Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni ewropea - TITOLU V: DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI DWAR L-AZZJONI ESTERNA TA' L-UNJONI U DISPOŻIZZJONIJIET SPEĊIFIĊI DWAR IL-POLITIKA ESTERA U TA' SIGURTÀ KOMUNI - Kapitolu 2: Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta' sigurtà komuni - Taqsima 1: Dispożizzjonijiet komuni - Artikolu 40 (ex Artikolu 47 TUE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0037 - 0037
Artikolu 40 (ex Artikolu 47 TUE) L-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni msemmija fl-Artikoli 3 sa 6 E tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea. Bl-istess mod, l-implimentazzjoni tal-politika prevista f'dawk l-Artikoli m'għandhiex tolqot l-applikazzjoni tal-proċeduri u l-firxa rispettiva tal-kompetenzi ta' l-istituzzjonijiet stabbiliti fit-Trattati għall-eżerċizzju tal-kompetenzi ta' l-Unjoni taħt dan il-Kapitolu. --------------------------------------------------