32000D0112



Official Journal L 033 , 08/02/2000 P. 0021 - 0022


Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni

ta’ l-14 ta’ Jannar 2000

li taghti dettalji dwar id-distribuzzjoni bejn il-banek ta’ l-antiġeni ta’ riżervi ta’ l-antiġeni stabbiliti fi-qafas ta’ l-azzjoni tal-Komunità dwar ir-riżervi ta’ vaċċini tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u li temenda d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 93/590/KE u 97/348/KE

(notifikata bid-dokument numru C (2000) 1)

(Test b’rilevanza ŻEE)

(2000/112/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitá Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE tal-11 ta’ Diċembru 1991 li tistabbilixxi r-riżervi tal-Komunità ta’ vaċċini ghall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [1], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/762/KE [2], u partikolarment l-Artikolu 7 taghha,

Billi:

(1) skond l-Artikolu 7 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/666/KEE il-Kummissjoni għandha tadotta arranġamenti dettaljati partikolarment fir-rigward tad-distribuzzjoni tar-riżervi ta’ l-antiġeni bejn il-banek ta’ l-antiġeni;

(2) L-Artikolu 3 tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/590/KE tal-5 ta’ Novembru 1993, dwar ix-xiri ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer fil-qafas ta’ l-azzjoni tal-Kommunità dwar ir-riżervi ta’ vaċċini ghall-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [3] kif l-aħħar emendat bid-Deċiżjoni 95/471/KE [4], jiddisponi ghall-hażna ta’ l-antiģen fi tlett postijiet speċifikati;

(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 97/348/KE tat-23 ta’ Mejju1997 dwar xiri mill-Komunità ta’ antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer u ghall-formulazzjoni, fabbrikazzjoni, bottiljar u distribuzzjoni ta’ vaċċini kontra l-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer [5], jaghti dettalji dwar id-distribuzzjoni ta’ l-antiġeni li għadhom kif inxtraw lill-banek nominati ta’ l-antiġeni;

(4) permezz tad-Deċiżjoni 2000/111/KE [6] il-Kummissjoni nnominat lil Merial SAS, Pirbright, Renju Unit, bħala t-tielet bank ta’ l-antiġeni u iddisponiet għat-trasferiment ta’ l-antiġeni minn bank li ma baqax innominat;

(5) dwar il-kwantitajiet u t-tipi ta’ antiġeni mahżuna fil-banek ta’ l-antiġeni nominati trid titqies is-sitwazzjoni l-ġdida u għal raġunijiet ta’ ċarezza dawn il-kwantitajiet u tipi ta’ antiġeni għandhom ikunu elenkati ghal kull bank nominat ta’ l-antiġeni skond is-sitwazzjoni l-ġdida;

(6) id-disposizzjonijiet ta’ l-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 93/590/KE u ta’ l-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 97/348/KE m’ghadhomx iktar addattati għas-sitwazzjoni l-ģdida u għandhom jitħassru;

(7) il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti Veterinarju,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-kwantitajiet u t-tipi ta’ antiġeni mahżuna fil-qafas tar-riżervi ta’ l-antiġeni tal-marda ta’ l-ilsien u d-dwiefer tal-Komunità għandhom jitqassmu bejn il-banek nominati ta’ l-antiġeni skond id-dispożizzjonijiet li hemm fl-Anness.

Artikolu 2

1. L-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 93/590/KE huwa mħassar.

2. L-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 97/348/KE huwa mħassar.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Frar 2000.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni hi ndirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussel, fl-14 ta’ Jannar 2000.

Għall-Kummissjoni

David Byrne

Membru tal-Kummissjoni

[1] ĠU L 368, tal-31.12.1991, p. 21.

[2] ĠU L 301, ta’ l-24.11.1999, p. 6.

[3] ĠU L 280, tat-13.11.1993, p. 33.

[4] ĠU L 269,tal- 11.11.1995, p. 29.

[5] ĠU L 148, tat-6.6.1997, p. 27.

[6] Ara paġna 19 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċċjali.

--------------------------------------------------

ANNESS

BANK EWROPEW TA' L-ANTIĠENI | Banek nominati ta' l-antiġeni | BANK EWROPEW TA' L-ANTIĠENI |

| IZP Brescia | LNPB Ljon | Merial S.A.S Pirbright | |

Antiġen Tip/subtip | Kwantità (x 1000000) | Kwantità (x 1000000) | Kwantità (x 1000000) | Kwantità (x 1000000) total għal kull antiġen |

01 – Manissa | 2,5 | 2,5 | - | 5,0 |

01 - BFS | - | 2,5 | 2,5 | 5,0 |

A24 – Cruzeiro | - | 2,5 | 2,5 | 5,0 |

A22 – Iraq | 2,5 | 3,9 | - | 6,4 |

C1 – Noville | 2,5 | - | 2,5 | 5,0 |

ASIA1 – Shamir | 2,5 | - | 2,5 | 5,0 |

Kwantità (x 1000000) totali għal kull sit | 10, 0 | 11,4 | 10,0 | 31,4 |

--------------------------------------------------