1982L0400 — MT — 01.01.1986 — 002.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Ġunju 1982

li temenda d-Direttiva 77/391/KEE u tintroduċi miżura Komunitarja supplimentari għall-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem

(82/400/KEE)

(ĠU L 173, 19.6.1982, p.18)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL 83/253/KEE ta' l-25 ta' Mejju 1983

  L 143

36

2.6.1983

►M2

COUNCIL REGULATION (EEC) No 3768/85 of 20 December 1985 (*)

  L 362

8

31.12.1985



(*)

Dan l-att qatt ma ġie ppubblikat bil-Malti.




▼B

ID-DIRETTIVA TAL-KUNSILL

ta’ l-14 ta’ Ġunju 1982

li temenda d-Direttiva 77/391/KEE u tintroduċi miżura Komunitarja supplimentari għall-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem

(82/400/KEE)



IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari Artikoli 43 sa 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni ( 1 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew ( 2 ),

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali ( 3 ),

Billi d-Direttiva tal-Kunsill 77/391/KEE tas-17 ta’ Mejju 1977 li tintroduċi miżuri Komunitarji għall-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem ( 4 ), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 81/476/KEE ( 5 ), illimitat il-perjodu effettiv tal-miżuri għal tlett snin;

Billi, in vista tar-riżultati ottenuti u tal-progress sodisfaċenti tal-programmi preżentati mill-Istati Membri, miżura supplimentari ta’ sentejn għandha tiġi rranġata u l-finanzjament għaliha provdut, sabiex jintlaħħqu l-miri stabbiliti;

Billi Artikolu 29(3) tad-Direttiva tal-Kunsill 78/52/KEE tat-13 ta’ Diċembru 1977 li tistabilixxi l-kriterji Komunitarji għal pjanijiet nazzjonali għall-qerda aċċelerata ta’ bruċellożi, tuberkulożi u lewkożi enżootika fil-bhejjem ( 6 ) provdiet li l-perjodu ta’ tlett snin oriġinarjament miftiehem għandu jibda fid-data ffissata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tagħha li tapprova l-pjanijiet nazzjonali ta’ qerda; billi, għalhekk, il-pjanijiet oriġinali ta’ l-Istati Membri, ħlief dawk għall-Italja u għall-Greċja, jiskadu, għal kull Stat Membru, f’dati differenti fl-1981; billi, sabiex jitħalla żmien għall-adattament tekniku u finanzjarju f’konnessjoni mal-miżura ġdida, id-durata tal-pjanijiet oriġinali li jitlestew fl-1981 għandha tigi estiża sal-31 ta’ Diċembru 1981 inklużiv;

Billi, sabiex kwalunkwe alterazzjonijiet għall-pjanijiet oriġinali neċessitati mill-iżvilupp epiżotjoloġiku tal-mard konċernat isiru bl-iskop ta’ tlestija b’suċċess tal-miżuri meħuda, l-Istati Membri għandhom jippreparaw pjanijiet ġodda; billi d-dewmien ta’ eżekuzzjoni tal-pjanijiet ġodda għandha tiġi kalkolata sabiex fi kwalunkwe każ l-iskema sħiħa, jiġifieri l-pjan oriġinali u l-pjan il-ġdid, tkopri perjodu totali ta’ ħames snin,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:



Artikolu 1

Il-paragrafu li ġej hawnhekk jiżdied ma’ Artikolu 6 tad-Direttiva 77/391/KEE:

“3.  Madankollu, għall-Istati Membeu li l-pjanijiet ta’ tliet snin tagħhom jiskadu fl-1981, il-perjodu ta’ tlett snin għandu jiġi estiż sal-31 ta’ Diċembru 1981.”

Artikolu 2

1.  Miżura Komunitarja hija hawnhekk stabbilita bl-iskop li tiġi kompletata l-qerda tal-bruċellożi, tat-tuberkulożi u tal-lewkożi fil-bhejjem.

2.  Id-durata tal-miżura supplimentari għandha tiġi ffissata sabiex id-durata totali tal-miżura introdotta bid-Direttiva 77/391/KEE flimkien mal-miżuri supplimentari għandha tkun ħames snin.

3.  Il-Komunità għandha tagħmel kontribuzzjoni finanzjarja għall-implimentazzjoni tal-miżura supplimentari.

Artikolu 3

1.  L-Istati Membri għandhom jippreparaw pjanijiet ġodda aċċelerati ta’ qerda skond Artikoli 2,3 u 4 tad-Direttiva 77/391/KEE u skond il-kriterji stabbiliti bid-Direttiva 78/52/KEE sabiex tiġi assigurata kontinwità mal-miżuri stabbiliti taħt il-pjanijiet oriġinali tagħhom, b’kont meħud tar-riżultati ottenuti u ta’ kwalunkwe aġġustament neċessarju.

2.  Il-pjanijiet ġodda għandhom jiġu kkomunikati lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn xahrejn wara notifika ta’ din id-Direttiva fil-każ tal-Belġju, id-Danimarka, il-Ġermanja, Franza, l-Irlanda u r-Renju Unit, u qabel l-1 ta’ Jannar 1983 fil-każ ta’ l-Italja u l-Greċja.

Artikolu 4

1.  Il-Kummissjoni għandha teżamina l-pjanijiet ġodda komunikati lilha skond Artikolu 3(2) bl-iskop li jiġi determinat jekk, abbażi tal-konformità ta’ dawk il-pjanijiet mad-Direttiva 77/391/KEE, id-Direttiva 78/52/KEE u din id-Direttiva, u b’qies dovut għall-miri ta’ dawk id-Direttivi, il-kondizzjonijiet għal parteċipazzjoni finanzjarja mill-Komunità huma sodisfatti.

