mingħajr bidliet sostantivi. |
|
(5) |
Xi emendi, li jestendu l-kamp ta’ applikazzjoni tal-ECCSEL ERIC ħalli jiġu inklużi s-sistemi tal-enerġija tas-sottosuperfiċe sostenibbli allinjati għal soċjetà b’emissjonijiet tal-karbonju żero netti, l-introduzzjoni ta’ bidliet żgħar fil-Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika, fil-Politika ta’ Aċċess għall-Utenti, fil-Politika dwar it-Tixrid u fil-Politika dwar id-Drittijiet tal-Proprjetà Intellettwali, jeħtieġu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Istatuti tal-ECCSEL ERIC annessi mad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/996 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża, lir-Repubblika Taljana, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Renju tan-Norveġja u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u lill-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Settembru 2024.
Għall-Kummissjoni
Iliana IVANOVA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 206, 8.8.2009, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/723/oj.
(2) Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/755/oj).
(3) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/996 tad-9 ta’ Ġunju 2017 li tistabbilixxi l-Laboratorju Ewropew għall-Ġbir u għall-Ħżin tad-Diossidu tal-Karbonju — Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ECCSEL ERIC) (ĠU L 149, 13.6.2017, p. 91, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2017/996/oj).
ANNESS
L-Istatuti tal-ECCSEL ERIC annessi mad-Deċiżjoni 2017/996/UE huma emendati kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
L-Artikolu 11 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
L-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
|
(4) |
L-Artikolu 17(2) huwa sostitwit b’dan li ġej: “2. Il-kuntratti ta’ impjieg għandhom ikunu soġġetti għad-drittijiet u għar-regolamenti applikabbli tal-pajjiż li fih ikun impjegat il-membru tal-persunal jew għad-drittijiet tal-pajjiż fejn jitwettqu l-attivitajiet tal-ECCSEL ERIC. Il-pożizzjonijiet vakanti tal-ECCSEL ERIC għandhom jiġu ppubblikati b’mod internazzjonali kif xieraq.” |
|
(5) |
L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 18 Politika ta’ Aċċess għall-Utenti” 1. Parti sostanzjali miż-żmien għar-riċerka disponibbli għal kull faċilità nazzjonali li tieħu sehem fl-infrastruttura tal-ECCSEL għandha tiġi offruta lill-komunità tar-riċerka internazzjonali. L-Assemblea Ġenerali għandha tirriżerva sehem miż-żmien tal-aċċess disponibbli għar-riċerkaturi minn stati li mhumiex Membri tal-ECCSEL ERIC. 2. L-ECCSEL ERIC u s-sidien tal-faċilitajiet tar-riċerka għandhom jidħlu fi ftehimiet individwali relatati ma’ kemm ikun kbir is-sehem taż-żmien għar-riċerka disponibbli li jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-komunità internazzjonali tar-riċerka u l-kundizzjonijiet għall-aċċess. 3. L-aċċess għall-faċilitajiet tal-ECCSEL ERIC għandu jkun miftuħ għar-riċerkaturi, għax-xjenzjati u għall-istudenti. L-għoti tal-aċċess appoġġat mill-ECCS għandu jkun ibbażat fuq il-kompetizzjoni u fuq ir-rieżami bejn il-pari tal-applikazzjonijiet wara proċedura ġusta u trasparenti. Il-kriterji ewlenin għall-kompetizzjoni għandhom ikunu l-eċċellenza xjentifika u l-importanza b’rabta mal-istrateġiji tal-ECCSEL ERIC, skont kif tiddeċiedi l-Assemblea Ġenerali. 4. L-ECCSEL ERIC jista’ jistabbilixxi sistema għall-awtentifikazzjoni u għall-awtorizzazzjoni li tiżgura li jkunu biss persuni li huma intitolati jaċċessaw faċilità li jitħallew jidħlu u jużawha. L-ECCSEL ERIC jsita’ jiddeċiedi li l-Membri u l-Osservaturi jeħtiġilhom jaderixxu ma’ tali sistema biex ir-riċerkaturi jingħataw aċċess. 5. Politika dwar l-Aċċess dettaljata applikabbli għall-utenti, approvata mill-Assemblea Ġenerali, għandha tkun disponibbli għall-pubbliku.” |
|
(6) |
L-Artikolu 19 huwa emendat kif ġej:
|
|
(7) |
L-Artikolu 20 huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikoli 21 sa 26 huma nnumerati mill-ġdid bħala l-Artikoli 22 sa 27. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2024/2200/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)