<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-646/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018TJ0646</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:120">EU:T:2020:120</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>14</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>14</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tas-<DATE ISO="20200326">26.3.2020</DATE> – Kawża T‑646/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">Bonnafous vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Aċċess għal dokumenti</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 1049/2001</KEYWORD><KEYWORD>Rapport ta’ verifika tar-riżorsi umani tal-EACEA</KEYWORD><KEYWORD>Rifjut ta’ aċċess</KEYWORD><KEYWORD>Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑646/18,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Laurence Bonnafous</HT>, residenti fi Brussell (il-Belġju), irrappreżentata minn A. Blot u S. Rodrigues, avukati</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn C. Ehrbar u K. Herrmann, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2018) 6753 finali, tad-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, li tirrifjuta li tilqa’ t-talba ta’ aċċess għar-rapport finali tal-awditu tal-2018 tar-riżorsi umani tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA), tal-<DATE ISO="20180121">21 ta’ Jannar 2018</DATE>, imressqa mir-rikorrenti,</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, N. Półtorak (Relatur) u L. Stancu, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Laurence Bonnafous, kienet membru tal-persunal bil-kuntratt tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="2"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20180730">30 ta’ Lulju 2018</DATE>, ir-rikorrenti bagħtet posta elettronika lis-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni Ewropea, sabiex titlob, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20010530">30 ta’ Mejju 2001</DATE> dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għad-dokument identifikat mill-imsemmi dipartiment bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Final audit report – IAS Audit on HR Management in the Education, Audiovisual and Cultural Executive Agency [Ares(2018) 361356]<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> (Rrapport finali ta’ verifika – Verifika tas-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni dwar l-immaniġġjar tar-riżorsi umani tal-EACEA, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>dokument mitlub<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20180809">9 ta’ Awwissu 2018</DATE>, is-servizz tal-verifika interna tal-Kummissjoni rrifjuta lir-rikorrenti l-aċċess għad-dokument mitlub. Dan ir-rifjut kien ibbażat, essenzjalment, fuq l-eċċezzjoni prevista mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 li jipprovdi li istituzzjoni tal-Unjoni tista’ tirrifjuta li tagħti aċċess għal dokument jekk l-iżvelar ta’ dan tal-aħħar jista’ jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-imsemmi żvelar. Fil-fatt, dan qies li l-iżvelar, f’dan l-istadju, tad-dokument mitlub jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet imfittxija mill-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika li għalihom kien iddedikat dan id-dokument, sa fejn dan ikun ifixkel l-implimentazzjoni effettiva tar-rakkomandazzjonijiet li kien fih u sa fejn il-miżuri ta’ segwitu relatati miegħu ma kinux intemmu kompletament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20180829">29 ta’ Awwissu 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokument mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Permezz ta’ posta elettronika tad-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, il-Kummissjoni informat lir-rikorrenti li t-terminu inizjali previst sabiex tingħata risposta għall-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess li hija kienet ippreżentat kellu jiġi estiż bi 15-il jum ta’ xogħol u li għalhekk kellu jiġi stabbilit terminu ġdid f’dan ir-rigward, li kellu jiskadi fl-<DATE ISO="20181010">10 ta’ Ottubru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni C(2018) 6753 finali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>), li permezz tagħha hija ċaħdet l-applikazzjoni konfermatorja ta’ aċċess għad-dokument tar-rikorrenti. Essenzjalment, hija kkunsidrat, minn naħa, li l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, interpretat fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121025">25 ta’ Ottubru 2012</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 298, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Regolament Finanzjarju<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), kienet tipprekludi l-iżvelar prematur ta’ rapport ta’ verifika li jirriskja li jippreġudika s-serenità u l-indipendenza tal-verifika u, min-naħa l-oħra, li ebda interess pubbliku superjuri ma kien jiġġustifika li din l-eċċezzjoni ma tiġix applikata.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20181026">26 ta’ Ottubru 2018</DATE>, ir-rikorrenti fetħet din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra ppreżentata fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-istess jum, ir-rikorrenti talbet li l-Kawża T‑614/17, Bonnafous vs EACEA, tingħaqad ma’ din il-kawża. Fil-<DATE ISO="20181205">5 ta’ Diċembru 2018</DATE>, il-Kummissjoni opponiet li ż-żewġ kawżi jingħaqdu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20181221">21 ta’ Diċembru 2018</DATE>, ir-rikorrenti ppreżentat prova ġdida fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20190107">7 ta’ Jannar 2019</DATE>, il-President tat-Tielet Awla tal-Qorti Ġenerali ddeċieda li ma jgħaqqadx din il-kawża mal-Kawża T‑614/17.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat ir-risposta fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil-<DATE ISO="20190131">31 ta’ Jannar 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ppreżentat ir-replika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20190307">7 ta’ Marzu 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ppreżentat il-kontroreplika fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fis-<DATE ISO="20190417">17 ta’ April 2019</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Peress li kien hemm bidla fil-kompożizzjoni tal-Awli tal-Qorti Ġenerali, b’applikazzjoni tal-Artikolu 27(5) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, l-Imħallef Relatur ġie assenjat lill-Ewwel Awla, u konsegwentement din il-kawża ġiet assenjata lil din l-awla.