31990D0495



Official Journal L 276 , 06/10/1990 P. 0037 - 0039
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 34 P. 0174
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 34 P. 0174


Deċiżjoni Tal-kunsill

ta' l-24 ta' Settembru 1990

li tintroduċi miżura finanzjarja Komunitarja bil-ħsieb ta' l-eradikazzjoni ta' infectious haemopoietic necrosis ta' salmonidi fil-Komunità

(90/495/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikulari Artikolu 43 miġjub fih,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/424/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar in-nefqa fil-qasam veterinarju [1], u partikolarment Artikolu 23(4) miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [3],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [4],

Billi infectious haemopoietic necrosis (IHN) ta' salmonidi hija marda virali li tittieħed ħafna li tista’ tikkawża telf fil-qligħ importanti ħafna għall-irziezet;

Billi huwa meħtieġ, l-ewwel nett, li jiġu preskritti miżuri ta' sorveljanza xierqa sabiex jinkiseb it-tagħrif meħtieġ biex jiġu mplimentati miżuri possibbli għall-eliminazzjoni tal-marda;

Billi huwa xieraq li l-Istati Membri jippreżentaw pjan ta' eradikazzjoni;

Billi l-gġajnuna finanzjarja tal-Komunità se tikkonsisti minn ħlas lura parzjali tan-nefqa miġrura mill-Istati Membri għal operati ta' teħid ta' kampjuni u l-eżamijiet laboratorji meħtieġa;

Billi l-miżuri jridu jiġu adottati wara proċedura li fiha l-Istati Membri u l-Kummissjoni jaġixxu f’ assoċjazzjoni mill-viċin,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Tliet xhur wara l-adozzjoni ta' din id-Deċiżjoni, l-Istati Membri jridu jissottomettu pjan għal stima, permezz ta' stħarriġ epidemjoloġiku mwettaq fit-territorju tagħhom, ir-rata ta' infezzjoni fil-Komunità ta' infectious haemopoietic necrosis (IHN) u viral haemorrhagic septicaemia (VHS).

Artikolu 2

Għall-għanijiet ta' din id-Deċiżjoni:

1. "razzett" għandu jfisser kull stabbiliment jew, b'mod ġenerali, xi stallazzjoni ġeografikament definita fejn salmonidi huma mrobbija jew miżmuna bil-ħsieb li jiġu mqegħda fuq is-suq;

2. "laboratorju approvat" għandu jfisser laboratorju li jinstab fit-territorju ta' Stat Membru, nominat mill-awtorita kompetenti, taħt ir-reponsabbilta tiegħu, sabiex iwettaq l-eżamijiet provvduti f' din id-Deċiżjoni;

Artikolu 3

Il-pjan riferit f'Artikolu 1 għandu jipprovdi għal:

1. l-awtoritajiet ċentrali li jridu jimlimentaw u jikordinaw il-pjan;

2. ir-reġistrazzjoni ta' rziezet imqabbda fit-trobbija tas-salmonid;

3. il-monitorjar ta' movimenti ta' salmonid;

4. it-teħid ta' kampjuni għas-sejba ta' virus u/jew seroloġika fuq l-irziezet mqabbda fit-trobbija tas-salmonid; in-numru ta' kampjuni li jridu jittieħdu trid tiddependi fuq is-sitwazzjoni tas-saħħa tal-annimal;

5. it-trasferiment ta' kampjuni għal laboratorju approvat għas-sottomissjoni għal eżami voroloġiku u/jew seroloġiku għas-sejba ta' IHN u, fejn rilevanti, viruses VHS;

6. l-ispejjeż unit stmati għat-teħid ta' kampjuni u għall-eżami tal-laboratorju, kif ukoll spejjeż totali stamati għat-twettieq tal-operati.

Artikolu 4

Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet mfassla mill-Istati Membri sabiex taċċerta ruħha jekk jilħqux il-kondizzjonijiet għall-approvazzjoni tagħhom jew jekk għandhomx jiġu b’ xi mod emendati.

Il-pjanijiet, inklużi xi emendi għalihom, għandhom jiġi approvati bi qbil mal-proċedura provvduta f'Artikolu 10.

Artikolu 5

Il-miżura provvduta f'din id-Deċiżjoni għandha tikkwalifika għal għajnuna finanzjarja mill-Komunità.

Artikolu 6

1. Għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tiġi konċessa għal perjodu ta' sena mid-data fissata mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet tagħha li japprovaw il-pjanijiet riferiti f'Artikolu 1.

2. L-għajnuna stmata li trid titħallas mill-estimi tal-Komunità taħt il-Kapitolu li jkopri n-nefqa li għandha x’ taqsam ma’ l-agrikoltura għandha tkun ta' 2 miljun ECU għat-tul tal-perjodu provvdut f’ paragrafu 1.

