|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/2482 |
28.4.2025 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/820, u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/822 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
(C/2025/2482)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/820 (2), u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2025/822 (4) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi deżinjati ddeċieda li l-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Annessi msemmijin hawn fuq għandhom ikomplu jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma. Ir-raġunijiet għall-elenkar tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (irreferi għall-Artikolu 4b tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jibagħtu talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li jiġu inklużi fil-listi msemmijin hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, qabel it-3 ta' Novembru 2025 fl-indirizz li ġej:
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
General Secretariat |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Ser jittieħed kont ta' kwalunkwe osservazzjoni rċevuta għall-fini tar-rieżami perjodiku tal-Kunsill, f'konformità mal-Artikolu 12 tad-Deċiżjoni 2013/184/PESK u l-Artikolu 4i(4) tar-Regolament (UE) Nru 401/2013.
L-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li jikkontestaw id-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u fl-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 111, 23.4.2013, p. 75.
(2) ĠU L, 2025/820, 28.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/820/oj.
(4) ĠU L, 2025/822, 28.4.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/822/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/2482/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)