9.11.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 372/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1652

tal-4 ta’ Novembru 2020

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(1), l-Artikoli 5a(2), 5b(7), 6(5), 7(2), it-tielet u r-raba’ subparagrafi tal-Artikolu 8(3) u l-Artikolu 19(3) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 (2) jistabbilixxi l-metodi u l-iskadenzi għall-preżentazzjoni tad-data lill-Kummissjoni. Minħabba l-pandemija tal-COVID-19, fis-sena 2020, xi Stati Membri qed jiffaċċjaw diffikultajiet amministrattivi eċċezzjonali li jistgħu jaffettwaw il-preżentazzjoni fil-ħin tal-prospetti tal-azjendi agrikoli lill-Kummissjoni fir-rigward tas-sena kontabilistika 2019. Sabiex jiġi ffaċilitat ix-xogħol tal-Istati Membri f’ċirkostanzi eċċezzjonali simili, il-Kummissjoni jenħtieġ li jkollha l-possibbiltà li testendi l-iskadenza għall-preżentazzjoni tad-data b’ċerti kundizzjonijiet. Jenħtieġ li l-emenda proposta tapplika mis-sena kontabilistika 2019.

(2)

L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi l-korrispondenza bejn l-intestaturi msemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1874 (3) u l-prospetti tal-azjendi agrikoli tan-Network tad-Data tal-Kontabbiltà Agrikola (FADN). F’dak l-Anness ġew definiti t-termini “produzzjoni standard” (SO) u “koeffiċjent tal-produzzjoni standard” (SOC). Kemm it-termini kif ukoll l-abbrevjazzjonijiet jenħtieġ li jiġu indikati kemm bl-Ingliż kif ukoll bil-lingwa tal-verżjoni lingwistika rispettiva tal-lingwa uffiċjali tal-UE. Madankollu, sabiex jiġu ffaċilitati l-paragun u l-analiżi, it-Taqsima A. “Tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjoni tal-biedja” u t-Taqsima B. “Tabella ta’ korrispondenza u kodiċijiet tar-raggruppament” fl-Anness IV jenħtieġ li jikkonsistu biss minn abbrevjazzjonijiet bl-Ingliż (SO jew SOC). Barra minn hekk, il-kliem u l-ifformattjar tat-Tabelli tal-Anness IV jenħtieġ li jittejbu u jiġu ċċarati. Għalhekk jixraq li l-Anness IV jiġi sostitwit b’test ġdid.

(3)

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi l-formola u t-tqassim tad-data tal-kontabbiltà li tinsab fil-prospetti tal-azjendi agrikoli. Fit-Tabella A ta’ dak l-Anness jenħtieġ li jiżdiedu tliet varjabbli ġodda relatati mal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs). L-objettiv tat-titjib tal-pożizzjoni tal-bdiewa fil-katina agroalimentari huwa appoġġat minn diversi miżuri tal-Politika Agrikola Komuni (PAK). Għalhekk il-ġbir tad-data dwar il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fl-organizzazzjonijiet tal-produtturi se jagħti għarfien siewi dwar l-effetti tal-PAK. Il-varjabbli ġodda proposti jenħtieġ li japplikaw għall-Istati Membri kollha mis-sena kontabilistika 2023. L-Istati Membri li ma jistgħux jippreżentaw id-data għal xi wħud mit-tliet varjabbli ġodda jew għal kollha kemm huma jistgħu jiġu eżentati jekk jippreżentaw talba debitament ġustifikata lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Mejju 2021. Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri jenħtieġ li jkollhom il-possibbiltà li jippreżentaw id-data relatata mal-varjabbli ġodda mis-sena kontabilistika 2021.

(4)

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jistabbilixxi l-formola u t-tqassim tad-data tal-kontabbiltà li tinsab fil-prospetti tal-azjendi agrikoli. Jeħtieġ li jittejbu t-termini użati fit-Tabella C u fit-Tabella I tal-Anness VIII. Għalhekk jeħtieġ li dawk it-tabelli jiġu sostitwiti.

(5)

Għaldaqstant, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan. Jenħtieġ li l-emenda proposta tapplika mis-sena kontabilistika 2021.

(6)

Il-Kumitat għan-Network ta’ Informazzjoni tal-Kontabbiltà Agrikola ma tax opinjoni sal-limitu taż-żmien stabbilit mill-president tiegħu,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 10(3) jiżdied is-subparagrafu li ġej:

“Fil-każ ta’ ċirkostanzi eċċezzjonali li jistgħu jfixklu t-twassil tad-data, l-Istati Membri għandhom minnufih jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-istatus tal-ġbir tad-data u t-twassil tad-data kif ukoll jipproponu soluzzjoni għat-twassil tad-data. Wara l-analiżi tal-informazzjoni pprovduta, il-Kummissjoni tista’ testendi darba b’mod eċċezzjonali l-iskadenza msemmija fl-ewwel subparagrafu b’massimu ta’ tliet xhur.”

2)

l-Anness IV huwa sostitwit bit-test stabbilit fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

(3)

l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu jibda japplika mis-sena kontabilistika 2021.

Madankollu:

(a)

l-Artikolu 1(1) għandu japplika mid-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-preżentazzjoni tal-prospetti tal-azjendi agrikoli għas-sena kontabilistika 2019;

(b)

l-Artikolu 1(3) fir-rigward tal-varjabbli A.OT.230.C, A.OT.231.C u A.OT.232.C introdotti fit-Tabella A tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 għandu japplika mis-sena kontabilistika 2023.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-4 ta’ Novembru 2020.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 328, 15.12.2009, p. 27.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/220 tat-3 ta’ Frar 2015 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1217/2009 li jistabbilixxi network għall-ġbir ta’ informazzjoni tal-kontabbiltà dwar id-dħul u l-operazzjoni kummerċjali ta’ azjendi agrikoli fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 46, 19.2.2015, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1874 tad-29 ta’ Novembru 2018 dwar id-data li trid tiġi pprovduta għall-2020 skont ir-Regolament (UE) 2018/1091 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1166/2008 u (UE) Nru 1337/2011, fir-rigward tal-lista ta’ varjabbli u d-deskrizzjoni tagħhom (ĠU L 306, 30.11.2018, p. 14).


ANNESS I

“ANNESS IV

TIPI PARTIKOLARI TA’ SPEĊJALIZZAZZJONI TAL-BIEDJA U L-KORRISPONDENZA TAGĦHOM MA’ TIPI ĠENERALI U EWLENIN TAL-BIEDJA (L-ARTIKOLU 4)

Japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Produzzjoni standard (SO) tfisser il-valur standard tal-produzzjoni grossa. L-SO tintuża għall-klassifikazzjoni tal-azjendi agrikoli skont it-tipoloġija tal-azjendi agrikoli tal-Unjoni (li fihom it-tip ta’ biedja hija ddefinita bl-attivitajiet ewlenin tal-produzzjoni) u għad-determinazzjoni tad-daqs ekonomiku tal-azjenda agrikola.

(b)

Koeffiċjent tal-produzzjoni standard (SOC) tfisser il-valur monetarju medju tal-produzzjoni grossa ta’ kull varjabbli agrikolu msemmi fl-Artikolu 6(1), li jikkorrispondi għas-sitwazzjoni medja f’reġjun partikolari, għal kull unità tal-produzzjoni. L-SOCs jiġu kkalkolati bil-prezz mal-ħruġ mill-azjenda agrikola, f’euro għal kull ettaru ta’ għelejjel jew f’euro għal kull bhima (japplikaw xi eċċezzjonijiet għall-faqqiegħ f’euro għal kull 100 m2, għall-pollam f’euro għal kull 100 unità u għan-naħal f’euro għal kull kaxxa tan-naħal). Il-VAT, it-taxxi u s-sussidji mhumiex inklużi fil-prezz mal-ħruġ mill-azjenda agrikola. L-SOCs jiġu aġġornati mill-inqas kull darba li jsir stħarriġ Ewropew dwar l-istruttura tal-azjendi agrikoli.

(c)

SO totali ta’ azjenda agrikola hija s-somma tal-unitajiet tal-produzzjoni individwali ta’ azjenda speċifika mmultiplikata bl-SOC rispettiv tagħhom.”

A.   TIPI PARTIKOLARI TA’ SPEĊJALIZZAZZJONI TAL-BIEDJA

It-tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja huma definiti b’żewġ karatteristiċi:

(a)

In-natura tal-varjabbli kkonċernati

Il-varjabbli jirreferu għal-lista rilevanti ta’ varjabbli mistħarrġa fil-ġbir tad-data tal-IFS: jiġu indikati permezz tal-kodiċijiet ippreżentati fit-tabella ta’ korrispondenza fil-Parti B.I ta’ dan l-Anness jew b’kodiċi li jirraggruppa bosta minn dawk il-varjabbli kif stabbilit fil-Parti B.II ta’ dan l-Anness (1).

(b)

Il-kundizzjonijiet li jiddeterminaw il-limiti tal-klassi

Jekk ma jkunx indikat mod ieħor, dawn il-kundizzjonijiet jiġu espressi bħala frazzjonijiet tal-SO totali tal-azjenda.

Il-kundizzjonijiet kollha indikati għal tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja jridu jiġu ssodisfati b’mod kumulattiv sabiex l-azjenda tiġi kklassifikata taħt it-tip partikolari ta’ speċjalizzazzjoni tal-biedja relatat.

Azjendi speċjalisti – prodotti tal-għelejjel

Tipi ta’ biedja

(* biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, is-sitt kolonni ta’ taħt din l-intestatura ġew riprodotti fil-Parti C ta’ dan l-Anness)

Metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

JEKK (C1) U (C2) U (C3), ALLURA (S1)

Ġenerali

Deskrizzjoni

Prinċipali

Deskrizzjoni

Speċjalizzazzjonijiet partikolari

Deskrizzjoni

(S1)

Deskrizzjoni tal-kalkolu

(D1)

Kodiċi tal-varjabbli u tal-kundizzjonijiet

(ref. il-Parti B ta’ dan l-Anness)

Kundizzjoni 1

(C1)

Kundizzjoni 2

(C2)

Kundizzjoni 3

(C3)

1

Għelejjel tal-għelieqi speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

15

Ċereali speċjalisti, żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

 

 

 

 

 

 

 

 

 

151

Ċereali speċjalisti (għajr ir-ross), żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

Ċereali, għajr ir-ross, żrieragħ taż-żejt, bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 > 2/3

P151 + P16 + SO_CLND014 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

152

Ross speċjalist

Ross > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 > 2/3

SO_CLND013 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

153

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, għelejjel tal-proteini u ross ikkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr l-azjendi fil-klassijiet 151 u 152

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 > 2/3

 

 

16

Tkabbir ġenerali ta’ għelejjel tal-għelieqi

 

 

 

 

 

 

 

 

 

161

Għelejjel tal-għeruq speċjalisti

Patata, pitravi zokkrija u għelejjel oħra tal-għeruq n.e.c. > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

P17 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

162

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, għelejjel tal-proteini u għelejjel tal-għeruq ikkombinati

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini > 1/3, U għeruq > 1/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 > 1/3 U P17 > 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

163

Ħxejjex tal-għelieqi speċjalisti

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

SO_CLND045 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

164

Tabakk speċjalist

Tabakk > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

SO_CLND032 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

165

Qoton speċjalist

Qoton > 2/3

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

SO_CLND030 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

166

Għelejjel tal-għelieqi varji kkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr l-azjendi fil-klassijiet 161, 162, 163, 164 u 165