2.  Fi żmien xahrejn mill-irċevuta tal-pjanijiet, il-Kummissjoni għandha tissottometti Deċiżjoni abbozz lill-Kumitat Veterinarju Permanenti (hawnhekk iżjed il quddiem imsejjaħ ’il-Kumitat’. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 8.

3.  Fid-dati ffissati mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha ta’ approvazzjoni, l-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ, ir-regolamenti jew id-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu implimentati l-pjanijiet ġodda ta’ qerda msemmija f’Artikolu 3 u approvati skond il-paragrafu 2.

Artikolu 5

1.  Infiq akkumulat mill-Istati Membri in konnessjoni mal-miżuri adottati skond il-pjanijiet imsemmija f’Artikolu 3 għandhom jikkwalifikaw għal għajnuna Komunitarja fil-limiti indikati fil-paragrafu 3 u f’Artikolu 2.

2.  Il-Komunità għandha tħallas lill-Istati Membri 72, 5 ECU għal kull baqra maqtula u 36, 25 ECU għal kull animal bovin ieħor maqtul skond il-miżuri msemmija fil-Kapitolu I tad-Direttiva 77/391/KEE.

3.  L-għajnuna li tintalab mill-budget Komunitarju taħt il-Kapitolu dwar infiq fis-settur agrikolu hija stmata b’35 miljun ECU għad-durata tal-miżuri msemmija fil-paragrafu 1.

4.  Il-Miżuri adottati mill-Istati Membri għandhom jikkwalifikaw għal assistenza finanzjarja mill-Komunità biss jekk id-dispożizzjonijiet li jikkonċernawhom ġew approvati kif previst f’Artikolu 4.

Artikolu 6

1.  Id-dispożizzjonijiet ta’ Artikolu 7(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 729/70 tal-21 ta’ April 1970 li jirrelata għal finanzjament tal-politika agrikola komuni ( 7 ) għandhom japplikaw għad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li jikkonċernaw il-finanzjament Komunitarju tal-miżura preżenti.

2.  Applikazzjonijiet għal ħlas għandhom jirrelataw għall-qtil imwettaq mill-Istati Membri tul is-sena u għandhom jiġu sottomessi qabel l-1 ta’ Lulju tas-sena ta’ wara.

3.  Regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu adottati skond il-proċedura stabbilita f’Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70.

Artikolu 7

1.  Kontroll veterinarju ta’ l-applikazzjoni tal-pjanijiet għandu jitwettaq skond Artikolu 10 tad-Direttiva 77/391/KEE.

2.  Meta jkunu ġew eżegwiti l-pjanijiet kollha ta’ qerda, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport ġenerali lill-Kunsill dwar ir-riżultati ottenuti, bi proposta għal armonizzazzjoni ulterjuri ta’ miżuri preventivi nazzjonali, fil-każ li dan hu neċessarju.

▼M1

Artikolu 7a

Regolament (KEE) Nru 129/78 u Artikoli 8 u 9 tar-Regolament (KEE) Nru 729/70 għandhom jiġu applikati mutatis mutandis.

▼B

Artikolu 8

1.  Meta ssir referenza għall-proċedura definita f’dan l-Artikolu, il-Kumitat għandu jiġi kkonsultat mingħajr dewmien mill-president tiegħu, jew fuq l-inizjattiva proprja jew fuq it-talba ta’ Stat Membru.

2.  Fil-Kumitat, il-voti ta’ l-Istati Membri għandhom jiġu mogħtija piż kif previst f’Artikolu 148(2) tat-Trattat. Il-president m’għandux jivvota.

3.  Ir-rappreżentant tal-Kummissjoni għandu jissottometti abbozz tal-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kumitat għandu jagħti l-opinjoni tiegħu dwar l-abbozz f’limitu ta’ żmien stabbilit mill-president skond l-urġenza tal-kwistjoni. Opinjoni għandha tingħata b’maġġoranza ta’ ►M2  54 ◄ vot.

4.  Il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri u għandha tapplikhom immedjatament, meta huma skond l-opinjoni tal-Kumitat. Meta mhumiex skond l-opinjoni tal-Kumitat, jew jekk ebda opinjoni ma tingħata, il-Kummissjoni għandha mingħajr dewmien tissottometti proposta lill-Kunsill dwar il-miżuri li għandhom jiġu adottati. Il-Kunsill għandu jadotta l-miżuri b’ maġġoranza kwalifikata.

Jekk il-Kunsill ma jkunx adotta kwalunkwe miżuri fi żmien tlett xhur mid-data li fiha ġiet riferita lilu l-proposta, il-Kummissjoni għandha tadotta l-miżuri proposti u għandha tapplikhom immedjatament, ħlief meta l-Kunsill ikun iddeċieda kontra dawn il-miżuri b’maġġoranza sempliċi.

Artikolu 9

Din id-Diretiva għandha bħala d-destinatarji tagħha lill-Istati Membri.



( 1 ) ĠU Ċ 289, tal-11.11.1981, p. 4.

( 2 ) ĠU Ċ 40, tal-15.2.1982, p. 26.

( 3 ) ĠU Ċ 112, tat-3.5.1982, p. 8.

( 4 ) ĠU L 145, tat-13.6.1977, p. 44.

( 5 ) ĠU L 186, tat-8.7.1981, p. 20.

( 6 ) ĠU L 15, tad-19.1.1978, p. 34.

( 7 ) ĠU L 94, tat-28.4.1970, p. 13.