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fl-assenza ta’ talba għal seduta għas-sottomissjonijiet orali mill-partijiet fit-terminu previst, il-Qorti Ġenerali, li qieset li kellha informazzjoni biżżejjed mid-dokumenti tal-proċess, iddeċidiet li taqta’ l-kawża mingħajr il-fażi orali tal-proċedura, skont l-Artikolu 106(3) tar-Regoli tal-Proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjoni kkontestata;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi. L-ewwel motiv huwa bbażat fuq ksur konġunt tal-Artikolu 15(3) TFUE, tal-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) u tar-Regolament Nru 1049/2001. It-tieni motiv huwa bbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni li jirriżulta mill-Artikolu 296 TFUE u mill-Artikolu 41 tal-Karta. Finalment, it-tielet motiv huwa bbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis opportun li tibda tittratta r-rikors permezz tal-eżami tat-tieni motiv</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41 tal-Karta</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex immotivata suffiċjentement. B’mod partikolari, hija ssostni li l-identifikazzjoni tar-riskji hija stabbilita b’mod kundizzjonali u mingħajr ebda riferiment għar-raġunijiet speċifiċi li jippermettu li jiġu ddefiniti, jew saħansitra li jiġu ċċarati. B’hekk hija tilmenta li din il-motivazzjoni astratta hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet vagi ħafna. Barra minn hekk, hija ssostni li jeżistu kontradizzjonijiet bejn il-motivazzjoni tal-imsemmija deċiżjoni u l-kontenut tal-ittra tad-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE> li ntbagħtitilha mis-Segretarju Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex jiġġustifika l-posponiment tar-risposta mogħtija għat-talba konfermatorja li hija kienet ippreżentat. Fil-fehma tagħha, l-imsemmi dewmien kien fil-fatt spjegat min-neċessità li jinġabru l-elementi kollha neċessarji sabiex tingħata risposta għat-talba għal aċċess għad-dokument li hija kienet ippreżentat. Issa, ebda ħjiel tal-imsemmija elementi ma jidher f’din id-deċiżjoni. Fl-istadju tar-replika, u dejjem fil-kuntest tat-tieni motiv, ir-rikorrenti ssostni wkoll li, fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha ta’ assistenza u ta’ informazzjoni lill-pubbliku li jirriżulta mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita, il-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE kif ukoll mill-Artikolu 41(2)(c) tal-Karta għandha tiġi adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att, b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jkunu jafu l-ġustifikazzjonijiet tal-miżura adottata u lill-qorti kompetenti li teżerċita l-istħarriġ tagħha (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0147">147</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Ir-rekwiżit ta’ motivazzjoni għandu jiġi evalwat fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-elementi kollha rilevanti ta’ fatt u ta’ dritt, billi l-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-imsemmi Artikolu 296 TFUE għandha tiġi evalwata mhux biss b’referenza għall-kliem ta’ dan l-att, iżda wkoll għall-kuntest tiegħu kif ukoll għar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat (ara s-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110929">29 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Elf Aquitaine vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑521/09 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:620">EU:C:2011:620</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0150">150</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). F’dak li jirrigwarda talba għall-aċċess għad-dokumenti, meta l-istituzzjoni inkwistjoni tirrifjuta tali aċċess, hija għandha turi f’kull każ, abbażi tal-informazzjoni għad-dispożizzjoni tagħha, li d-dokumenti li għalihom ikun qiegħed jintalab l-aċċess effettivament jaqgħu fl-ambitu tal-eċċezzjonijiet elenkati fir-Regolament Nru 1049/2001 (sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080910">10 ta’ Settembru 2008</DATE>, <NAME.CASE>Williams vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑42/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:325">EU:T:2008:325</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0095">95</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>, <NAME.CASE>Valero Jordana vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑161/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:337">EU:T:2011:337</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-ġurisprudenza, hija l-istituzzjoni li rrifjutat l-aċċess għal dokument li għandha tipprovdi motivazzjoni li tippermetti li jiġi mifhum u li jiġi vverifikat, minn naħa, jekk id-dokument mitlub effettivament jikkonċernax qasam kopert mill-eċċezzjoni invokata u, min-naħa l-oħra, jekk il-ħtieġa ta’ protezzjoni relattiva għal din l-eċċezzjoni hijiex reali (ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120504">4 ta’ Mejju 2012</DATE>, <NAME.CASE>In ‘t Veld vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑529/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2012:215">EU:T:2012:215</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0118">118</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm il-Kummissjoni hija obbligata li tesponi r-raġunijiet li jiġġustifikaw l-applikazzjoni f’dan il-każ inkwistjoni ta’ waħda mill-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess previsti mir-Regolament Nru 1049/2001, hija ma hijiex obbligata li tipprovdi informazzjoni li tmur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex il-persuna li titlob l-aċċess tifhem ir-raġunijiet li wasslu għad-deċiżjoni tagħha u għall-istħarriġ, mill-Qorti Ġenerali, tal-legalità ta’ din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080130">30 ta’ Jannar 2008</DATE>, <NAME.CASE>Terezakis vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑380/04</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2008:19">EU:T:2008:19</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0119">119</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl ta’ dawn l-elementi li għandu jiġi ddeterminat jekk, f’dan il-każ, il-Kummissjoni ssodisfatx ir-rekwiżiti li jirriżultaw mill-Artikolu 296 TFUE u mill-Artikolu 41 tal-Karta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ssostni li, fid-deċiżjoni kkontestata, ir-riskji li tirreferi għalihom il-Kummissjoni sabiex tiġġustifika r-rifjut tagħha li tiżvela d-dokument mitlub jissemmew b’mod purament ipotetiku, mingħajr ebda riferiment għar-raġunijiet speċifiċi li jippermettu li jiġu ddefiniti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li l-motivi li fuqhom hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata huma esposti b’mod ċar fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Fil-fatt, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat, essenzjalment u fid-dawl ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità, li l-iżvelar eventwali tad-dokument mitlub seta’ jippreġudika l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni. Għalhekk hija qieset li tali żvelar seta’ jikkomprometti s-serenità u l-indipendenza ta’ din il-verifika, b’mod partikolari fir-rigward tas-segwitu li kellu jingħata kif ukoll il-validazzjoni tagħhom mis-servizz tal-verifika interna tiegħu. Hija għalhekk qieset li kien jeżisti riskju prevedibbli li l-klima ta’ fiduċja reċiproka bejn l-EACEA u l-imsemmi servizz tiġi ppreġudikata bil-komunikazzjoni tad-dokument mitlub, li seta’ jkollu effett negattiv fuq l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet rilevanti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-elementi preċedenti, għandu jiġi kkonstatat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni esponiet b’mod ċar ir-riskji li fir-rigward tagħhom hija qieset li l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni setgħu jiġu mhedda mill-iżvelar tad-dokument mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni, f’dan l-istadju, dwar il-fondatezza tal-motivi li jinsabu fid-deċiżjoni kkontestata. Fil-fatt, l-eżami tal-eżistenza u tal-portata tal-motivazzjoni ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni taqa’ taħt l-istħarriġ tal-forom proċedurali sostanzjali u, għaldaqstant, taħt il-legalità formali ta’ din id-deċiżjoni. Għandha tiġi distinta mill-eżami tal-fondatezza tal-motivi ta’ din id-deċiżjoni, li min-naħa tagħha taqa’ taħt l-istħarriġ tal-legalità tagħha fil-mertu (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19980402">2 ta’ April 1998</DATE>, Il-<NAME.CASE>Kummissjoni vs Sytraval u Brink’s France</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑367/95 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:154">EU:C:1998:154</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata), u li ser tkun, f’dan il-każ, żviluppata fil-kuntest tal-analiżi tal-ewwel motiv imqajjem mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ssostni li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija astratta wisq, sa fejn din hija bbażata fuq kunsiderazzjonijiet vagi ħafna.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward u kif jirriżulta mis-sunt li jinsab fil-punt 29 iktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod partikolari li, minbarra r-riskji li jkunu esposti għalihom l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni li kieku d-dokument mitlub kien żvelat, tali żvelar kien ukoll prekluż mill-fatt li l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kellha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju. Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret il-ħtieġa li ssir distinzjoni bejn l-attivitajiet amministrattivi u l-proċeduri leġiżlattivi, peress li r-rekwiżit ta’ trasparenza huwa iktar ippronunzjat għal dawn tal-aħħar, ħaġa li r-rikorrenti ma tikkontestax.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi osservat li l-motivi esposti fil-punt 33 iktar ’il fuq kienu jikkostitwixxu indikazzjoni suffiċjenti mogħtija lir-rikorrenti sabiex hija tkun tista’ tkun taf jekk id-deċiżjoni kkontestata kinitx fondata jew jekk kinitx ivvizzjata b’difett li jippermetti li tiġi kkontestata l-validità tagħha. Fil-fatt, abbażi ta’ dawn il-motivi, ir-rikorrenti kienet f’pożizzjoni li tifhem ir-raġunijiet speċifiċi għalfejn il-Kummissjoni kienet ikkunsidrat, f’dan il-każ, li d-dokument mitlub kien kopert mill-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward għandu jiġi kkonstatat li l-impossibbiltà, allegata mir-rikorrenti, li jitqies li kellha ssir tali interpretazzjoni tal-imsemmija eċċezzjoni hija l-qofol tal-argument żviluppat minnha fil-kuntest tal-ewwel motiv imqajjem minnha. Barra minn hekk, għandu jiġi kkonstatat ukoll li l-imsemmija motivi huma suffiċjenti sabiex jippermettu lill-Qorti Ġenerali teżerċita l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha fuq il-legalità tad-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ma jistax jiġi kkontestat li d-deċiżjoni kkontestata tissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza, kif imfakkra fil-punti 22 sa 25 iktar ’il fuq. Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti li jgħid li l-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata hija astratta wisq għandu jiġi miċħud ukoll.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ssostni li l-motivi tad-deċiżjoni kkontestata ma jikkorrispondux għal dawk esposti f’posta elettronika li kienet intbagħtitilha fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi osservat li l-posta elettronika inkwistjoni kellha biss l-għan li tindika lir-rikorrenti li l-Kummissjoni ma kinitx f’pożizzjoni li tirrispondi għall-applikazzjoni konfermatorja tagħha ta’ aċċess għad-dokument mitlub fit-terminu inizjalment stabbilit. Għalhekk, din il-posta elettronika bl-ebda mod ma kienet intiża biex tesponi r-raġunijiet għalfejn, jekk ikun il-każ, kien hemm lok li din it-talba tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li dan l-argument tar-rikorrenti ma huwiex ta’ natura li jpoġġi indiskussjoni n-natura suffiċjenti tal-motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, u għalhekk dan għandu jiġi miċħud għal din ir-raġuni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ssostni fl-istadju tar-replika li l-Kummissjoni naqset mid-dmir tagħha ta’ assistenza u ta’ informazzjoni lill-pubbliku li jirriżulta mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>[l]-istituzzjoni għandha tagħti tagħrif u għajnuna lil ċittadini dwar kif u fejn l-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti jistgħu jsiru<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti ma tressaq ebda prova li tista’ tistabbilixxi li l-Kummissjoni, f’dan il-każ, naqset milli twettaq l-obbligi tagħha previsti mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001, u lanqas, barra minn hekk, li l-allegat nuqqas ta’ motivazzjoni tad-deċiżjoni kkontestata li hija tallega jikkostitwixxi tali nuqqas ta’ twettiq tad-dmir ta’ assistenza u ta’ informazzjoni previst minn din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif diġà tfakkar fil-punti 2 sa 6 iktar ’il fuq, għandu jiġi rrilevat li r-rikorrenti qabel kollox talbet l-aċċess għad-dokument mitlub billi bagħtet posta elettronika lid-dipartiment tal-verifika interna tal-Kummissjoni fit-<DATE ISO="20180730">30 ta’ Lulju 2018</DATE>. Dan tal-aħħar irrisponda debitament għal din il-posta elettronika permezz ta’ ittra tad-<DATE ISO="20180809">9 ta’ Awwissu 2018</DATE>. Sussegwentement, ir-rikorrenti kkontestat l-evalwazzjoni kkomunikata mill-imsemmi dipartiment billi ppreżentat applikazzjoni konfermatorja għal aċċess fid-<DATE ISO="20180829">29 ta’ Awwissu 2018</DATE>. Il-Kummissjoni wieġbet debitament għal din l-applikazzjoni konfermatorja għal aċċess bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata fid-<DATE ISO="20181009">9 ta’ Ottubru 2018</DATE>, wara li ħadet ħsieb li tinforma lir-rikorrenti, fid-<DATE ISO="20180919">19 ta’ Settembru 2018</DATE>, li t-terminu sabiex tingħata risposta għall-imsemmija talba kellu jiġi estiż bi ħmistax-il jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li r-rikorrenti ma tikkontestax ir-regolarità tal-proċedura li fi tmiemha ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li din tal-aħħar kienet suffiċjentement skont il-modalitajiet tal-preżentata tal-applikazzjonijiet għal aċċess għad-dokumenti sabiex tkun tista’ tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għal aċċess ikkontestata. Barra minn hekk, huwa stabbiliet li l-Kummissjoni weġbithom b’diliġenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat in-nuqqas ta’ kull element fl-argument tar-rikorrenti li jista’ jistabbilixxi li l-Kummissjoni naqset mid-dmir ta’ assistenza tagħha kif previst mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 jew li tali nuqqas jista’ jivvizzja l-legalità tad-deċiżjoni kkontestata. Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma tressaq ebda element li jista’ jispjega r-rabta li hija tistabbilixxi bejn dan l-allegat nuqqas u l-motivazzjoni ta’ din id-deċiżjoni, li hija s-suġġett ta’ dan il-motiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Għaldaqstant, l-argument tar-rikorrenti intiż sabiex jiġi invokat nuqqas tal-Kummissjoni mid-dmir ta’ assistenza u ta’ informazzjoni lill-pubbliku li jirriżulta mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa infondat. Għaldaqstant, dan għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tieni motiv għandu jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 15(3) TFUE, tal-Artikolu 42 tal-Karta, u tar-Regolament Nru 1049/2001</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, essenzjalment, li huwa b’mod żbaljat li, fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni rrifjutat l-iżvelar tad-dokument mitlub billi invokat l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. L-imsemmi motiv jista’ jinqasam f’erba’ partijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fl-ewwel parti, ir-rikorrenti ssostni li l-verifika li fil-kuntest tagħha tfassal id-dokument mitlub kienet intemmet meta hija talbet aċċess għalih. F’dan ir-rigward, it-titolu stess ta’ dan id-dokument, jiġifieri <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Final audit report – IAS Audit on HR Management in the Education, Audiovisual and Cultural Executive Agency (Ares(2018)361356)<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet esposti fid-deċiżjoni kkontestata<?PAGE NO="7"?> li jgħidu li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>[a]bbażi tar-rapport ta’ verifika finali, [l-EACEA] aċċettat li timplimenta r-rakkomandazzjonijiet proposti<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/> juru l-istat ta’ tlestija tal-verifika inkwistjoni. Barra minn hekk, id-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>HR Annual Plan<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> (Pjan annwali tar-riżorsi umani), imfassal mill-EACEA stess, jikkorrobora dawn l-allegazzjonijiet sa fejn jipprevedi azzjonijiet korrettivi li juru li kienet intlaħqet il-fażi finali tal-eżerċizzju tal-verifika. Barra minn hekk, minn dan l-aħħar dokument jirriżulta li sebgħa mill-azzjonijiet proposti fid-dokument mitlub twettqu kompletament, filwaqt li jkun raġonevoli li jiġi preżunt li l-aħħar żewġ azzjonijiet proposti fid-dokument mitlub kienu kompletament imwettqa, peress li dawn kienu diġà twettqu rispettivament għal 70 % u għal 80 % waqt it-tfassil tad-dokument intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>HR Annual Plan<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>. Ir-rikorrenti ssostni, fl-istadju tar-replika, li għaxar azzjonijiet kbar ġew għalhekk kompletament implimentati abbażi tar-rakkomandazzjonijiet tar-rapport ta’ verifika. Insostenn ta’ dan l-argument, hija stabbilixxiet nota rikapitolattiva li tanalizza r-rati ta’ twettiq tal-miżuri ta’ implimentazzjoni mill-EACEA. Madankollu, f’dan ir-rigward hija ssostni li, peress li l-eċċezzjoni prevista mill-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 tista’ tiġi invokata sabiex jiġi rrifjutat l-aċċess għal dokument biss fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jista’ jikkomprometti l-għanijiet imfittxija minn attività ta’ verifika, din hija inapplikabbli f’dan il-każ minħabba l-istat ta’ tlestija tal-verifika inkwistjoni. Fi kwalunkwe każ ikun inaċċettabbli li wieħed jagħmel l-aċċess għad-dokument mitlub jiddependi fuq avveniment każwali, futur u remot.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fit-tieni parti, ir-rikorrenti ssostni li l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li wieħed għandu jistenna li r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fid-dokument mitlub jiġu kklassifikati minnha, wara li jkunu ġew implimentati mill-EACEA, qabel ma tiġi awtorizzata l-komunikazzjoni tiegħu lill-pubbliku jmur kontra kemm l-għan imfittex mir-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll id-dritt għat-trasparenza rrikonoxxut mill-Artikolu 15 TFUE u mill-Artikolu 42 tal-Karta. Barra minn hekk, dan diġà ġie kkonstatat mill-Qorti Ġenerali fis-sentenza tagħha tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑237/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:224">EU:T:2010:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). F’kull każ, ir-rikorrenti ssostni li l-portata ġenerali mogħtija lill-kunċett tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ investigazzjoni mill-Kummissjoni tirriżulta minn interpretazzjoni li tinnewtralizza d-dritt għat-trasparenza minn din tal-aħħar li ma tistax tiġi aċċettata. Barra minn hekk, l-invokabbiltà ta’ ċerti preżunzjonijiet ġenerali ma tistax, skont ir-rikorrenti, tiġi dedotta b’mod sistematiku għal kull proċedura ta’ investigazzjoni jew ta’ verifika, peress li l-eċċezzjonijiet għall-prinċipju ta’ trasparenza għandhom ikunu s-suġġett ta’ interpretazzjoni restrittiva u limitata għall-ispeċifiċità tal-proċedura inkwistjoni kif juri l-punt 123 tas-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100609">9 ta’ Ġunju 2010</DATE>, <NAME.CASE>Éditions Jacob vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑237/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2010:224">EU:T:2010:224</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fit-tielet parti, ir-rikorrenti ssostni li dispożizzjoni li tirriżulta mid-dritt sekondarju ma tistax tirrestrinġi, mingħajr ġustifikazzjoni, dritt fundamentali li l-valur legali tiegħu huwa ekwivalenti għal dak tad-dritt primarju. Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-argument tal-Kummissjoni li jgħid li l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju li jipprovdi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>[r]-rapporti u r-riżultati tal-awditur intern […] għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>. Fl-istadju tar-replika, ir-rikorrenti ssostni li nnotat li l-imsemmija eċċezzjoni għandha tkun tista’ tiġi interpretata b’mod koerenti mal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju. Madankollu, hija tikkunsidra li l-invokabbiltà ta’ tali obbligu ta’ kunfidenzjalità ma setgħetx, f’dan il-każ, teżenta lill-Kummissjoni milli twettaq eżami konkret u individwali tad-dokument mitlub, sa fejn, peress li l-imsemmi dokument kien intemm, il-Kummissjoni ma kinitx iġġustifikata li tapplika l-eċċezzjoni bbażata fuq din l-aħħar dispożizzjoni, u lanqas preżunzjoni ġenerali ta’ protezzjoni tal-attivitajiet ta’ verifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-raba’ parti, ir-rikorrenti ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tissodisfax it-test tar-riskju raġonevolment prevedibbli. Fil-fatt, ir-riskju ta’ preġudizzju għas-serenità u għall-indipendenza tal-investigazzjoni kkonċernata huwa fformulat biss b’mod purament ipotetiku. Min-naħa l-oħra, ma ntwerew la n-neċessità li tiġi applikata l-eċċezzjoni kkonċernata, u lanqas dik li tiġi applikata l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għad-dokument mitlub kollu. Għaldaqstant, preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar ma tistax tiġi invokata sabiex tiġġustifika l-imsemmija deċiżjoni. Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, ir-rikorrenti tikkunsidra li,<?PAGE NO="8"?