P1 > 2/3

P15 + P16 + SO_CLND014 ≤ 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

2

Ortikultura speċjalista

 

 

 

 

 

 

 

 

 

21

Ortikultura speċjalista ta’ ġewwa

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

211

Ħxejjex speċjalisti ta’ ġewwa

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND081 + SO_CLND082 > 2/3

SO_CLND081 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

212

Fjuri u pjanti ornamentali speċjalisti ta’ ġewwa

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND081 + SO_CLND082 > 2/3

SO_CLND082 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

213

Ortikultura speċjalista mħallta ta’ ġewwa

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 211 u 212

P2 > 2/3

SO_CLND081 + SO_CLND082 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

22

Ortikultura speċjalista ta’ barra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

221

Ħxejjex speċjalisti ta’ barra

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 > 2/3

SO_CLND044 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

222

Fjuri u pjanti ornamentali speċjalisti ta’ barra

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 > 2/3

SO_CLND046 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

223

Ortikultura mħallta speċjalista ta’ barra

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 221 u 222

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 > 2/3

 

 

23

Ortikultura oħra

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

231

Faqqiegħ speċjalist

Faqqiegħ > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 ≤ 2/3 U SO_CLND081 + SO_CLND082 ≤ 2/3

SO_CLND079 > 2/3

 

 

 

232

Mixtliet speċjalisti

Mixtliet > 2/3

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 ≤ 2/3 U SO_CLND081 + SO_CLND082 ≤ 2/3

SO_CLND070 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

233

Ortikultura varja

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 231 u 232

P2 > 2/3

SO_CLND044 + SO_CLND046 ≤ 2/3 U SO_CLND081 + SO_CLND082 ≤ 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3

Għelejjel permanenti speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

35

Vinji speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

351

Inbid ta’ kwalità speċjalist

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) u għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP) > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND062> 2/3

SO_CLND064 + SO_CLND065 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

352

Inbid speċjalist għajr l-inbid ta’ kwalità

Għeneb għal inbejjed oħra n.e.c.(mingħajr DOP/IĠP) > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND062> 2/3

SO_CLND066 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

353

Għeneb tal-mejda speċjalist

Għeneb tal-mejda > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND062> 2/3

SO_CLND067 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

354

Vinji oħra

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 351, 352 u 353

P3 > 2/3

SO_CLND062> 2/3

 

 

36

Frott u frott taċ-ċitru speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

361

Frott speċjalist (għajr iċ-ċitru, il-frott tropikali u subtropikali u l-ġwież)

Frott ta’ żoni klimatiċi moderati u frott artab (għajr il-frawli) > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND055+ SO_CLND061> 2/3

SO_CLND056_57 + SO_CLND059 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

362

Frott taċ-ċitru speċjalist

Frott taċ-ċitru > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND055+ SO_CLND061> 2/3

SO_CLND061> 2/3

 

 

 

363

Ġwież speċjalist

Ġwież > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND055 + SO_CLND061> 2/3

SO_CLND060 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

364

Frott tropikali u subtropikali speċjalist

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND055 + SO_CLND061> 2/3

SO_CLND058 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

365

Frott speċjalist, ċitru, frott tropikali u subtropikali u ġwież: produzzjoni mħallta

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 361, 362, 363 u 364

P3 > 2/3

SO_CLND055 + SO_CLND061> 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

37

Żebbuġ speċjalist

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

370

Żebbuġ speċjalist

Żebbuġ > 2/3

P3 > 2/3

SO_CLND069 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

38

Għelejjel permanenti varji kkombinati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

380

Għelejjel permanenti varji kkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjoni C1, għajr dawk fil-klassijiet 351 sa 370

P3 > 2/3

 

 

Azjendi speċjalisti — Produzzjoni tal-annimali

Tipi ta’ biedja

(* biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, is-sitt kolonni ta’ taħt din l-intestatura ġew riprodotti fil-Parti C ta’ dan l-Anness)

Metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

JEKK (C1) U (C2) U (C3), ALLURA (S1)

Ġenerali

Deskrizzjoni

Prinċipali

Deskrizzjoni

Speċjalizzazzjonijiet partikolari

Deskrizzjoni

(S1)

Deskrizzjoni tal-kalkolu

(D1)

Kodiċi tal-varjabbli u tal-kundizzjonijiet

(ref. il-Parti B ta’ dan l-Anness)

Kundizzjoni 1

(C1)

Kundizzjoni 2

(C2)

Kundizzjoni 3

(C3)

4

Bhejjem li jirgħu speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

45

Bhejjem tal-ħalib speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

450

Bhejjem tal-ħalib speċjalisti

Baqar tal-ħalib > 3/4 tat-total tal-bhejjem li jirgħu, U bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ

P4 > 2/3

SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 3/4 GL U GL > 1/10 P4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

46

Bhejjem bovini speċjalisti — trobbija u tismin

 

 

 

 

 

 

 

 

 

460

Bhejjem bovini speċjalisti — trobbija u tismin

Il-bovini kollha (jiġifieri bovini iżgħar minn sena, bovini bejn sena u iżgħar minn sentejn u bovini ta’ sentejn jew iżjed (bovini rġiel, erieħ, baqar tal-ħalib, baqar mhux tal-ħalib u bufli baqar))

> 2/3 tal-bhejjem li jirgħu U baqar tal-ħalib ≤ 1/10 tal-bhejjem li jirgħu U

bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ

P4 > 2/3

P46 > 2/3 GL U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 ≤ 1/10 GL U GL > 1/10 P4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

47

Bhejjem bovini — tal-ħalib, tat-trobbija u tat-tismin ikkombinati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

470

Bhejjem bovini — tal-ħalib, tat-trobbija u tat-tismin ikkombinati

Il-bovini kollha > 2/3 tal-bhejjem li jirgħu U baqar tal-ħalib > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu U bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ; esklużi dawk l-azjendi tal-klassi 450

P4 > 2/3

P46 > 2/3 GL U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 1/10 GL U GL > 1/10 P4; eskluż 450

 

 

48

Nagħaġ, mogħoż u bhejjem oħra li jirgħu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

481

Nagħaġ speċjalisti

Nagħaġ > 2/3 tal-bhejjem li jirgħu U bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ

P4 > 2/3

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 450, 460 u 470

SO_CLVS012 > 2/3 GL U GL > 1/10 P4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

482

Nagħaġ u bhejjem bovini flimkien

Il-bovini kollha > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U nagħaġ > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ

P4 > 2/3

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 450, 460 u 470

P46 > 1/3 GL U SO_CLVS012 > 1/3 GL U GL > 1/10 P4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

483

Mogħoż speċjalisti

Mogħoż > 2/3 tal-bhejjem li jirgħu U bhejjem li jirgħu > 1/10 tal-bhejjem li jirgħu u foraġġ

P4 > 2/3

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 450, 460 u 470

SO_CLVS015 > 2/3 GL U GL > 1/10 P4

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

484

Bhejjem varji li jirgħu

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 481, 482 u 483

P4 > 2/3

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 450, 460 u 470

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

5

Granivori speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

51

Ħnieżer speċjalisti

 

 

 

 

 

 

 

 

 

511

Trobbija tal-ħnieżer speċjalisti

Ħnieżer nisa tat-tgħammir > 2/3

P5 > 2/3

P51 > 2/3

SO_CLVS019 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

512

Tismin tal-ħnieżer speċjalisti

Qżieqeż u ħnieżer oħrajn > 2/3

P5 > 2/3

P51 > 2/3

SO_CLVS018 + SO_CLVS020 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

513

Trobbija u tismin tal-ħnieżer ikkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 511 u 512

P5 > 2/3

P51 > 2/3

 

 

52

Pollam speċjalist

 

 

 

 

 

 

 

 

 

521

Tiġieġ tal-bajd speċjalisti

Tiġieġ tal-bajd > 2/3

P5 > 2/3

P52 > 2/3

SO_CLVS022 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

522

Laħam tal-pollam speċjalist

Brojlers u pollam ieħor > 2/3

P5 > 2/3

P52 > 2/3

SO_CLVS021 + SO_CLVS023 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

523

Tiġieġ tal-bajd u laħam tal-pollam ikkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 521 u 522

P5 > 2/3

P52 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

53

Granivori varji kkombinati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

530

Granivori varji kkombinati

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjoni C1, għajr dawk fil-klassijiet 511 sa 523

P5 > 2/3

 

 

Azjendi mħallta

Tipi ta’ biedja

(* biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, is-sitt kolonni ta’ taħt din l-intestatura ġew riprodotti fil-Parti C ta’ dan l-Anness)

Metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

JEKK (C1) U (C2) U (C3), ALLURA (S1)

Ġenerali

Deskrizzjoni

Prinċipali

Deskrizzjoni

Speċjalizzazzjonijiet partikolari

Deskrizzjoni

(S1)

Deskrizzjoni tal-kalkolu

(D1)

Kodiċi tal-varjabbli u tal-kundizzjonijiet

(ref. il-Parti B ta’ dan l-Anness)

Kundizzjoni 1 (C1)

Kundizzjoni 2

(C2)

Kundizzjoni 3

(C3)

6

Tkabbir tal-għelejjel imħallta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

61

Tkabbir tal-għelejjel imħallta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

611

Ortikultura u għelejjel permanenti kkombinati

Ortikultura > 1/3 U għelejjel permanenti > 1/3

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

P2 > 1/3 U P3 > 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

612

Għelejjel tal-għelieqi u ortikultura kkombinati

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > 1/3 U ortikultura > 1/3

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

P1 > 1/3 U P2 > 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

613

Għelejjel tal-għelieqi u vinji kkombinati

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > 1/3 U vinji > 1/3

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

P1 > 1/3 U SO_CLND062> 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

614

Għelejjel tal-għelieqi u għelejjel permanenti kkombinati

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > 1/3 U għelejjel permanenti > 1/3 U vinji ≤ 1/3

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

P1 > 1/3 U P3 > 1/3 U SO_CLND062 ≤ 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

615

Tkabbir tal-għelejjel imħallta, l-aktar għelejjel tal-għelieqi

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > 1/3, U l-ebda attività oħra > 1/3

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

P1 > 1/3 U P2 ≤ 1/3 U P3 ≤ 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

616

Tkabbir ta’ għelejjel imħallta oħrajn

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr l-azjendi fil-klassijiet 611, 612, 613, 614 u 615

(P1 + P2 + P3) > 2/3 U P1 ≤ 2/3 U P2 ≤ 2/3 U P3 ≤ 2/3

 

 

7

Bhejjem imħallta

 

 

 

 

 

 

 

 

 

73

Bhejjem imħallta, l-aktar bhejjem li jirgħu

 

 

 

 

 

 

 

 

 

731

Bhejjem imħallta, l-aktar tal-ħalib

Bovini tal-ħalib > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U baqar tal-ħalib > 1/2 tal-bovini tal-ħalib

P4 + P5 > 2/3 U P4 ≤ 2/3; P5 ≤ 2/3

P4 > P5

P45 > 1/3 GL U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 1/2 P45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

732

Bhejjem imħallta, l-aktar bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassi 731

P4 + P5 > 2/3 U P4 ≤ 2/3 U P5 ≤ 2/3

P4 > P5

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

74

Bhejjem imħallta, l-aktar granivori

 

