22.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 341/86


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 121/2011

tal-21 ta’ Ottubru 2011

li temenda l-Anness XX (Ambjent) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XX tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 93/2011 tal-20 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(3)

Id-Direttiva 2008/50/KE tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE (3), id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE (4), id-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5), id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE (7), li huma inkorporati fil-Ftehim u li għandhom għalhekk jiġu mħassra mill-Ftehim,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness XX tal-Ftehim jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiddaħħal wara l-punt 14b (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE):

“14c.

32008 L 0050: id-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja iktar nadifa għall-Ewropa (ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1).”

2.

It-testi tal-punti 13d (id-Direttiva 2000/69/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill), 13e (id-Direttiva tal-Kunsill 1999/30/KE), 14a (id-Direttiva tal-Kunsill 96/62/KE), 14b (id-Deċiżjoni tal-Kunsill 97/101/KE) u 21ag (id-Direttiva 2002/3/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) jitħassru.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2008/50/KE bil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom ikunu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Novembru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE, ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Ottubru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)   ĠU L 262, 6.10.2011, p. 65.

(2)   ĠU L 152, 11.6.2008, p. 1.

(3)   ĠU L 296, 21.11.1996, p. 55.

(4)   ĠU L 163, 29.6.1999, p. 41.

(5)   ĠU L 313, 13.12.2000, p. 12.

(6)   ĠU L 67, 9.3.2002, p. 14.

(7)   ĠU L 35, 5.2.1997, p. 14.

(*1)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.