Official Journal L 024 , 31/01/1996 P. 0031 - 0031
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Jannar 1996 li temenda d-Deċiżjoni 94/360/KE dwar il-frekwenza mnaqqsa ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ ċerti prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi (Test b’rilevanza għall-EEA) (96/104/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/675/KEE ta’ l-10 Diċembru 1990 li tistipula l-prinċipji li jirregolaw l-organizzazzjoni ta’ verifiki veterinarji fuq prodotti li jkunu deħlin fil-Komunità minn pajjiżi terzi [1], kif l-aħħar emendat bid-Direttiva 95/52/KE [2] u partikolarment l-Artikolu 8(3) tagħha, Billi fid-Deċiżjoni 94/360/KE [3], kif l-aħħar emendata b’ 95/270/KE [4], il-Kummissjoni adottat miżuri dwar it-tnaqqis fil-frekwenza ta’ verifiki fiżiċi ta’ konsenji ta’ prodotti li għandhom jiġu importati minn pajjiżi terzi; billi dawk il-frekwenzi għandhom japplikaw mill-1 Frar 1996, wara reviżjoni ta’ frekwenzi skond il-bażi tar-riżultati tal-verifiki kollha fuq konsenji importati ta’ prodotti; Billi aktar progress huwa neċessarju fuq l-armonizzazzjoni ta’ kundizzjonijiet ta’ l-importazzjoni fuq prodotti importati; Billi hija neċessarja aktar esperjenza ta’ verifiki minn Stati Membri fuq konsenji sabiex issir ir-reviżjoni tal-frekwenzi previsti fl-Artikolu 3(3); billi huwa għalhekk neċessarju li tiġi differita d-data ta’ l-applikazzjoni tal-frekwenzi għall-1 Jannar 1997; Billi l-miżuri li hemm provdut dwarhom f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti; ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/360/KEE għandha tiġi emendata kif ġej: - fl-Artikolu 3(1), id-data "l-1 ta’ Diċembru 1995" qiegħda tiġi sostitwita bi "l-1 ta’ Jannar 1996". - fl-Artikolu 3(3), id-data "l-1 ta’ Frar 1996" qiegħda tiġi sostitwita bi "il-15 ta’ Mejju 1996". - fl-Artikolu 7, id-data "l-1 ta’ Frar 1996" qiegħda tiġi sostitwita bi "l-1 ta’ Jannar 1997". Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmul fi Brussel, fid-29 ta’ Jannar 1996. Għall-Kummissjoni Franz Fischler Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 373, tal-31.12.1990, p. 1. [2] ĠU L 265,tat-8.10.1995, p. 16. [3] ĠU L 158, tal-25 6.1994, p. 41. [4] ĠU L 165, tal-15.7.1995, p. 24. --------------------------------------------------