 

 

 

 

 

 

 

 

741

Bhejjem imħallta: granivori u tal-ħalib

Bovini tal-ħalib > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U granivori > 1/3 U baqar tal-ħalib > 1/2 tal-bovini tal-ħalib

P4 + P5 > 2/3 U P4 ≤ 2/3 U P5 ≤ 2/3

P4 ≤ P5

P45 > 1/3 GL U P5 > 1/3 U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 1/2 P45

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

742

Bhejjem imħallta: granivori, u bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassi 741

P4 + P5 > 2/3 U P4 ≤ 2/3 U P5 ≤ 2/3

P4 ≤ P5

 

8

Għelejjel imħallta – bhejjem

 

 

 

 

 

 

 

 

 

83

Għelejjel tal-għelieqi – bhejjem li jirgħu kkombinati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

831

Għelejjel tal-għelieqi kkombinati mal-bhejjem tal-ħalib

Bovini tal-ħalib > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U baqar tal-ħalib + bufli baqar > 1/2 tal-bovini tal-ħalib U bovini tal-ħalib < tkabbir ġenerali tal-għelejjel

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

P1> 1/3 U P4 > 1/3

P45 > 1/3 GL U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 1/2 P45 U P45 < P1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

832

Bhejjem tal-ħalib ikkombinati mal-għelejjel tal-għelieqi

Bovini tal-ħalib > 1/3 tal-bhejjem li jirgħu U baqar tal-ħalib + bufli baqar > 1/2 tal-bovini tal-ħalib U bovini tal-ħalib ≥ tkabbir ġenerali tal-għelejjel

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

P1> 1/3 U P4 > 1/3

P45 > 1/3 GL U SO_CLVS009 + SO_CLVS011 > 1/2 P45 U P45 ≥ P1

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

833

Għelejjel tal-għelieqi kkombinati mal-bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > bhejjem li jirgħu u foraġġ, esklużi azjendi fil-klassi 831

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

P1> 1/3 U P4 > 1/3

P1 > P4; eskluż 831

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

834

Bhejjem li jirgħu mhux tal-ħalib ikkombinati mal-għelejjel tal-għelieqi

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 831, 832 u 833

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

P1> 1/3 U P4 > 1/3

 

 

84

Għelejjel varji u bhejjem ikkombinati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

841

Għelejjel u granivori kkombinati

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel > 1/3 U granivori > 1/3

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 831, 832, 833 u 834

P1> 1/3 U P5 > 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

842

Għelejjel permanenti u bhejjem li jirgħu kkombinati

Għelejjel permanenti > 1/3 U bhejjem li jirgħu u foraġġ > 1/3

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 831, 832, 833 u 834

P3 > 1/3 U P4 > 1/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

843

Trobbija tan-naħal

Naħal > 2/3

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 831, 832, 833 u 834

SO_CLVS030 > 2/3

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

844

Għelejjel imħallta u bhejjem varji

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1 u C2, għajr dawk fil-klassijiet 841, 842 u 843

Azjendi mhux inklużi fil-klassijiet 151-742 u 999

Azjendi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet C1, għajr dawk fil-klassijiet 831, 832, 833 u 834

 

Azjendi mhux ikklassifikati

Tipi ta’ biedja

(* biex ikunu jistgħu jinqraw iktar faċilment, is-sitt kolonni ta’ taħt din l-intestatura ġew riprodotti fil-Parti C ta’ dan l-Anness)

Metodi għall-kalkolu ta’ tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

JEKK (C1) U (C2) U (C3), ALLURA (S1)

Ġenerali

Deskrizzjoni

Prinċipali

Deskrizzjoni

Speċjalizzazzjonijiet partikolari

Deskrizzjoni

(S1)

Deskrizzjoni tal-kalkolu

Kodiċi tal-varjabbli u tal-kundizzjonijiet

(ref. il-Parti B ta’ dan l-Anness)

Kundizzjoni 1

(C1)

Kundizzjoni 2

(C2)

Kundizzjoni 3

(C3)

9

Azjendi mhux ikklassifikati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

99

Azjendi mhux ikklassifikati

 

 

 

 

 

 

 

 

 

999

Azjendi mhux ikklassifikati

SO totali = 0

 

 

 

B.   TABELLA TA’ KORRISPONDENZA U KODIĊIJIET TAR-RAGGRUPPAMENT

I.

Korrispondenza bejn l-intestaturi tal-istħarriġ tal-Unjoni tal-2020 dwar l-istatistika integrata tal-azjendi agrikoli (“IFS”) imsemmija fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1874 jew f’leġiżlazzjoni aktar reċenti, l-intestaturi li jridu jinġabru għall-SOC 2017 u l-prospett tal-azjendi agrikoli tal-FADN

Intestaturi ekwivalenti għall-applikazzjoni tal-SOCs

Kodiċi tal-IFS

Tikketta tal-IFS

Kodiċi tal-SOC

Intestatura tal-SOC tal-2017

Prospett tal-azjendi agrikoli tal-FADN

(l-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament)

I. Għelejjel

CLND004

Qamħ komuni u spelt

SOC_CLND004

Qamħ komuni u spelt

10110.

Qamħ komuni u spelt

CLND005

Qamħ durum

SOC_CLND005

Qamħ durum

10120.

Qamħ durum

CLND006

Segala u taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

SOC_CLND006

Segala u taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

10130.

Segala u taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

CLND007

Xgħir

SOC_CLND007

Xgħir

10140.

Xgħir

CLND008

Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)

SOC_CLND008

Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)

10150.

Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)

CLND009

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

SOC_CLND009

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

10160.

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

CLND010

Tritikal

SOC_CLND010_011_012

Tritikal, sorgu u ċereali oħra n.e.c. (qamħ Saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

10190.

Tritikal, sorgu u ċereali oħra n.e.c. (qamħ Saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

CLND011

Sorgu

CLND012

Ċereali oħra n.e.c. (qamħ Saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

CLND013

Ross

SOC_CLND013

Ross

10170.

Ross

CLND014

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż żerriegħa u taħlitiet ta’ ċereali u bus u ħemes)

SOC_CLND014

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż żerriegħa u taħlitiet ta’ ċereali u bus u ħemes)

10210.

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

10220.

Għads, ċiċri u ġulbiena

10290.

Għelejjel tal-proteini oħra

CLND015

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

SOC_CLND015

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

10210.

– li minnhom: Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

CLND017

Patata (inkluż patata taż-żrigħ)

SOC_CLND017

Patata (inkluż patata taż-żrigħ)

10300.

Patata (inkluż patata bikrija u patata taż-żrigħ)

CLND018

Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

SOC_CLND018

Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

10400.

Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

CLND019

Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c.

SOC_CLND019

Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c.

10500.

Għelejjel tal-għeruq oħra, pitravi tal-foraġġ u pjanti tal-foraġġ tal-familja Brassicae, imkabbra għall-għeruq jew għaz-zokk, u għeruq u għelejjel tuberi oħra tal-foraġġ n.e.c.

CLND022

Żrieragħ tal-lift u tal-lift tan-nevew

SOC_CLND022

Żrieragħ tal-lift u tal-lift tan-nevew

10604.

Żrieragħ tal-lift u tal-lift tan-nevew

CLND023

Żerriegħa tal-ġirasol

SOC_CLND023

Żerriegħa tal-ġirasol

10605.

Żerriegħa tal-ġirasol

CLND024

Sojja

SOC_CLND024

Sojja

10606.

Sojja

CLND025

Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien)

SOC_CLND025

Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien)

10607.

Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien)

CLND026

Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt n.e.c.

SOC_CLND026

Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt n.e.c.

10608.

Għelejjel taż-żrieragħ taż-żejt oħra n.e.c

CLND028

Fibra tal-kittien

SOC_CLND028

Fibra tal-kittien

10609.

Fibra tal-kittien

CLND029

Qanneb

SOC_CLND029

Qanneb

10610.

Qanneb

CLND030

Qoton

SOC_CLND030

Qoton

10603.

Qoton

CLND031

Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c.

SOC_CLND031

Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c.

10611.

Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c

CLND032

Tabakk

SOC_CLND032

Tabakk

10601.

Tabakk

CLND033

Ħops

SOC_CLND033

Ħops

10602.

Ħops

CLND034

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

SOC_CLND034

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

10612.

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

CLND035

Għelejjel għall-enerġija n.e.c.

SOC_CLND035_036

Għelejjel għall-enerġija u industrijali oħra n.e.c.

10613.

Kannamiela

CLND036

Għelejjel industrijali oħra n.e.c.

10690.

Għelejjel għall-enerġija u industrijali oħra n.e.c.

CLND037

Pjanti maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri

SOC_CLND037

Pjanti maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri

 

CLND038

Ħaxix u mergħat temporanji

SOC_CLND038

Ħaxix u mergħat temporanji

10910.

Ħaxix u mergħat temporanji

CLND039

Pjanti leguminużi maħsuda fi stadju bikri

SOC_CLND039

Pjanti leguminużi maħsuda fi stadju bikri

10922.

Pjanti leguminużi maħsuda fi stadju bikri

CLND040

Qamħirrum aħdar

SOC_CLND040

Qamħirrum aħdar

10921.

Qamħirrum aħdar

CLND041

Ċereali oħra maħsuda fi stadju bikri (għajr il-qamħirrum aħdar)

Pjanti oħra maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri n.e.c.

SOC_CLND041_042

Pjanti u ċereali oħra (għajr il-qamħirrum) maħsuda fi stadju bikri n.e.c.

10923.

Pjanti u ċereali oħra (għajr il-qamħirrum aħdar) maħsuda fi stadju bikri n.e.c.

CLND042

CLND043

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli

SOC_CLND043

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli – imkabbrin barra

 

CLND044

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali

SOC_CLND044

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali

10712.

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali

CLND045

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ

SOC_CLND045

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ

10711.

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ

CLND046

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet)

SOC_CLND046

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) - imkabbrin barra

10810.

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) - imkabbrin barra

CLND047

Żrieragħ u nebbieta

SOC_CLND047

Żrieragħ u nebbieta

11000.

Żrieragħ u nebbieta mir-raba’

CLND048

Għelejjel tar-raba’ oħra n.e.c.

SOC_CLND048_083

Għelejjel tar-raba’ oħra n.e.c. inkluż dawk taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

11100.

Għelejjel tar-raba’ oħra n.e.c. inkluż dawk taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

CLND083

Għelejjel tar-raba’ oħra taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

CLND049

Art mistrieħa

SOC_CLND049

Art mistrieħa

11200.

Art mistrieħa

CLND050

Bwar permanenti

SOC_CLND050

Bwar permanenti

 

CLND051

Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati

SOC_CLND051

Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati

30100.

Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati

CLND052

Mergħat mhux ikkultivati

SOC_CLND052

Mergħat mhux ikkultivati

30200.

Mergħat mhux ikkultivati

CLND053

Bwar permanenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u li jkunu eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji

SOC_CLND053

Bwar permanenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u li jkunu eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji

30300.

Bwar permanenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u li jkunu eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji

CLND055

Frott, frott artab u ġwież (għajr l-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)

SOC_CLND055

Frott, frott artab u ġwież (għajr l-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)

 

 

 

SOC_CLND056_057

Frott ta’ żoni klimatiċi moderati

 

CLND056

Frott taż-żerriegħa

SOC_CLND056

Frott taż-żerriegħa

40101.