> f’dan il-każ, ma kienx hemm lok li tiġi sostnuta l-eżistenza ta’ interess pubbliku superjuri sabiex jiġi ġġustifikat l-iżvelar tal-imsemmi dokument. Madankollu, hija tirrileva, fi kwalunkwe każ u sussidjarjament, żball manifest ta’ evalwazzjoni li jivvizzja din id-deċiżjoni. Fil-fatt, hija tqis li fiha ġie kkunsidrat b’mod żbaljat li l-argumenti tagħha sabiex tikseb l-aċċess għal dan id-dokument huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>ta’ natura pjuttost privata<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>. Issa, il-Kummissjoni kellha tidentifika liema kienu dawn il-kunsiderazzjonijiet privati u teżamina jekk il-fatt li jiġu invokati prinċipji ġenerali ta’ trasparenza kienx biżżejjed sabiex jiġi eskluż il-bżonn ta’ protezzjoni ta’ dan id-dokument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Il-Qorti Ġenerali tqis li jkun utli li l-ewwel u t-tielet partijiet jiġu eżaminati flimkien, u sussegwentement ir-raba’ waħda.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel sat-tielet domanda</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Preliminarjament, fir-rigward tad-dritt ta’ aċċess mill-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet tal-Unjoni, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 42 tal-Karta, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>. Mill-ewwel sentenza tal-Artikolu 15(3) TFUE jirriżulta wkoll li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>[k]ull ċittadin ta’ l-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li toqgħod jew li jkollha l-uffiċċju reġistrat tagħha fi Stat Membru, għandha jkollha d-dritt għall-aċċess għal dokumenti ta’ l-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi ta’ l-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom […]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Preliminarjament, ir-Regolament Nru 1049/2001, li ġie adottat abbażi tal-Artikolu 255(2) KE, għandu l-għan, hekk kif jirriżulta mill-Artikolu 1 tiegħu, moqri fid-dawl tal-premessa 4, li jagħti lill-pubbliku l-iktar dritt ta’ aċċess wiesa’ possibbli għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jitfakkar li, f’ċirkustanzi partikolari, jistgħu jsiru limiti għal dan id-dritt ta’ aċċess. Għalhekk, huwa b’mod partikolari previst mill-Artikolu 15(3) TFUE li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>[i]l-prinċipji ġenerali u l-limiti għar-raġuni ta’ interess pubbliku jew privat li jirregolaw id-dritt ta’ l[-]aċċess għal dokumenti jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti mill-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>. Għaldaqstant, mill-kliem tiegħu jirriżulta b’mod ċar li l-imsemmija limiti jistgħu jiġu stabbiliti permezz ta’ regolamenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>Fl-Artikolu 4 tiegħu, ir-Regolament Nru 1049/2001 jipprevedi sistema ta’ eċċezzjonijiet li jawtorizzaw lill-istituzzjonijiet jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ li l-iżvelar tal-imsemmi dokument ikun ta’ preġudizzju għal wieħed mill-interessi protetti minn dan l-artikolu (ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180322">22 ta’ Marzu 2018</DATE>, <NAME.CASE>De Capitani vs Il-Parlament</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑540/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:167">EU:T:2018:167</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-ġurisprudenza barra minn hekk fakkret li d-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kien suġġett għal ċerti limiti bbażati fuq raġunijiet ta’ interess pubbliku jew privat, filwaqt li ppreċiżat li, peress li jidderogaw mill-prinċipju tal-aċċess l-iktar wiesa’ possibbli tal-pubbliku għad-dokumenti, tali eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati u applikati b’mod strett (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070201">1 ta’ Frar 2007</DATE>, <NAME.CASE>Sison vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑266/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:75">EU:C:2007:75</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0063">63</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>Fost l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti hemm dik stabbilita fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, li bis-saħħa tagħha l-istituzzjonijiet għandhom jirrifjutaw l-aċċess għal dokument fil-każ fejn l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ verifika, sakemm interess pubbliku superjuri ma jiġġustifikax l-iżvelar tad-dokument imsemmi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Is-sistema tal-eċċezzjonijiet prevista fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001, u b’mod partikolari fil-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu, hija bbażata fuq l-ibbilanċjar tal-interessi opposti f’sitwazzjoni partikolari, jiġifieri, minn naħa, l-interessi li jiġu ffavoriti mill-iżvelar tad-dokumenti kkonċernati u, min-naħa l-oħra, dawk li jiġu mhedda minn dan l-iżvelar. Id-deċiżjoni meħuda dwar talba għal aċċess għal dokumenti tiddependi fuq il-kwistjoni dwar liema huwa l-interess li għandu jipprevali fil-każ ineżami (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131114">14 ta’ Novembru 2013</DATE>, <NAME.CASE>LPN u Il-Finlandja vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑514/11 P u C‑605/11 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:738">EU:C:2013:738</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Barra minn hekk, meta istituzzjoni tintalab tiżvela dokument, din għandha l-obbligu li tevalwa, f’kull każ ineżami, jekk dan id-dokument jaqax taħt l-eċċezzjonijiet għad-dritt ta’ aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet elenkati fl-Artikolu 4 tar-Regolament Nru 1049/2001 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20080701">1 ta’ Lulju 2008</DATE>, L-<NAME.CASE>Isvezja u Turco vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑39/05 P u C‑52/05 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:374">EU:C:2008:374</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Huwa fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti li għandha tingħata deċiżjoni, f’dan il-każ, fuq il-kwistjoni dwar jekk kienx iġġustifikat, kif issostni l-Kummissjoni, li r-rikorrenti tiġi rrifjutata l-aċċess għad-dokument mitlub, abbażi tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 interpretat fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju, essenzjalment minħabba li kien jeżisti riskju prevedibbli li l-iżvelar tiegħu jippreġudika l-għan tal-verifika inkwistjoni billi jagħmel ħsara lill-implimentazzjoni, mill-EACEA, tar-rakkomandazzjonijiet li jinsabu fiha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Mill-argumentazzjoni tar-rikorrenti jirriżulta, essenzjalment, li din tal-aħħar tikkontesta l-applikazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll l-interpretazzjoni tagħha fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju, għad-dokument mitlub, minħabba li l-verifika li fil-kuntest tagħha kien hemm ir-redazzjoni ta’ dan id-dokument kienet tlestiet meta hija ppreżentat it-talba tagħha għal aċċess għall-imsemmi dokument. Skont ir-rikorrenti, ikun fil-fatt kuntrarju għall-għan imfittex mir-Regolament Nru 1049/2001, kif ukoll għall-prinċipju ta’ trasparenza, li wieħed jistenna li r-rakkomandazzjonijiet magħmula f’rapport finali ta’ verifika jiġu implimentati qabel ma d-dokumenti relatati miegħu jkunu jistgħu jiġu żvelati mingħajr biża’ li jiġu ppreġudikati l-għanijiet imfittxija minn din il-verifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>L-ewwel nett, fir-rigward tal-istadju li fih kienet tinsab il-verifika inkwistjoni meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, għandu jitfakkar li d-dokument mitlub huwa rapport finali tad-dipartiment tal-verifika interna tal-Kummissjoni li jagħmel parti mill-fajl amministrattiv dwar verifika tal-ġestjoni tar-riżorsi umani fi ħdan l-EACEA.