|
27.1.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 27/23 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8239 — NKT Holding A/S/ABB High Voltage Cable Business)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2017/C 27/17)
|
1. |
Fit-23 ta’ Jannar 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża NKT Holdings A/S (l-Iżvezja) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll permezz ta’ xiri ta’ ishma tan-negozju tal-cables għall-vultaġġ għoli ta’ ABB (l-Iżvezja). |
|
2. |
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma: — għal NKT: permezz tal-unità tan-negozju ta’ NKT Cables, hija attiva fil-produzzjoni u l-forniment ta’ soluzzjonijiet tal-cables tal-elettriku ta’ vultaġġ baxx, medju u għoli użati f’applikazzjonijiet fis-settur ferrovjarju, tal-bini, taħt il-baħar u taħt l-art. — għal ABB: in-negozju tal-cables ta’ vultaġġ għoli ta’ ABB jispeċjalizza fil-produzzjoni u l-forniment ta’ sistemi tal-cables tal-elettriku b’vultaġġ għoli u aċċessorji tal-cables tal-elettriku għall-użu fl-applikazzjonijiet tal-interkonnessjoni tal-grid, fil-baħar u taħt l-art. |
|
3. |
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata. |
|
4. |
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtilha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta. Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-faks (+32 22964301), permezz tal-email lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew permezz tal-posta, bir-referenza M.8239 — NKT Holding A/S/ABB High Voltage Cable Business, f’dan l-indirizz:
|
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).