Frott taż-żerriegħa

CLND057

Frott tal-għadma

SOC_CLND057

Frott tal-għadma

40102.

Frott tal-għadma

CLND058

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

SOC_CLND058

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

40115.

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

CLND059

Frott artab (għajr il-frawli)

SOC_CLND059

Frott artab (għajr il-frawli)

40120.

Frott artab (għajr il-frawli)

CLND060

Ġwież

SOC_CLND060

Ġwież

40130.

Ġwież

CLND061

Frott taċ-ċitru

SOC_CLND061

Frott taċ-ċitru

40200.

Frott taċ-ċitru

CLND062

Għeneb

SOC_CLND062

Għeneb

 

CLND063

Għeneb għall-inbid

SOC_CLND063

Għeneb għall-inbid

 

CLND064

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

SOC_CLND064

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

40411.

Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

40451.

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

CLND065

Għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

SOC_CLND065

Għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40412.

Inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40452.

Għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

CLND066

Għeneb għal inbejjed oħra n.e.c. (mingħajr DOP/IĠP)

SOC_CLND066

Għeneb għal inbejjed oħra n.e.c. (mingħajr DOP/IĠP)

40420.

Inbejjed oħra

40460.

Għeneb għal inbejjed oħra

CLND067

Għeneb tal-mejda

SOC_CLND067

Għeneb tal-mejda

40430.

Għeneb tal-mejda

CLND068

Għeneb għaż-żbib

SOC_CLND068

Għeneb għaż-żbib

40440.

Għeneb għaż-żbib

CLND069

Żebbuġ

SOC_CLND069

Żebbuġ

 

 

 

SOC_CLND069A

Żebbuġ tal-mejda li jiġu prodotti normalment

40310.

Żebbuġ tal-mejda

 

 

SOC_CLND069B

Żebbuġ li jiġi prodott normalment għall-produzzjoni taż-żejt

40320.

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (mibjugħ f’għamla ta’ frott)

40330.

Żejt taż-żebbuġa

CLND070

Mixtliet

SOC_CLND070

Mixtliet

40500.

Mixtliet

CLND071

Għelejjel permanenti oħra inkluż għelejjel permanenti oħra għall-konsum mill-bniedem

SOC_CLND071

Għelejjel permanenti oħra

40600.

Għelejjel permanenti oħra

CLND072

Siġar tal-Milied

SOC_CLND072

Siġar tal-Milied

40610.

– li minnhom siġar tal-Milied

CLND073

Ġonna kulinarji

SOC_CLND073_085

Ġonna kulinarji jew UAA oħra taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli n.e.c.

20000.

Ġonna kulinarji

CLND085

Erjas agrikoli użati (UAA) oħra taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli n.e.c.

CLND079

Faqqiegħ ikkultivat

SOC_CLND079

Faqqiegħ ikkultivat

60000.

Faqqiegħ ikkultivat

CLND081

Ħxejjex friski (inkluż bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

SOC_CLND081

Ħxejjex friski (inkluż bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

10720.

Ħxejjex friski (inkluż bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

CLND082

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

SOC_CLND082

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

10820.

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

CLND084

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

SOC_CLND084

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

40700.

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

II. Bhejjem

CLVS001

Bovini iżgħar minn sena

SOC_CLVS001

Bovini iżgħar minn sena

210.

Bovini iżgħar minn sena

CLVS003

Bovini rġiel ta’ sena u iżgħar minn sentejn

SOC_CLVS003

Bovini rġiel ta’ sena u iżgħar minn sentejn

220.

Bovini rġiel ta’ sena u iżgħar minn sentejn

CLVS004

Erieħ ta’ sena u iżgħar minn sentejn

SOC_CLVS004

Erieħ ta’ sena u iżgħar minn sentejn

230.

Erieħ ta’ sena u iżgħar minn sentejn

CLVS005

Bovini rġiel ta’ sentejn u iżjed

SOC_CLVS005

Bovini rġiel ta’ sentejn u iżjed

240.

Bovini rġiel ta’ sentejn u iżjed

CLVS007

Erieħ ta’ sentejn u iżjed

SOC_CLVS007

Erieħ ta’ sentejn u iżjed

251.

Erieħ tat-tgħammir

 

252.

Erieħ tat-tismin

CLVS008

Baqar

SOC_CLVS008

Baqar

 

CLVS009

Baqar tal-ħalib

SOC_CLVS009

Baqar tal-ħalib

261.

Baqar tal-ħalib

CLVS010

Baqar mhux tal-ħalib

SOC_CLVS010

Baqar mhux tal-ħalib

269.

Baqar mhux tal-ħalib

CLVS011

Bufli baqar

SOC_CLVS011

Bufli baqar

262.

Bufli baqar tal-ħalib

CLVS012

Nagħaġ (ta’ kull età)

SOC_CLVS012

Nagħaġ (ta’ kull età)

 

CLVS013

Nagħaġ tat-tgħammir

SOC_CLVS013

Nagħaġ tat-tgħammir

311.

Nagħaġ tat-tgħammir

CLVS014

Nagħaġ oħra

SOC_CLVS014

Nagħaġ oħra

319.

Nagħaġ oħra

CLVS015

Mogħoż (ta’ kull età)

SOC_CLVS015

Mogħoż (ta’ kull età)

 

CLVS016

Mogħoż tat-tgħammir

SOC_CLVS016

Mogħoż tat-tgħammir

321.

Mogħoż tat-tgħammir

CLVS017

Mogħoż oħra

SOC_CLVS017

Mogħoż oħra

329.

Mogħoż oħra

CLVS018

Qżieqeż, b’piż ħaj inqas minn 20 kg

SOC_CLVS018

Qżieqeż, b’piż ħaj inqas minn 20 kg

410.

Qżieqeż, b’piż ħaj inqas minn 20 kg

CLVS019

Ħnieżer nisa tat-tgħammir, b’piż ħaj ta’ 50 kg u iżjed

SOC_CLVS019

Ħnieżer nisa tat-tgħammir, b’piż ħaj ta’ 50 kg u iżjed

420.

Ħnieżer nisa tat-tgħammir, b’piż ħaj ta’ 50 kg u iżjed

CLVS020

Ħnieżer oħra

SOC_CLVS020

Ħnieżer oħra

491.

Ħnieżer tat-tismin

 

499.

Ħnieżer oħra

CLVS021

Brojlers

SOC_CLVS021

Brojlers

510.

Pollam - brojlers

CLVS022

Tiġieġ tal-bajd

SOC_CLVS022

Tiġieġ tal-bajd

520.

Tiġieġ tal-bajd

CLVS023

Pollam ieħor

SOC_CLVS023

Pollam ieħor

530.

Pollam ieħor

CLVS029

Fenkiet tat-tgħammir

SOC_CLVS029

Fenkiet tat-tgħammir

610.

Fenkiet tat-tgħammir

CLVS030

Naħal

SOC_CLVS030

Naħal

700.

Naħal

II.

Kodiċijiet li jirraggruppaw diversi varjabbli inklużi fl-IFS 2020:

P45.

Bovini tal-ħalib = SO_CLVS001 (Bovini iżgħar minn sena) + SO_CLVS004 (Erieħ ta’ sena u iżgħar minn sentejn) + SO_CLVS007 (Erieħ ta’ sentejn u iżjed) + SO_CLVS009 (Baqar tal-ħalib) + SO_CLVS011 (Bufli baqar)

P46.

Bovini = P45 (Bovini tal-ħalib) + SO_CLVS003 (Bovini rġiel ta’ sena u iżgħar minn sentejn) + SO_CLVS005 (Bovini rġiel ta’ sentejn u iżjed) + SO_CLVS010 (Baqar mhux tal-ħalib)

GL

Bhejjem li jirgħu = P46 (Bovini) + SO_CLVS013 (Nagħaġ tat-tgħammir) + SO_CLVS014 (Nagħaġ oħra) + SO_CLVS016 (Mogħoż tat-tgħammir) + SO_CLVS017 (Mogħoż oħra)

Jekk GL = 0 ALLURA

FCP1 Foraġġ għall-bejgħ = SO_CLND019 (Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c.) + SO_CLND037 (Pjanti maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri) + SO_CLND051 (Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati) + SO_CLND052 (Mergħat mhux ikkultivati)

U

 

FCP4

Foraġġ għall-bhejjem li jirgħu = 0

U

 

P17

Għeruq = SO_CLND017 (Patata (inkluż patata taż-żrigħ)) + SO_CLND018 (Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)) + SO_CLND019 (Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c)

Jekk GL > 0 ALLURA

FCP1

Foraġġ għall-bejgħ = 0

U

 

FCP4

Foraġġ għall-bhejjem li jirgħu = SO_CLND019 (Għelejjel tal-għeruq oħra n.e.c.) + SO_CLND037 (Pjanti maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri)) + SO_CLND051 (Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati) + SO_CLND052 (Mergħat mhux ikkultivati)

U

 

P17

Għeruq = SO_CLND017 (Patata (inkluż patata taż-żrigħ)) + SO_CLND018 (Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa))

P151.

Ċereali għajr ir-ross = SO_CLND004 (Qamħ komuni u spelt) + SO_CLND005 (Qamħ durum) + SO_CLND006 (Segala u taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)) + SO_CLND007 (Xgħir) + SO_CLND008 (Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)) + SO_CLND009 (Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum) + SO_CLND010_011_012 (Tritikal, sorgu u ċereali oħra n.e.c. (qamħ Saraċin, millieġ, skalora, eċċ.))

P15.

Ċereali = P151 (ċereali mingħajr ross) + SO_CLND013 (Ross)

P16.

Żrieragħ taż-żejt = SO_CLND022 (Lift u żrieragħ tal-lift tan-nevew) + SO_CLND023 (Żerriegħa tal-ġirasol) + SO_CLND024 (Sojja) + SO_CLND025(Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien) + SO_CLND026 (Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt n.e.c.)

P51.

Ħnieżer = SO_CLVS018 (Qżieqeż, b’piż ħaj inqas minn 20 kg) + SO_CLVS019 (Ħnieżer nisa tat-tgħammir, b’piż ħaj ta’ 50 kg u iżjed) + SO_CLVS020 (Ħnieżer oħra)

P52.

Pollam = SO_CLVS021 (Tiġieġ tat-tismin) + SO_CLVS022 (Tiġieġ tal-bajd) + SO_CLVS023 (Pollam ieħor)

P1.

Tkabbir ġenerali tal-għelejjel = P15 (Ċereali) + SO_CLND014 (Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż żerriegħa u taħlitiet ta’ ċereali u bus u ħemes)) + SO_CLND017 (Patata (inkluż patata taż-żrigħ)) + SO_CLND018 (Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)) + SO_CLND032 (Tabakk) + SO_CLND033 (Ħops) + SO_CLND030 (Qoton) + P16 (żrieragħ taż-żejt) + SO_CLND028 (Fibra tal-kittien) + SO_CLND029 (Qanneb) + SO_CLND031 (Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c.) + SO_CLND034 (Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji) + SO_CLND035_036 (Għelejjel għall-enerġija u industrijali oħra n.e.c.) + SO_CLND045 (Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ)) + SO_CLND047 (Żrieragħ u nebbieta) + SO_CLND048_083 (Għelejjel oħra mir-raba’ n.e.c. inkluż dawk taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli) + SO_CLND049 (Art mistrieħa) + FCP1 (Foraġġ għall-bejgħ)

P2.