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu qabel kollox jiġi kkonstatat li dan il-każ huwa differenti mill-kawża li tat lok għas-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150512">12 ta’ Mejju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Technion u Technion Research &amp; Development Foundation vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑480/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:272">EU:T:2015:272</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), b’mod partikolari invokata mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni kkontestata bħala eżempju. Fil-fatt, il-Qorti Ġenerali kienet ikkunsidrat, fil-punt 66 ta’ din is-sentenza, li, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>fid-data tal-adozzjoni tad-deċiżjoni [inkwistjoni], ir-rapport finali li jtemm il-proċedura ta’ awditu, kien għadu ma ġiex adottat u li kienu għadhom possibbli u prevedibbli attivitajiet addizzjonali ta’ investigazzjoni inkonnessjoni ma’ dan l-awditu<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. Issa, huwa stabbilit li, f’dan il-każ, ir-rapport finali kien ġie adottat meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Madankollu, hekk kif jirriżulta mill-elementi inklużi fil-proċess, b’mod partikolari min-nota rikapitolattiva stabbilita mir-rikorrenti stess, kienu biss ċerti rakkomandazzjonijiet ifformulati fid-dokument mitlub fid-data tal-<DATE ISO="20181024">24 ta’ Ottubru 2018</DATE> li ġew applikati, li jimplika li r-rakkomandazzjonijiet kollha fformulati f’dan id-dokument kienu għadhom ma ġewx applikati meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Għaldaqstant, mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li, għalkemm ir-rapport finali li jtemm il-proċedura ta’ verifika ġie effettivament adottat meta tressqet it-talba għal aċċess għad-dokumenti kontenzjużi, miżuri ta’ implimentazzjoni relatati mal-imsemmija proċedura ta’ verifika kienu madankollu pendenti meta ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn ir-rikorrenti ssostni li l-istennija li r-rakkomandazzjonijiet ifformulati fid-dokument mitlub jiġu kklassifikati mill-Kummissjoni qabel ma tawtorizza l-komunikazzjoni tiegħu lill-pubbliku tmur kontra kemm l-għan imfittex mir-Regolament Nru 1049/2001 kif ukoll id-dritt għat-trasparenza rrikonoxxut mill-Artikolu 15 TFUE u mill-Artikolu 42 tal-Karta, għandu jiġi kkonstatat dan li ġej.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni kkunsidrat b’mod partikolari li l-eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti bbażata fuq it-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 għandha tiġi interpretata fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju. Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi rrilevat li r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20180718">18 ta’ Lulju 2018</DATE> dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="193" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 193, p. 1</REF.DOC.OJ>), li, skont l-Artikolu 281(1) tiegħu ħassar ir-Regolament Finanzjarju b’effett mit-<DATE ISO="20180802">2 ta’ Awwissu 2018</DATE>, fih, fl-Artikolu 118(9) tiegħu, dispożizzjoni li essenzjalment tirriproduċi l-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li l-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju jipprevedi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[i]r-rapporti u r-riżultati tal-awditur intern, kif ukoll ir-rapport tal-istituzzjoni, għandhom ikunu aċċessibbli lill-pubbliku biss wara validazzjoni mill-awditur intern tal-azzjoni meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Għandu jiġi kkonstatat ukoll li r-Regolament Nru 1049/2001 u r-Regolament Finanzjarju għandhom għanijiet differenti. Ir-Regolament Nru 1049/2001 huwa intiż sabiex jiffaċilita kemm jista’ jkun l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għad-dokumenti kif ukoll biex jippromwovi prattiki amministrattivi tajba (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0109">109</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa tiegħu, ir-Regolament Finanzjarju huwa intiż sabiex jiddefinixxi r-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni. B’mod iktar preċiż, il-Kapitolu 9 tiegħu jiddefinixxi l-kompiti u l-modalitajiet konkreti ta’ funzjonament applikabbli għall-awditur intern li kull istituzzjoni tal-Unjoni għandha l-obbligu li tadotta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Fl-istess ħin, għandu jiġi osservat li r-Regolament Nru 1049/2001 u r-Regolament Finanzjarju ma jinkludux dispożizzjoni li tipprevedi espressament is-supremazija ta’ wieħed fuq l-ieħor. Issa, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li ma jistax jiġi eskluż, bħala prinċipju, li l-eċċezzjonijiet previsti fl-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 jiġu interpretati fid-dawl ta’ ċerti leġiżlazzjonijiet speċifiċi tad-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, f’każ bħal dan, għandha tiġi żgurata applikazzjoni ta’ kull wieħed minn dawn ir-regolamenti li tkun kompatibbli ma’ dik tal-ieħor u tippermetti applikazzjoni koerenti tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Cosepuri vs EFSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑339/10 u T‑532/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:38">EU:T:2013:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Secolux vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:521">EU:T:2016:521</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Issa, l-għan stess tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju huwa li jirrestrinġi l-aċċess għar-rapporti u għall-konklużjonijiet tal-awditur intern, billi jiġu ppreżervati l-imsemmija dokumenti ta’ żvelar lill-pubbliku sal-validazzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom minn dan tal-aħħar. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li jiġi permess aċċess ġeneralizzat, abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001, għar-rapporti tal-awditur intern li l-miżuri ta’ implimentazzjoni tiegħu għadhom ma kinux is-suġġett ta’ validazzjoni minn dan tal-aħħar huwa ta’ natura li jipperikola l-bilanċ li l-leġiżlatur tal-Unjoni ried jiżgura fir-Regolament Finanzjarju bejn id-dritt tal-pubbliku li jaċċedi għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet bl-iktar mod wiesa’ possibbli u l-fakultà, għall-awditur intern, li jwettaq l-awditi li huwa jgħamel.