Artikolu 7

1. Fuq kondizzjoni li l-miżuri preskritti kollha huma applikati u huma f' konformità mal-pjan approvat skond Artikolu 4, in-nefqa miġrura mill-Istati Membri skond il-punti 4 u 5 ta' Artikolu 3 għandhom jikkwalifikaw għal għajnuna finanzjarja Komunitarja fil-limiti stabbiliti f'Artikolu 6.

2. Il-Komunità għandha tħallas lura 50 % tan-nefqa riferita f' paragrafu 1.

3. Ir-regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 10.

Artikolu 8

1. Applikazzjonijiet għal pagament għandhom ikollhom x' jaqsmu man-nefqa miġrura mill-Istati Membri matul is-sena tal-kalendarju u għandhom jiġu sottomessi lill-Kummissjoni qabel l-1 ta' Lulju tas-sena ta' wara.

2. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi fuq għajnuna wara li tikkonsulta mal-Kumitat riferit f'Artikolu 10.

3. Ir-regoli għall-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati, kif meħtieġ, skond il-proċedura preskritta f'Artikolu 10.

Artikolu 9

Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 [5], kif l-aħħar emendati bir-Regolament (KEE) Nru 2048/88 [6], għandhom jgħoddu mutatis mutandis.

Artikolu 10

1. Fejn il-proċedura preskritta f'dan l-Artikolu trid tintuża, il-materja għandha tiġi riferita mingħajr dewmien lill-Kumitat Veterinarju Permanenti mill-President tiegħu, jew fuq l-inizjattiva tiegħu nnifsu jew fuq it-talba ta' Stat Membru, mfassal mid-Deċiżjoni 68/381/KEE [7].

2. Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti lill-kumitat abbozz tal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu fuq l-abbozz f'limitu taż-żmien li l-president tiegħu jippreskrivi skond l-urġenza tal-materja. L-opinjoni għandha tingħata bil-maġġoranza preskritta f'Artikolu 148(2) tat-Trattat fil-każ tad-Deċiżjonijiet li l-Kunsill ikun meħtieġ li jadotta fuq proposta mill-Kummissjoni. Il-voti tar-rappreżentanti tal-Istati Membri ġewwa l-kumitat għandhom jitwieżnu fil-manjiera dikjarata f'dan l-Artikolu. Il-President m'għandux jivvota.

3. Il-Kummissjoni għandha taddotta il-miżuri maħsuba jekk huma skond l-opinjoni tal-kumitat.

4. Jekk il-miżuri previsti ma humiex bi qbil ma' l-opinjoni tal-kumitat, jew jekk ma tingħata l-ebda opinjoni, il-Kummissjoni għandha, mingħajr dewmien, tissottometti lill-Kunsill proposta li jkollha x'taqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu. Il-Kunsill għandu jaġixxi b'maġġoranza kwalifikata.

Jekk, fit-temma ta' żmien ta' perjodu ta' tliet xhur mid-data ta' riferenza lill-Kunsill, il-Kunsill ma jkunx aġixxa, il-miżuri proposti għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni.

Artikolu 11

Esperti mill-Kummissjoni jistgħu, waqt li jkunu qed jaħdmu flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti, jwettqu spezzjonijiet fuq il-post biex jiżguraw li l-pjanijiet riferiti f'Artikolu 1 qed jiġu applikati.

Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-Istati Membri fil-kumitat riferit f'Artikolu 10 bir-riżultati tal-pjanijiet fid-dawl tat-tagħrif provvdut mill-Istati Membri, li għandhom jissottomettu lill-Kummissjoni rapport flimkien ma’ l-applikazzjonijiet għall-ħlas u xi rapporti minn esperti li, huma u jaġixxu f’ isem il-Komunità u maħtura mill-Kummissjoni, jkunu wettqu spezzjonijiet fuq il-post.

Artikolu 12

Fuq il-bażi ta' riżultati ta' stħarriġ riferit f'Artikolu 1, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport, flimkien ma' xi proposti jew deċiżjonijiet xierqa fil-qafas ta' Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni 90/424/KEE.

Artikolu 13

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Settembru 1990.

Għall-Kunsill

Il-President

V. Saccomandi

[1] ĠU L 224, tat-18.8.1990, p. 19.

[2] ĠU Ċ 327, tat- 30.12.1989, p. 59.

[3] ĠU Ċ 113, tas- 7.5.1990, p. 219.

[4] ĠU Ċ 124, tal- 21.5.1990, p. 3.

[5] ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.

[6] ĠU L 185, tal-15.7.1988, p. 1.

[7] ĠU L 255, tat-18.10.1968, p. 23.

--------------------------------------------------