Ortikultura = SO_CLND044 Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali)) + SO_CLND081 (Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli) + SO_CLND046 (Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) + SO_CLND082 (Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli) + SO_CLND079 (Faqqiegħ ikkultivat) + SO_CLND070 (Mixtliet)

P3.

Għelejjel permanenti = SO_CLND055 (Frott, frott artab u ġwież (għajr il-frott taċ-ċitru, l-għeneb u l-frawli)) + SO_CLND061 (Frott taċ-ċitru) + SO_CLND069 (Żebbuġ) + SO_CLND062 (Għeneb) + SO_CLND071 (Għelejjel permanenti oħra) + SO_CLND084 (Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ)

P4.

Bhejjem li jirgħu u foraġġ = GL (Bhejjem li jirgħu) + FCP4 (Foraġġ għall-bhejjem li jirgħu)

P5.

Granivori = P51 (Ħnieżer) + P52 (Pollam) + SO_CLVS029 (Fenkiet tat-tgħammir)”

C.   TIPI TA’ BIEDJA MSEMMIJA FIL-PARTI A

Azjendi speċjalisti — għelejjel

Tip ta’ biedja ġenerali

Tip ta’ biedja prinċipali

Tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

1.

Għelejjel tal-għelieqi speċjalisti

15.

Ċereali speċjalisti, żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

151.

Ċereali speċjalisti (għajr ir-ross), żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

152.

Ross speċjalist

153.

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, għelejjel tal-proteini u ross ikkombinati

 

16.

Tkabbir ġenerali ta’ għelejjel tal-għelieqi

161.

Għelejjel tal-għeruq speċjalisti

162.

Ċereali, żrieragħ taż-żejt, għelejjel tal-proteini u għelejjel tal-għeruq ikkombinati

163.

Ħxejjex tal-għelieqi speċjalisti

164.

Tabakk speċjalist

165.

Qoton speċjalist

166.

Għelejjel tal-għelieqi varji kkombinati

2.

Ortikultura speċjalista

21.

Ortikultura speċjalista ta’ ġewwa

211.

Ħxejjex speċjalisti ta’ ġewwa

212.

Fjuri u pjanti ornamentali speċjalisti ta’ ġewwa

213.

Ortikultura speċjalista mħallta ta’ ġewwa

 

22.

Ortikultura speċjalista ta’ barra

221.

Ħxejjex speċjalisti ta’ barra

222.

Fjuri u pjanti ornamentali speċjalisti ta’ barra

223.

Ortikultura mħallta speċjalista ta’ barra

 

23.

Ortikultura oħra

231.

Faqqiegħ speċjalist

232.

Mixtliet speċjalisti

233.

Ortikultura varja

3.

Għelejjel permanenti speċjalisti

35.

Vinji speċjalisti

351.

Inbid ta’ kwalità speċjalist

352.

Inbid speċjalist għajr l-inbid ta’ kwalità

353.

Għeneb tal-mejda speċjalist

354.

Vinji oħra

 

36.

Frott u frott taċ-ċitru speċjalisti

361.

Frott speċjalist (għajr iċ-ċitru, il-frott tropikali u subtropikali u l-ġwież)

362.

Frott taċ-ċitru speċjalist

363.

Ġwież speċjalist

364.

Frott tropikali u subtropikali speċjalist

365.

Frott speċjalist, ċitru, frott tropikali u subtropikali u ġwież: produzzjoni mħallta

 

37.

Żebbuġ speċjalist

370.

Żebbuġ speċjalist

 

38.

Għelejjel permanenti varji kkombinati

380.

Għelejjel permanenti varji kkombinati

Azjendi speċjalisti — produzzjoni tal-annimali

Tip ta’ biedja ġenerali

Tip ta’ biedja prinċipali

Tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

4.

Bhejjem li jirgħu speċjalisti

45

.Bhejjem tal-ħalib speċjalisti

450.

Bhejjem tal-ħalib speċjalisti

 

46.

Bhejjem bovini speċjalisti — trobbija u tismin

460.

Bhejjem bovini speċjalisti — trobbija u tismin

 

47.

Bhejjem bovini — tal-ħalib, tat-trobbija u tat-tismin ikkombinati

470.

Bhejjem bovini — tal-ħalib, tat-trobbija u tat-tismin ikkombinati

 

48.

Nagħaġ, mogħoż u bhejjem oħra li jirgħu

481.

Nagħaġ speċjalisti

482.

Nagħaġ u bhejjem bovini flimkien

483.

Mogħoż speċjalisti

484.

Bhejjem varji li jirgħu

5.

Granivori speċjalisti

51.

Ħnieżer speċjalisti

511.

Trobbija tal-ħnieżer speċjalisti

512.

Tismin tal-ħnieżer speċjalisti

513.

Trobbija u tismin tal-ħnieżer ikkombinati

 

52.

Pollam speċjalist

521.

Tiġieġ tal-bajd speċjalisti

522.

Laħam tal-pollam speċjalist

523.

Tiġieġ tal-bajd u laħam tal-pollam ikkombinati

 

53.

Granivori varji kkombinati

530.

Granivori varji kkombinati

Azjendi mħallta

Tip ta’ biedja ġenerali

Tip ta’ biedja prinċipali

Tipi partikolari ta’ speċjalizzazzjonijiet tal-biedja

6.

Tkabbir tal-għelejjel imħallta

61.

Tkabbir tal-għelejjel imħallta

611.

Ortikultura u għelejjel permanenti kkombinati

612.

Għelejjel tal-għelieqi u ortikultura kkombinati

613.

Għelejjel tal-għelieqi u vinji kkombinati

614.

Għelejjel tal-għelieqi u għelejjel permanenti kkombinati

615.

Tkabbir tal-għelejjel imħallta, l-aktar għelejjel tal-għelieqi

616.

Tkabbir ta’ għelejjel imħallta oħrajn

7.

Bhejjem imħallta

73.

Bhejjem imħallta, l-aktar bhejjem li jirgħu

731.

Bhejjem imħallta, l-aktar tal-ħalib

732.

Bhejjem imħallta, l-aktar bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

 

74.

Bhejjem imħallta, l-aktar granivori

741.

Bhejjem imħallta: granivori u tal-ħalib

742.

Bhejjem imħallta: granivori, u bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

8.

Għelejjel imħallta — bhejjem

83.

Għelejjel tal-għelieqi — bhejjem li jirgħu kkombinati

831.

Għelejjel tal-għelieqi kkombinati mal-bhejjem tal-ħalib

832.

Bhejjem tal-ħalib ikkombinati mal-għelejjel tal-għelieqi

833.

Għelejjel tal-għelieqi kkombinati mal-bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu

834.

Bhejjem mhux tal-ħalib li jirgħu kkombinati mal-għelejjel tal-għelieqi

 

84.

Għelejjel varji u bhejjem ikkombinati

841.

Għelejjel u granivori kkombinati

842.

Għelejjel permanenti u bhejjem li jirgħu kkombinati

843.

Trobbija tan-naħal

844.

Għelejjel imħallta u bhejjem varji

9.

Azjendi mhux ikklassifikati

99.

Azjendi mhux ikklassifikati

999.

Azjendi mhux ikklassifikati

”

(1)  Il-varjabbli SO_CLND019 (Għelejjel oħra tal-għeruq n.e.c. (n.e.c. = mhux klassifikati band’oħra), SO_CLND037 (Pjanti maħsuda mir-raba’ fi stadju bikri), SO_CLND049 (Art mistrieħa), SO_CLND073_085 (Ġonna kulinarji jew erjas agrikoli użati (UAA) oħra taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli n.e.c.), SO_CLND051 (Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati), SO_CLND052 (Mergħat mhux ikkultivati), SO_CLND053 (Bwar permanenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u eliġibbli għall-pagament tas-sussidji), SO_CLVS001 (Bovini iżgħar minn sena), SO_CLVS014 (Nagħaġ u mtaten oħra), SO_CLVS017 (Mogħoż u bdabad oħra) u SO_CLVS018 (Qżieqeż, b’piż ħaj inqas minn 20 kg) jintużaw biss f’ċerti kundizzjonijiet (ara l-punt 5 tal-Anness VI).


ANNESS II

L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2015/220 huwa emendat kif ġej:

(1)

It-tabella A hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella A

Informazzjoni ġenerali dwar l-azjenda

Kategorija ta’ informazzjoni ġenerali

Kodiċi (*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Diviżjoni tal-FADN

Subdiviżjoni

Numru tas-serje tal-azjenda

Grad

Minuti

NUTS

Numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà

Data

Piż tal-azjenda agrikola

Tip ta’ biedja

Klassi ta’ daqs ekonomiku

Kodiċi

R

S

H

DG

MI

N

AO

DT

W

TF

ES

C

ID

Identifikazzjoni tal-azjenda

 

 

 

-

-

-

-

-

-

-

-

-

LO

Post fejn tinsab l-azjenda

-

-

-

 

 

 

-

-

-

-

-

-

AI

Informazzjoni tal-kontabbiltà

-

-

-

-

-

-

 

 

-

-

-

 

TY

Tipoloġija

-

-

-

-

-

-

-

-

 

 

 

-

CL

Klassijiet

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

 

OT

Dettalji oħra tal-azjenda

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

 


Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Grupp

R

S

H

DG

MI

N

AO

DT

W

TF

ES

C

10

Numru tal-azjenda

ID

AID10R

AID10S

AID10H

-

-

-

-

-

-

-

-

-

20

Latitudni

LO

-

-

-

ALO20DG

ALO20MI

-

-

-

-

-

-

-

30

Lonġitudni

LO

-

-

-

ALO30DG

ALO30MI

-

-

-

-

-

-

-

40

NUTS3

LO

-

-

-

-

-

ALO40N

-

-

-

-

-

-

50

Uffiċċju tal-kontabbiltà

AI

-

-

-

-

-

-

AAI50AO

-

-

-

-

-

60

Tip ta’ kontabbiltà

AI

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AAI60C

70

Data tal-għeluq tal-kontijiet

AI

-

-

-

-

-

-

-

AAI70DT

-

-

-

-

80

Piż nazzjonali kkalkolat mill-Istat Membru

TY

-

-

-

-

-

-

-

-

ATY80W

-

-

-

90

Klassifikazzjoni fil-ħin tal-għażla

TY

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ATY90TF

ATY90ES

-

100

Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ (OGA) relatati direttament mal-azjenda

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL100C

110

Tip ta’ sjieda/objettiv ekonomiku

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL110C

120

Status ġuridiku

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL120C

130

Livell ta’ responsabbiltà tad-detentur(i)

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL130C

140

Biedja organika

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL140C

141

Setturi fil-biedja organika

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL141C

150

Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) / Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) / Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) / prodott tal-muntanji

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL150C

151

Setturi b’DOP/IĠP/STG/prodott tal-muntanji

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL151C

160

Żoni li jġarrbu diffikultajiet naturali u diffikultajiet speċifiċi oħra

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL160C

170

Altitudni

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL170C

180

Żona koperta minn Fondi Strutturali

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL180C

190

Żona tan-Natura 2000

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL190C

200

Żona li għaliha tapplika d-Direttiva tal-Ilma (2000/60/KE)

CL

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

ACL200C

210

Sistema tal-irrigazzjoni

OT

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AOT210C

220

Ġranet ta’ mergħa minn kull bhima f’imriegħi komuni

OT

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

-

AOT220C

230

Membru tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs)

OT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AOT230C

231

Rilevanza ekonomika tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (OPs) għall-azjenda agrikola

OT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AOT231C

232

Numru ta’ membri tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs)

OT

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

AOT232C

A.ID.   Identifikazzjoni tal-azjenda

Meta tintgħażel għall-ewwel darba, kull azjenda prospettanti tiġi assenjata numru. L-azjenda żżomm dan in-numru b’mod permanenti għad-durata kollha tal-inklużjoni tagħha fin-network tal-kontabbiltà. Ladarba numru jkun ġie assenjat qatt ma jiġi allokat lil azjenda oħra.