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għall-finijiet tal-interpretazzjoni tal-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, għandha tiġi applikata preżunzjoni ġenerali li tgħid li l-iżvelar tal-konklużjonijiet u tar-rapporti tal-awditur intern qabel il-validazzjoni, minn dan tal-aħħar, tal-miżuri ta’ implimentazzjoni li jinkludu, jista’ jippreġudika l-għanijiet tal-awditi li huwa jwettaq (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120628">28 ta’ Ġunju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Éditions Odile Jacob</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑404/10 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:393">EU:C:2012:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0123">123</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130129">29 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Cosepuri vs EFSA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑339/10 u T‑532/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2013:38">EU:T:2013:38</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0085">85</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160921">21 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Secolux vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑363/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2016:521">EU:T:2016:521</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), peress li din il-preżunzjoni ta’ dannu bl-ebda mod ma teskludi, għall-persuni kkonċernati, il-possibbiltà li juru, b’mod partikolari, li dokument speċifiku li l-iżvelar tiegħu huwa mitlub ma huwiex kopert mill-imsemmija preżunzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140227">27 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs EnBW</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑365/12 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:112">EU:C:2014:112</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, għandu jiġi ppreċiżat li l-fatt li d-dokumenti relatati ma’ verifika interna huma koperti mill-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001, sa fejn il-miżuri ta’ implimentazzjoni tal-verifika inkwistjoni ma ġewx ivvalidati mill-awditur intern, iwassal sabiex id-dritt fundamentali tal-pubbliku għall-aċċess għad-dokumenti jiġi ristrett biss b’mod doppjament limitat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, din l-interpretazzjoni tikkonċerna biss, fost l-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni u ta’ awditu, il-kategorija speċifika tal-awditi mmexxija mill-awditur intern. Min-naħa l-oħra, hija limitata <HT TYPE="ITALIC">ratione temporis</HT>, peress li hija tippermetti lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni jirrifjutaw l-aċċess għar-rapporti u għall-konklużjonijiet dwar tali verifiki interni biss sakemm l-awditur intern ikun ivvalida l-miżuri meħuda għall-implimentazzjoni tagħhom. Fi kliem ieħor, l-eċċezzjoni prevista fit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 kif interpretata fid-dawl tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju hija limitata għat-tul tal-proċedura li fi tmiemha l-awditur intern jivvalida l-miżuri ta’ segwitu ta’ tali rapporti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak kollu li ntqal, u fid-dawl tan-neċessità li tiġi żgurata applikazzjoni koerenti tar-Regolament Nru 1049/2001 u tar-Regolament Finanzjarju, huwa għalhekk żbaljat li r-rikorrenti ssostni li l-Kummissjoni wettqet interpretazzjoni li tinnewtralizza d-dritt għat-trasparenza billi rrifjutatilha l-aċċess għad-dokument mitlub għar-raġuni li s-segwitu li għandu jingħata lill-verifika inkwistjoni ma kienx għadu ġie vvalidat mill-awditur intern.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>It-tielet nett, sa fejn ir-rikorrenti ssostni li l-eċċezzjoni prevista mit-tielet inċiż tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001 ma kinitx applikabbli f’dan il-każ, sa fejn l-iżvelar tad-dokument mitlub ma setax jikkomprometti l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni minħabba l-istat ta’ twettiq ta’ dan tal-aħħar, għandu jitfakkar li, kif ġie kkonstatat fil-punt 66 iktar ’il fuq, ir-rakkomandazzjonijiet kollha fformulati f’dan id-dokument kienu għadhom ma ġewx applikati meta d-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi ppreċiżat li, meta ngħatat is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata mir-rikorrenti fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha, id-dispożizzjonijiet rilevanti tar-Regolament Finanzjarju fil-qasam tal-aċċess<?PAGE NO="12"?> għad-dokumenti waqt proċedura ta’ verifika interna kienu għadhom ma daħlux fis-seħħ fiż-żmien tal-fatti fil-kawża li tat lok għall-imsemmija sentenza, u li r-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni tiegħu applikabbli dak iż-żmien ma kienx jipprevedi regoli li jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għar-rapporti ta’ verifika. Issa, mid-dħul fis-seħħ tal-Artikolu 99(6) tar-Regolament Finanzjarju fil-verżjoni tiegħu tal-2012, id-dispożizzjonijiet tiegħu għandhom neċessarjament jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-legalità tad-deċiżjoni kkontestata għar-raġunijiet li jinsabu fil-punti 68 sa 77. Għaldaqstant, il-miżuri ta’ implimentazzjoni inkwistjoni f’dan il-każ ma jistgħux jiġu kkunsidrati bħala avveniment każwali, futur u imbiegħed, li għalih huwa suġġett l-aċċess għad-dokument mitlub fis-sens tal-ġurisprudenza ċċitata mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, l-ewwel sat-tielet parti tal-ewwel motiv għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ parti</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni, l-ewwel nett, li mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li l-Kummissjoni wettqet eżami konkret tad-dokument mitlub qabel ma kkonkludiet li dan kien <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>kunfidenzjali<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>. It-tieni nett, hija ssostni li l-Kummissjoni wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni meta kkonkludiet li l-interess tagħha li tikseb l-iżvelar tad-dokument mitlub kien pjuttost ta’ natura privata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar, l-ewwel nett, li istituzzjoni, meta tirċievi talba bbażata fuq ir-Regolament Nru 1049/2001, hija obbligata, bħala prinċipju, li twettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokumenti msemmija fl-applikazzjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑2/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:125">EU:T:2005:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0074">74</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Din is-soluzzjoni bħala prinċipju ma tfissirx madankollu li tali eżami huwa meħtieġ fiċ-ċirkustanzi kollha. Fil-fatt, peress li l-għan tal-eżami konkret u individwali li l-istituzzjoni għandha fil-prinċipju twettaq b’risposta għal applikazzjoni għal aċċess imressqa abbażi tar-Regolament Nru 1049/2001 huwa li jippermetti lill-istituzzjoni inkwistjoni sabiex, minn naħa, tevalwa sa fejn hija applikabbli eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess u, min-naħa l-oħra, tevalwa l-possibbiltà ta’ aċċess parzjali, l-imsemmi eżami jista’ ma jkunx neċessarju meta, minħabba ċirkustanzi partikolari tal-każ, ikun jidher b’mod ċar li l-aċċess għandu jiġi