Subject of the case
Parti operattiva

Subject of the case

Suġġett

Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Ksur tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 246), kif emendata bid-Direttiva 92/50/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 322) u tal-Artikolu 2(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist [il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 1, p. 315) – Terminu minimu li għandu jiġi osservat bejn in-notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lill-kandidati u lill-offerenti u l-iffirmar ta’ dan il-kuntratt.

Parti operattiva

Dispożittiv

1) Bl-adozzjoni u ż-żamma fis-seħħ tal-Artikolu 1441(1) tal-Kodiċi ġdid ta’ proċedura ċivili, kif emendat bl-Artikolu 48(1) tad-Digriet Nru 2005/1308, tal-20 ta’ Ottubru 2005, dwar il-kuntratti mogħtija mill-entitajiet kontraenti msemmija fl-Artikolu 4 tad-Digriet Nru 2005/649, tas-6 ta’ Ġunju 2005, dwar il-kuntratti mogħtija minn ċerti persuni pubbliċi jew privati li ma jaqgħux taħt il-Kodiċi tal-kuntratti pubbliċi, sa fejn din id-dispożizzjoni tipprevedi, għar-risposta tal-awtorità kontraenti jew tal-entità kontraenti interpellata, terminu ta’ għaxart ijiem bl-esklużjoni ta’ kull proċedura sommarja prekuntrattwali qabel l-imsemmija risposta u mingħajr ma dan it-terminu jkollu l-effett li jissospendi t-terminu li għandu jiġi osservat bejn in-notifika tad-deċiżjoni tal-għoti tal-kuntratt lill-kandidati u lill-offerenti li ma ntgħażlux u l-iffirmar tal-kuntratt, ir-Repubblika Franċiża naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt id-Direttiva tal-Kunsill 89/665/KEE, tal-21 ta’ Diċembru 1989, dwar il-koordinazzjoni tal-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi rigward l-applikazzjoni tal-proċeduri ta’ reviżjoni għall-għoti ta’ kuntratti ta’ provvista pubblika u xogħlijiet pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal provvisti u għal xogħlijiet], kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, u taħt id-Direttiva tal-Kunsill 92/13/KEE, tal-25 ta’ Frar 1992, li tikkoordina l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jirrelataw għall-applikazzjoni tar-regoli Komunitarji dwar il-proċeduri ta’ akkwist [il-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti] ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u t-telekomunikazzjoni.

2) Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

3) Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej u r-Repubblika Franċiża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.