Madankollu, f’każijiet fejn l-azjenda tgħaddi minn bidla fundamentali, u partikolarment meta din il-bidla tkun ir-riżultat ta’ subdiviżjoni f’żewġ azjendi separati jew ta’ fużjoni ma’ azjenda oħra, tista’ titqies bħala azjenda ġdida. F’dan il-każ trid tiġi assenjata numru ġdid. F’każ ta’ bidla fit-tip ta’ biedja pprattikata fl-azjenda ma jkunx hemm bżonn numru ġdid. F’każ fejn tista’ tinqala’ konfużjoni bejn żewġ azjendi prospettanti jekk waħda minnhom iżżomm in-numru tagħha (eż. meta jinħolqu subdiviżjonijiet reġjonali ġodda), in-numru jenħtieġ li jinbidel. F’dawn il-każijiet trid tintbagħat tabella lill-Kummissjoni li turi l-ekwivalenza tan-numri l-qodma u dawk ġodda.

In-numru tal-azjenda jinkludi tliet gruppi ta’ indikazzjonijiet kif ġej:

A.ID.10.R. Diviżjoni tal-FADN: irid jingħata numru tal-kodiċi li jikkorrispondi mas-sett ta’ kodiċijiet fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

A.ID.10.S. Subdiviżjoni: irid jingħata numru ta’ kodiċi.

Is-subdiviżjonijiet li jintgħażlu jenħtieġ li jkunu bbażati fuq is-sistema komuni ta’ klassifikazzjoni tar-reġjuni, magħrufa bħala n-nomenklatura tal-unitajiet statistiċi territorjali (NUTS) stabbilita mill-Eurostat b’kooperazzjoni mal-istituti nazzjonali għall-istatistika.

Fi kwalunkwe każ, l-Istat Membru kkonċernat jibgħat tabella lill-Kummissjoni, li tindika r-reġjuni NUTS korrispondenti għal kull kodiċi tas-subdiviżjonijiet li jintuża, kif ukoll ir-reġjun korrispondenti li għalih jiġu kkalkulati valuri speċifiċi ta’ produzzjoni standard.

A.ID.10.H. Numru tas-serje tal-azjenda.

A.LO.   Post fejn tinsab l-azjenda

Il-post fejn tinsab l-azjenda jingħata b’żewġ indikazzjonijiet: il-ġeoreferenza (latitudni u lonġitudni) u l-kodiċi tal-unitajiet territorjali tal-livell 3 tan-NUTS.

A.LO.20. Latitudni: gradi u minuti (f’ark ta’ ħames minuti), kolonni DG u MI.

A.LO.30. Lonġitudni: gradi u minuti (f’ark ta’ ħames minuti), kolonni DG u MI.

A.LO.40.N. Il-kodiċi tan-NUTS3 jfisser il-kodiċi tal-unità territorjali tal-livell 3 tan-NUTS fejn tinsab l-azjenda. Jenħtieġ li tingħata l-aħħar verżjoni tal-kodiċi kif deskritt fir-Regolament (KE) Nru 1059/2003.

A.AI.   Informazzjoni tal-kontabbiltà

A.AI.50.AO. Numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà: irid jingħata numru ta’ kodiċi.

F’kull Stat Membru jenħtieġ li jiġi allokat numru uniku lil kull uffiċċju tal-kontabbiltà. Jenħtieġ li jingħata n-numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà li jkun ħa ħsieb l-azjenda għal dik is-sena kontabilistika partikolari.

A.AI.60.C. Tip ta’ kontabbiltà: trid tingħata indikazzjoni dwar it-tip ta’ kontabbiltà li jkollha l-azjenda. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

Kontabbiltà b’kontroentrati

2.

Kontabbiltà b’entrata unika.

3.

L-ebda.

A.AI.70.DT. Data tal-għeluq tal-kontijiet: li trid tinkiteb bil-format “SSSS-XX-JJ”, pereżempju 2009-06-30 jew 2009-12-31.

A.TY.   Tipoloġija

A.TY.80.W. Piż nazzjonali tal-azjenda agrikola: jenħtieġ li jingħata l-valur tal-fattur tal-estrapolazzjoni kkalkulat mill-Istat Membru. Il-valuri jridu jiġu espressi b’żewġ deċimali.

A.TY.90.TF. Tip ta’ biedja fil-ħin tal-għażla: il-kodiċi tat-tip ta’ biedja tal-azjenda f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament, fiż-żmien tal-għażla għas-sena kontabilistika inkwistjoni.

A.TY.90.ES. Daqs ekonomiku fil-ħin tal-għażla: il-kodiċi tal-klassi tad-daqs ekonomiku tal-azjenda f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament, fiż-żmien tal-għażla għas-sena kontabilistika inkwistjoni.

A.CL.   Klassijiet

A.CL.100.C. Attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda: dawn iridu jingħataw bħala medda ta’ perċentwali li jindikaw is-sehem tal-fatturat (1) mill-fatturat totali tal-azjenda agrikola, li jiġi minn attivitajiet oħra bi skop ta’ qligħ direttament relatati mal-azjenda. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

≥ 0 % sa ≤ 10 % (sehem marġinali)

2.

> 10 % sa ≤ 50 % (sehem medju)

3.

> 50 % sa < 100 % (sehem sinifikanti)

A.CL.110.C. Tip ta’ sjieda/objettiv ekonomiku: jenħtieġ li tingħata indikazzjoni dwar x’inhuma l-objettivi ekonomiċi u tas-sjieda tal-azjenda. Jenħtieġ li jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

azjenda agrikola tal-familja: l-azjenda tuża x-xogħol u l-kapital tad-detentur(i)/tal-maniġer(s) u l-familja tiegħu/tagħha, u dawn ikunu l-benefiċjarji tal-attività ekonomika;

2.

sħubija: il-fatturi ta’ produzzjoni tal-azjenda jiġu pprovduti minn diversi sħab, fejn minn tal-inqas uħud minnhom jipparteċipaw fix-xogħol tal-azjenda agrikola mingħajr ma jitħallsu. Il-benefiċċji jkunu tas-sħubija;

3.

kumpanija b’objettiv ta’ profitt: il-benefiċċji jintużaw għar-remunerazzjoni tal-azzjonisti permezz ta’ dividendi/profitti. L-azjenda tkun proprjetà tal-kumpanija;

4.

kumpanija mingħajr objettiv ta’ profitt: il-benefiċċji jintużaw primarjament biex jinżammu l-impjiegi jew għal objettiv soċjali simili. L-azjenda tkun proprjetà tal-kumpanija.

A.CL.120.C. Status ġuridiku: jenħtieġ li tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda tkunx persuna ġuridika jew le. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

0.

Falz.

1.

Veru.

A.CL.130.C. Livell ta’ responsabbiltà tad-detentur(i): trid tingħata indikazzjoni dwar il-livell ta’ responsabbiltà (responsabbiltà ekonomika) tad-detentur (ewlieni). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

Sħiħa.

2.

Parzjali.

A.CL.140.C. Biedja organika: trid tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda tapplikax metodi tal-produzzjoni organika, skont it-tifsira tar-Regolament (KE) Nru 834/2007 (2), b’mod partikolari l-Artikoli 4 u 5 tiegħu. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

l-azjenda ma tapplikax metodi tal-produzzjoni organika;

2.

l-azjenda tapplika metodi tal-produzzjoni organika biss għall-prodotti kollha tagħha;

3.

l-azjenda tapplika metodi tal-produzzjoni organika u metodi ta’ produzzjoni oħra;

4.

l-azjenda qed taqleb għall-metodi tal-produzzjoni organika.

A.CL.141.C. Setturi fil-biedja organika: meta l-azjenda tapplika metodi tal-produzzjoni organika kif ukoll metodi ta’ produzzjoni oħra, jenħtieġ li tingħata indikazzjoni tas-setturi tal-produzzjoni li fihom l-azjenda tapplika metodi tal-produzzjoni organika biss (tista’ tintgħażel iktar minn waħda). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi elenkati hawn taħt. Meta l-azjenda tapplika metodi tal-produzzjoni organika kif ukoll metodi oħra għas-setturi tal-produzzjoni kollha, jenħtieġ li jintuża l-kodiċi “mhux applikabbli”.

0.

mhux applikabbli

31.

ċereali

32.

żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

33.

frott u ħxejjex (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda eskluż iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

vinji

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tal-pollam

41.

bajd

42.

settur ieħor

A.CL.150.C. “Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta” (DOP) / “Indikazzjoni Ġeografika Protetta” (IĠP) / “Speċjalità Tradizzjonali Garantita” (STG) / “prodott tal-muntanji”: trid tingħata indikazzjoni dwar jekk l-azjenda tipproduċix prodotti agrikoli u/jew oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP), Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP), Speċjalità Tradizzjonali Garantita (STG) jew prodott tal-muntanji, jew dwar tipproduċix prodotti agrikoli li jkun magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn DOP/IĠP/STG/“prodott tal-muntanji”, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

l-azjenda ma tipproduċi l-ebda prodott jew oġġett tal-ikel protett minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, u l-ebda prodott li jkun magħruf li jintuża fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”;

2.

l-azjenda tipproduċi biss prodotti jew oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, jew prodotti li jkun magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”;

3.

l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, jew xi prodotti li jkun magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”.

A.CL.151.C. Setturi b’Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta / Indikazzjoni Ġeografika Protetta / Speċjalità Tradizzjonali Garantita / prodott tal-muntanji: jekk il-maġġoranza tal-produzzjoni ta’ xi setturi speċifiċi tkun ta’ prodotti jew oġġetti tal-ikel li jkunu protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, jew ta’ prodotti li jkun magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, jenħtieġ li tingħata indikazzjoni tas-setturi tal-produzzjoni (tista’ tintgħażel iktar minn waħda). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi elenkati hawn taħt. Meta l-azjenda tipproduċi xi prodotti jew oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji” jew xi prodotti li jkun magħruf li jintużaw fil-produzzjoni ta’ oġġetti tal-ikel protetti minn indikazzjonijiet ta’ DOP, IĠP, STG jew “prodott tal-muntanji”, iżda dan ma jkunx jikkonċerna l-maġġoranza tal-produzzjoni f’dak is-settur partikolari, jenħtieġ li jintuża l-kodiċi “mhux applikabbli”.

0.

mhux applikabbli

31.

ċereali

32.

żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

33.

frott u ħxejjex (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda eskluż iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

vinji

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tal-pollam

41.

bajd

42.

settur ieħor.

L-oġġetti A.CL.150.C. Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta / Indikazzjoni Ġeografika Protetta / Speċjalità Tradizzjonali Garantita / prodott tal-muntanji u A.CL.151.C huma fakultattivi għall-Istati Membri. Jekk jiġu applikati mill-Istat Membru, din l-informazzjoni jenħtieġ li timtela għall-azjendi agrikoli kollha tal-Istat Membru li ttieħdu bħala kampjun. Jekk tiġi applikata A.CL.150.C, jenħtieġ li tiġi applikata wkoll A.CL.151.C.

