Official Journal L 367 , 31/12/1985 P. 0006 - 0006
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0038
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 40 P. 0008
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 20 P. 0038
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 40 P. 0008
Ir-Regolament Tal-Kunsill (KEE) Nru 3791/85 tal-20 ta’ Diċembru 1985 li jaddatta ċerti Regolamenti li għandhom x’jaqsmu mas-settur tal-bajd u t-tjur wara l-adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, Wara li kkunsidra l-Att ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, u b’mod partikolari Artikolu 396(2) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Billi skond Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, għandhom isiru addattamenti fis-settur tal-bajd u t-tjur, bħala konsegwenza ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall, għar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2772/75 tad− 29 ta’ Ottubru 1975 dwar l-istandards tal-marketing tal-bajd [1], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3341/84 [2], u bir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2782/75 tad-29 ta’ Ottubru 1975 dwar il-produzzjoni u l-marketing tal-bajd għat-tfaqqis u tal-flieles [3], kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3485/80 [4]; Billi, skond Artikolu 2(3) tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni, l-istituzzjonijiet tal-Komunitajiet jistgħu jadottaw, qabel l-Adeżjoni, il-miżuri msemmija f’Artikolu 396 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, billi dawn il-miżuri jidħlu fis-seħħ biss bil-kondizzjoni u fid-data li jidħol fis-seħħ it-Trattat imsemmi; billi, skond Artikolu 261 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni, l-applikazzjoni tal-miżuri li għandhom x’jaqsmu mal-Portugall għandhom jitħallew għal wara l-ewwel stadju, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 1. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda mat-tieni subparagrafu ta’ Artikolu 17(2) tar- Regolament (KEE) Nru 2772/75: "— PERIODO DE EMBALAGE DE… AL …" , "— PERIODO DE EMBALAGEM DE… A …" . 2. L-inċiżi li ġejjin għandhom jiġu miżjuda ma’ l-ewwel subparagrafu ta’ Artikolu 17(3) tar- Regolament (KEE) Nru 2772/75: "— EMBALADO EL …" , "— EMBALADO EM …" . Artikolu 2 1. F’Artikolu 5(3) tar-Regolament (KEE) Nru 2782/75, l-espressjoni, "huevo para incubar, ovos para incubaçao" għandha tiddaħħal wara l-espressjoni "uova de cova". 2. F’Artikolu 6 tar- Regolament (KEE) Nru 2782/75 l-espressjonijiet, "para incubar", "para incubaçao" għandhom jiddaħħlu wara l-kelma "cova". Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 1986, bla ħsara għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ l-Adeżjoni ta’ Spanja u l-Portugall. Għandu jibda japplika mill-1 ta’ Marzu 1986, għajr rigward l-emendi bil-Portugiż, li l-applikazzjoni tagħhom għandha tiġi posposta għat-tmiem ta’ l-ewwel stadju msemmi f’Artikolu 260 ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-20 ta’ Diċembru 1985. Għall-Kunsill Il-President R. Steichen [1] ĠU L 282, ta’ l-1.11.1975, p. 56. [2] ĠU L 312, tat-30.11.1984, p. 7. [3] ĠU L 282, l-1.11.1975, p. 100. [4] ĠU L 365, tal-31.12.1980, p. 1. --------------------------------------------------