miċħud jew, għall-kuntrarju, għandu jingħata. Dan jista’ jkun il-każ, b’mod partikolari, jekk ċerti dokumenti, qabel kollox, ikunu koperti b’mod ċar fl-intier tagħhom minn eċċezzjoni għad-dritt ta’ aċċess jew, bil-kontra, ikunu manifestament aċċessibbli fl-intier tagħhom, jew, finalment, jekk diġà kienu s-suġġett ta’ evalwazzjoni konkreta u individwali mill-Kummissjoni f’ċirkustanzi simili (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20050413">13 ta’ April 2005</DATE>, <NAME.CASE>Verein für Konsumenteninformation vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑2/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2005:125">EU:T:2005:125</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0075">75</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ huwa stabbilit li fid-deċiżjoni kkontestata u għar-raġunijiet li jinsabu fil-punt 29 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni qieset li l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni jkunu esposti għal theddid fil-każ ta’ żvelar tad-dokument mitlub. Barra minn hekk, dawn il-kunsiderazzjonijiet ġew stabbiliti b’mod ċar fl-imsemmija deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi kkonstatat li kien ċar, f’dan il-każ, li evalwazzjoni konkreta u individwali tal-kontenut tad-dokument imsemmi fl-applikazzjoni ma kinitx neċessarja peress li dan kien kopert minn preżunzjoni ġenerali li tgħid li l-iżvelar tal-konklużjonijiet u tar-rapporti redatti mill-awditur intern, qabel il-validazzjoni tal-miżuri ta’ implimentazzjoni tagħhom minn dan tal-aħħar, jista’ jippreġudika l-għanijiet tal-verifiki li huma relatati magħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi miċħud l-argument tar-rikorrenti li jgħid li mid-deċiżjoni kkontestata ma jirriżultax li l-Kummissjoni wettqet eżami konkret tad-dokument mitlub.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>It-tieni nett, sa fejn ir-rikorrenti tikkritika lill-Kummissjoni li wettqet żball manifest meta kkunsidrat li l-interessi li fuqhom kienet ibbażata t-talba għal aċċess għad-dokument mitlub li hija kienet ippreżentat kienu pjuttost ta’ natura privata, hemm lok li jiġi kkonstatat li huwa b’mod ġust li l-Kummissjoni tenfasizza li, meta hija talbet li din il-kawża tingħaqad ma’ dik li tat lok għas-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190606">6 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Bonnafous vs EACEA</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑614/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:381">EU:T:2019:381</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), ir-rikorrenti espressament ressqet tali motivi ta’ natura privata għall-finijiet li tiġġustifika l-interess tagħha li tikseb l-aċċess għad-dokument mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Għalhekk, fit-talba biex jingħaqdu l-kawżi inkwistjoni, ir-rikorrenti sostniet b’mod partikolari li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[l]-qari [tad-dokument mitlub] għandu għalhekk [jippermettilha] tikkorrobora u/jew tiddokumenta diversi lmenti li hija qajmet fil-Kawża T‑614/17<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Issa, l-interess partikolari li jista’ jinvoka applikant għall-aċċess għal dokument li jikkonċernah personalment ma jistax jittieħed inkunsiderazzjoni bħala interess pubbliku superjuri fis-sens tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(2) tar-Regolament Nru 1049/2001. Minn dan isegwi li d-difiża tal-interessi tiegħu sabiex jippreżenta rikors ma tikkostitwixxix interess pubbliku superjuri fis-sens tad-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110524">24 ta’ Mejju 2011</DATE>, <NAME.CASE>NLG vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑109/05 u T‑444/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:235">EU:T:2011:235</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0148">148</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għal darb’oħra għandu jitfakkar li r-rifjut ta’ żvelar invokat konta r-rikorrenti kif ukoll il-preżunzjoni ġenerali li tgħid li l-iżvelar tad-dokument mitlub jista’ jippreġudika l-għanijiet tal-verifika inkwistjoni li fuqha huwa bbażat dan ir-rifjut huma provviżorji. Fil-fatt, min-natura stess tal-imsemmija preżunzjoni jirriżulta li din tista’ tiġi invokata biss sakemm id-dipartiment tal-verifika interna tal-Kummissjoni ma jkunx ivvalida l-miżuri ta’ implimentazzjoni tad-dokument mitlub. Għaldaqstant, ir-referenza għas-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20001012">12 ta’ Ottubru 2000</DATE>, <NAME.CASE>JT’s Corporation vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑123/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2000:230">EU:T:2000:230</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060706">6 ta’ Lulju 2006</DATE>, <NAME.CASE>Franchet u Byk vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE> (<NO.CASE>T‑391/03 u T‑70/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2006:190">EU:T:2006:190</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0112">112</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), li tinsab fir-replika insostenn tal-argument li jgħid li d-deċiżjoni kkontestata ċċaħħad liċ-ċittadini mill-possibbiltà li jistħarrġu l-legalità tal-eżerċizzju tas-setgħa pubblika ma hijiex rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Għalhekk, fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jiġi kkunsidrat li r-rikorrenti ma ressqet ebda argument li jista’ jistabbilixxi li interess pubbliku superjuri seta’ jiġġustifika l-iżvelar tad-dokument mitlub f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-raba’ parti għandha tiġi miċħuda u, magħha, l-ewwel motiv kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti ssostni li l-preżunzjoni ġenerali ta’ nuqqas ta’ żvelar tad-dokument mitlub li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata ma hijiex iġġustifikata. Hija tqis li r-rifjut ta’ komunikazzjoni, anki parzjali, ta’ dan id-dokument għandu jiġi interpretat bħala rifjut li dan jiġi eżaminat b’mod konkret u individwali, ħaġa li tikkostitwixxi ksur manifest tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni tikkontesta dan l-argument.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi kkonstatat li, għall-istess raġunijiet bħal dawk li jinsabu fil-punti 82 sa 85 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni ma kinitx obbligata li twettaq f’dan il-każ l-eżami konkret u individwali tad-dokument mitlub.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Għalhekk, għandu jiġi miċħud it-tielet motiv u, għaldaqstant, li jiġi miċħud ir-rikors kollu kemm hu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="14"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfet, hemm lok li hija tiġi kkundannata għall-ispejjeż, kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Laurence Bonnafous hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Kanninen</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Półtorak</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Stancu</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fis-<DATE ISO="20200326">26 ta’ Marzu 2020</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>