A.CL.160.C. Żoni li jġarrbu diffikultajiet naturali u diffikultajiet speċifiċi oħra: Trid tingħata indikazzjoni dwar jekk il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). F’dawk l-Istati Membri fejn għadha ma ġietx ikkompletata d-demarkazzjoni taż-żoni li jġarrbu diffikultajiet naturali sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, issir referenza għaż-żoni li kienu eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013. Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda ma tinsabx f’żona li ġġarrab diffikultajiet naturali jew diffikultajiet speċifiċi oħra, skont it-tifsira tal-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, u lanqas f’żona li kienet eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 f’dawk l-Istati Membri fejn għadha ma ġietx ikkompletata d-demarkazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

21.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona li ġġarrab diffikultajiet naturali sinifikanti, skont it-tifsira tal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

22.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona li ġġarrab diffikultajiet speċifiċi, skont it-tifsira tal-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

23.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona li kienet eliġibbli skont l-Artikolu 36(a)(ii) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 waqt il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 f’dawk l-Istati Membri fejn għadha ma ġietx ikkompletata d-demarkazzjoni f’konformità mal-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013;

3.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona muntanjuża skont it-tifsira tal-Artikolu 32(2) tar-Regolament(UE) Nru 1305/2013;

5.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona ta’ eliminazzjoni gradwali skont it-tifsira tal-Artikolu 31(5) tar-Regolament(UE) Nru 1305/2013.

A.CL.170.C. Altitudni: L-altitudni jenħtieġ li tiġi indikata bin-numru ta’ kodiċi korrispondenti:

1.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni ta’ < 300 m;

2.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni ta’ 300 sa 600 m;

3.

il-biċċa l-kbira tal-azjenda tinsab f’altitudni ta’ > 600 m;

4.

id-data mhijiex disponibbli.

A.CL.180.C. Żona koperta minn Fondi Strutturali: trid tingħata indikazzjoni dwar jekk il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsabx f’żona koperta mill-paragrafu 2(a), (b) u (c) tal-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’reġjun inqas żviluppat, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b’mod partikolari l-paragrafu 2(a) tal-Artikolu 90 tiegħu;

2.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’reġjun aktar żviluppat, skont it-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, b’mod partikolari il-paragrafu 2(c) tal-Artikolu 90 tiegħu;

3.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’reġjun fi tranżizzjoni, skont it-tifsira tal-paragrafu 2(b) tal-Artikolu 90 tar-Regolament(UE) Nru 1303/2013.

A.CL.190.C. Żona tan-Natura 2000: trid tingħata indikazzjoni dwar jekk il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsabx f’żoni relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE (6) u d-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (7) (Natura 2000). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda ma tinsabx f’żona eliġibbli għal pagamenti tan-Natura 2000;

2.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona eliġibbli għal pagamenti tan-Natura 2000.

A.CL.200.C. Żona li għaliha tapplika id-Direttiva tal-Ilma (id-Direttiva 2000/60/KE): trid tingħata indikazzjoni dwar jekk il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsabx f’żoni relatati mal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Iridu jintużaw in-numri ta’ kodiċi li ġejjin:

1.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda ma tinsabx f’żona eliġibbli għal pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE;

2.

il-maġġoranza tal-art agrikola li tintuża tal-azjenda tinsab f’żona eliġibbli għal pagamenti marbuta mad-Direttiva 2000/60/KE.

A.OT.   Dettalji oħra tal-azjenda

A.OT.210.C. Sistema tal-irrigazzjoni: trid tingħata indikazzjoni dwar is-sistema tal-irrigazzjoni ewlenija applikata fl-azjenda agrikola:

0.

mhux applikabbli (meta ma jkunx hemm irrigazzjoni fl-azjenda agrikola)

1.

mas-superfiċe

2.

bit-tbexxix

3.

bit-taqtir

4.

oħra

A.OT.220.C. Ġranet ta’ mergħa minn kull bhima f’imriegħi komuni: Għadd ta’ ġranet ta’ mergħa minn kull annimal tar-razzett f’imriegħi komuni li jintużaw mill-azjenda.

A.OT.230.C Membru tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs): Indikazzjoni jekk l-azjenda agrikola (id-detentur(i) jew il-maniġer(s) tal-azjenda agrikola) ikun membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tikkondividi l-kostijiet u/jew tippromwovi l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti agrikoli, u jekk iva, liema mill-prodotti tal-azjenda agrikola jiġu kkummerċjalizzati mill-organizzazzjoni tal-produtturi (agħżel is-setturi kollha koperti mill-POs li l-azjenda agrikola hija membru tagħhom). Għall-iskop ta’ dan l-istħarriġ, “organizzazzjonijiet tal-produtturi” tirreferi għal kwalunkwe tip ta’ entità li tkun ġiet iffurmata bl-inizjattiva tal-produtturi biex iwettqu attivitajiet konġunti f’settur speċifiku (kooperazzjoni orizzontali). L-organizzazzjonijiet tal-produtturi jridu jiġu kkontrollati mill-produtturi, u jista’ jkollhom għamliet ġuridiċi differenti, eż. kooperattivi agrikoli, assoċjazzjonijiet tal-bdiewa, jew kumpaniji privati bi produtturi bħala azzjonisti. (Ir-rikonoxximent tal-organizzazzjoni tal-produtturi skont l-Artikoli 152 jew 161 tar-Regolament (UE) 1308/2013 huwa meħtieġ).

0.

mhux membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi

Membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-kondiviżjoni tal-produzzjoni, tal-kostijiet amministrattivi, tal-kostijiet tal-investimenti u/jew, membru ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tal-azjendi agrikoli fosthom:

31.

ċereali

32.

żrieragħ taż-żejt u għelejjel tal-proteini

33.

frott u ħxejjex (inkluż il-frott taċ-ċitru, iżda eskluż iż-żebbuġ)

34.

żebbuġ

35.

vinji

36.

laħam taċ-ċanga

37.

ħalib tal-baqar

38.

laħam tal-majjal

39.

nagħaġ u mogħoż (ħalib u laħam)

40.

laħam tal-pollam

41.

bajd

42.

settur ieħor.

A.OT.231.C Rilevanza ekonomika tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs) għall-azjenda agrikola: Indikazzjoni tas-sehem tal-produzzjoni kumplessiva tal-azjenda agrikola (bejgħ totali), f’termini ta’ valur, li jiġi kkummerċjalizzat permezz tal-organizzazzjonijiet tal-produtturi.

1.

≥ 0 % sa ≤ 10 % (sehem marġinali)

2.

> 10 % sa ≤ 50 % (sehem medju)

3.

> 50 % sa < 100 % (sehem sinifikanti)

A.OT.232.C Numru ta’ membri tal-Organizzazzjonijiet tal-Produtturi (POs): Indikazzjoni tad-daqs tal-PO ewlenija li l-azjenda agrikola (id-detentur(i) jew il-maniġer(s) tal-azjenda agrikola) tkun membru tagħha, jiġifieri tal-PO li tikkummerċjalizza l-biċċa l-kbira tal-produzzjoni tal-azjenda agrikola (f’termini ta’ valur).

1.

PO b’inqas minn 10 membri

2.

PO b’10 membri sa inqas minn 20 membru

3.

PO b’20 membru sa inqas minn 50 membru

4.

PO b’50 membru sa inqas minn 100 membru

5.

PO b’100 membru sa inqas minn 500 membru

6.

PO b’500 membru sa inqas minn 1000 membru

7.

PO b’1000 membru (jew iktar)

Il-preżentazzjoni tad-data relatata mal-varjabbli A.OT.230.C, A.OT.231.C u A.OT.232.C hija obbligatorja mis-sena kontabilistika 2023; madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiġu eżentati mill-preżentazzjoni tad-data relatata ma’ wħud minn dawn il-varjabbli jew mill-varjabbli kollha jekk jippreżentaw talba debitament ġustifikata sa mhux iktar tard mill-31 ta’ Mejju 2021. Is-servizzi tal-Kummissjoni jirrieżaminaw il-ġustifikazzjonijiet u jiddeċiedu dwar l-eżenzjoni. Stat Membru eżentat jista’ jerġa’ jikkunsidra l-għażla tiegħu u jinforma lill-Kummissjoni b’dan. Fuq bażi volontarja, l-Istati Membri jistgħu jippreżentaw id-data relatata mal-varjabbli A.OT.230.C, A.OT.231.C u A.OT.232.C mis-sena kontabilistika 2021.

KOLONNIFIT-TABELLA A

Il-kolonna R tirreferi għad-diviżjoni tal-FADN, il-kolonna S għas-subdiviżjoni, il-kolonna H għan-numru tas-serje tal-azjenda, il-kolonna DG għall-gradi, il-kolonna MI għall-minuti, il-kolonna N għan-NUTS, il-kolonna AO għan-numru tal-uffiċċju tal-kontabbiltà, il-kolonna DT għad-data, il-kolonna W għall-piż tal-azjenda agrikola, il-kolonna TF għat-tip ta’ biedja, il-kolonna ES għall-klassi tad-daqs ekonomiku u l-kolonna C għall-kodiċi. “

(2)

It-Tabella C hija sostitwita b’dan li ġej:

“Tabella C

Xogħol

Kategorija ta’ xogħol

Kodiċi(*)


 

Kolonni

Grupp ta’ informazzjoni

Ġenerali

Total tax-xogħol fl-azjenda (xogħol agrikolu u xogħol għal OGA direttament relatati mal-azjenda)

Sehem tax-xogħol għal OGA direttament relatati mal-azjenda

Numru ta’ persuni

Sess

Sena tat-twelid

Taħriġ agrikolu tal-maniġer

Ħin maħdum fis-sena

Għadd ta’ Unitajiet ta’ Xogħol fis-Sena (AWU)

% tal-ħin maħdum fis-sena

% tal-AWU

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

W2

Numru sħiħ

Daħħal il-kodiċi

Erba’ ċifri

Daħħal il-kodiċi

(sigħat)

(AWU)

%

%

UR

Mhux imħallas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

 

UC

Mhux imħallas, każwali

-

-

-

-

 

-

 

-

PR

Imħallas, regolari

 

 

 

 

 

 

 

 

PC

Imħallas, każwali

-

-

-

-

 

-

 

-


Kodiċi(*)

Deskrizzjoni

Grupp

P

G

B

T

Y1

W1

Y2

W2

10

Detentur(i)/maniġer(s)

UR

-

 

 

 

 

 

-

 

20

Detentur(i)/mhux maniġer(s)

UR

-

 

 

-

 

 

-

 

30

Maniġer(s)/mhux detentur(i)

UR

-

 

 

 

 

 

-

 

40

Konjuġi/sħab tad-detentur(i)

UR

 

-

-

-

 

 

 

 

50

Oħrajn

UR, PR

 

-

-

-

 

 

 

 

60

Xogħol każwali

UC, PC

-

-

-

-

 

-

 

-

70

Maniġers oħra

PR

-

 

 

 

 

 

-

 

It-terminu “xogħol” jinkludi l-persuni kollha involuti f’xogħol fl-azjenda agrikola matul is-sena kontabilistika. Madankollu, mhumiex inklużi l-persuni li jkunu wettqu dan ix-xogħol f’isem persuna jew impriża oħra (kuntratt ta’ xogħol agrikolu, li l-kostijiet tagħhom jidhru fit-Tabella H bil-kodiċi 1020).

Fil-każ ta’ assistenza reċiproka bejn l-azjendi, fejn din l-assistenza tkun tikkonsisti fi skambju ta’ xogħol, u l-assistenza riċevuta tkun fil-prinċipju ekwivalenti għall-assistenza mogħtija, il-ħin maħdum mill-ħaddiema tal-azjenda agrikola u kwalunkwe paga relatata jiġu speċifikati fil-prospett tal-azjenda agrikola.

Xi kultant l-assistenza riċevuta tiġi kkumpensata b’assistenza ta’ xorta oħra (pereżempju għajnuna fl-għamla ta’ xogħol tiġi kkumpensata bil-provvista ta’ makkinarju). Meta l-iskambju ta’ servizzi jkun fuq skala limitata, ma jiġi indikat xejn fuq il-prospett tal-azjenda agrikola (fl-eżempju mogħti hawn fuq, l-għajnuna riċevuta ma tidhirx bħala parti mix-xogħol; madakollu, il-kostijiet tal-makkinarju jinkludu l-kostijiet involuti biex wieħed ipoġġi t-tagħmir għad-dispożizzjoni ta’ ħaddieħor). F’każijiet eċċezzjonali, meta l-iskambju ta’ servizzi jkun fuq skala kbira, il-proċedura tkun waħda minn dawn li ġejjin:

(a)

l-assistenza riċevuta bħala xogħol tiġi kkumpensata b’servizz ta’ xorta oħra (pereżempju l-provvista ta’ makkinarju): il-ħin tax-xogħol li wieħed jagħmel jiġi rreġistrat bħala xogħol imħallas f’azjenda agrikola (il-gruppi PR jew PC, skont jekk il-ħaddiema ġewx impjegati fl-azjenda agrikola fuq bażi regolari jew le); il-valur tal-assistenza mogħtija tiġi rreġistrata kemm bħala produzzjoni fil-kategorija korrispondenti f’tabelli oħra (f’dan l-eżempju, “Xogħol b’kuntratt” bil-kodiċi 2010 fit-tabella L) kif ukoll bħala kost (“Pagi u sigurtà soċjali” bil-kodiċi 1010 fit-tabella H);

(b)

l-assistenza mogħtija bħala xogħol tiġi kkumpensata b’servizz ta’ xorta oħra (pereżempju l-provvista ta’ makkinarju): f’din is-sitwazzjoni l-ħin tax-xogħol ipprovdut u kwalunkwe paga relatata ma jiġux ikkunsidrati; il-valur tas-servizz riċevut jiġi rreġistrat bħala input fil-grupp korrispondenti f’tabella oħra (f’dan l-eżempju, “Xogħol b’kuntratt u kiri ta’ makkinarju” bil-kodiċi 1020 fit-tabella H).

Trid issir distinzjoni bejn il-gruppi ta’ informazzjoni u l-kategoriji ta’ xogħol li ġejjin:

C.UR.

Xogħol regolari mhux imħallas

Xogħol mhux imħallas jew xogħol b’inqas remunerazzjoni (fi flus jew in natura) mill-ammont li normalment jitħallas għas-servizzi pprovduti (jenħtieġ li tali ħlas ma jidhirx fil-kostijiet tal-azjenda agrikola) u li matul is-sena kontabilistika jkun sar għal minn tal-inqas ġurnata sħiħa fil-ġimgħa (eskluż il-btajjel normali).

Madankollu, persuna impjegata regolarment, iżda li għal raġunijiet speċjali, tkun ġiet impjegata fl-azjenda agrikola għal perjodu limitat biss fis-sena kontabilistika, tiġi rreġistrata (għall-għadd ta’ sigħat maħduma effettivament) bħala xogħol regolari.

Jistgħu jinqalgħu l-każijiet li ġejjin jew oħrajn simili:

(a)

kundizzjonijiet speċjali ta’ produzzjoni fl-azjenda agrikola li minħabba fihom ma jkunx hemm xogħol matul is-sena: pereżempju l-azjendi taż-żebbuġ jew tal-inbid, u l-azjendi agrikoli speċjalizzati fit-tismin staġonali tal-annimali jew fil-produzzjoni tal-frott u tal-ħxejjex fil-miftuħ;

(b)

assenza mix-xogħol għajr minħabba btajjel normali, pereżempju servizz militari, mard, aċċidenti, maternità, liv estiż, eċċ.;

(c)

wieħed jibda, jew jieqaf, jaħdem mal-azjenda;

(d)

waqfien totali tax-xogħol fl-azjenda minħabba kawżi aċċidentali (għargħar, nirien, eċċ.).

Hemm il-kategoriji li ġejjin:

C.UR.10.

Detentur(i)/maniġer(s)

Persuna li terfa’ r-responsabbiltà ekonomika u ġuridika għall-azjenda u tieħu ħsieb il-ġestjoni tagħha ta’ kuljum. Fil-każ tal-mezzadrija, min iwettaq il-mezzadrija jiġi indikat bħala id-detentur/il-manager.

C.UR.20.

Detentur(i)/mhux maniġer(s)

Persuna li terfa’ r-responsabbiltà ekonomika u ġuridika għall-azjenda mingħajr ma tieħu ħsieb il-ġestjoni tagħha ta’ kuljum.

C.UR.30

Maniġer(s)/mhux detentur(i)

Persuna li tieħu ħsieb il-ġestjoni ta’ kuljum tal-azjenda mingħajr ma terfa’ r-responsabbiltà ekonomika u ġuridika għaliha.

C.UR.40.

Konjuġi/sħab tad-detentur(i)

C.UR.50.

Xogħol regolari mhux imħallas ieħor

Ix-xogħol mhux imħallas li mhux inkluż fil-kategoriji preċedenti jinkludi wkoll lill-foreman u lis-submaniġers mhux responsabbli għall-ġestjoni tal-azjenda agrikola kollha.

C.UC.

Xogħol każwali mhux imħallas

C.UC.60.

Ix-xogħol mhux imħallas li ma jkunx sar b’mod regolari fl-azjenda matul is-sena kontabilistika jiġi aggregat f’din il-kategorija.

C.PR.

Xogħol regolari mħallas

Xogħol imħallas (fi flus u/jew in natura) fuq l-iskala normali għas-servizzi pprovduti u li matul is-sena kontabilistika (eskluż il-btajjel normali) ikunu ħadmu għall-azjenda għal mill-inqas ġurnata sħiħa fil-ġimgħa.

Iridu jintwerew il-kategoriji li ġejjin:

C.PR.70.

Maniġer tal-azjenda agrikola

Persuna b’salarju li tkun responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tal-azjenda.

C.PR.50.

Ieħor

Ix-xogħol regolari mħallas kollu (eskluż il-maniġer b’salarju tal-azjenda) jiġi aggregat f’dan il-grupp. Jinkludi wkoll il-foreman u s-submaniġers mhux responsabbli għall-ġestjoni tal-azjenda agrikola kollha.

C.PC.

Xogħol każwali mħallas

C.PC.60.

Ix-xogħol imħallas li ma jkunx sar b’mod regolari fl-azjenda matul is-sena kontabilistika (inkluż il-ħaddiema parzjali) jiġi aggregat f’din il-kategorija.

KOLONNI FIT-TABELLA C

Għadd ta’ persuni (il-kolonna P)

Fejn ikun hemm diversi detenturi, jista’ jkun hemm diversi konjuġi/sħab. L-għadd ta’ konjuġi/sħab u l-għadd ta’ persuni jenħtieġ li jkunu indikati fil-kategoriji fejn jistgħu jidhru (kategoriji 40 u 50 mill-gruppi “xogħol regolari mhux imħallas” UR jew “xogħol regolari mħallas” PR).

Sess (il-kolonna G)

Is-sess jenħtieġ li jiġi stabbilit biss għad-detentur(i) u/jew għall-maniġer(s), fil-kategoriji fejn jistgħu jidhru (il-kategoriji 10 sa 30 u 70 mill-gruppi “xogħol regolari mhux imħallas” UR jew “xogħol regolari mħallas” PR). Is-sess jiġi indikat b’numru ta’ kodiċi, jiġifieri:

1.

raġel;

2.

mara.

Sena tat-twelid (il-kolonna B)

Is-sena tat-twelid jenħtieġ li tingħata biss għad-detentur(i) u/jew għall-maniġer(s) (il-kategoriji 10 sa 30 u 70 mill-gruppi “xogħol regolari mhux imħallas” UR jew “xogħol regolari mħallas” PR) billi jintużaw l-erba’ ċifri tas-sena tat-twelid.

Taħriġ agrikolu tal-maniġer (il-kolonna T)

It-taħriġ agrikolu jenħtieġ li jingħata biss lill-maniġer(s) (il-kategoriji 10, 30 u 70 mill-gruppi “xogħol regolari mhux imħallas” UR jew “xogħol regolari mħallas” PR). It-taħriġ agrikolu jiġi indikat b’numru ta’ kodiċi, jiġifieri:

1.

esperjenza agrikola prattika biss;

2.

taħriġ agrikolu bażiku;

3.

taħriġ agrikolu sħiħ.

Ħin maħdum fis-sena (il-kolonna Y1)

Il-ħin maħdum jenħtieġ li jiġi indikat f’sigħat għall-gruppi u għall-kategoriji kollha. Jenħtieġ li jirreferi għall-ħin li effettivament ġie ddedikat għax-xogħol fl-azjenda. Fil-każ ta’ ħaddiema b’inqas ħiliet, il-ħin maħdum jenħtieġ li jitnaqqas b’mod proporzjonali mal-kapaċitajiet tagħhom. Il-ħin maħdum minn ħaddiema parzjali jiġi stmat billi l-ammont totali mħallas għax-xogħol jiġi diviż bil-paga fis-siegħa ta’ ħaddiem impjegat bis-siegħa.

Forza tax-xogħol totali: għadd ta’ unitajiet fis-sena (il-kolonna W1)

Il-forza tax-xogħol impjegata b’mod regolari tiġi kkonvertita f’unitajiet ta’ xogħol fis-sena. L-għadd ta’ unitajiet ta’ xogħol fis-sena ma jiġix irreġistrat għax-xogħol każwali (kemm dak mhux imħallas (UC) kif ukoll dak imħallas (PC)). Unità waħda ta’ xogħol fis-sena hija ekwivalenti għal persuna waħda li taħdem full-time fl-azjenda. Persuna waħda ma tistax taqbeż l-ekwivalent ta’ unità waħda ta’ xogħol, anki jekk il-ħin tax-xogħol effettiv tagħha jaqbeż l-istandard għar-reġjun u għat-tip ta’ azjenda. Persuna li ma taħdimx matul is-sena kollha fl-azjenda tirrappreżenta frazzjoni ta’ “unità fis-sena”. L-“unità ta’ xogħol fis-sena” ta’ kull waħda minn dawn il-persuni tinkiseb billi wieħed jiddividi l-ħin tax-xogħol effettiv fis-sena bil-ħin tax-xogħol normali fis-sena ta’ ħaddiem full-time fir-reġjun li jkun qiegħed jitqies u fl-istess tip ta’ azjenda.

Fil-każ ta’ ħaddiema b’inqas ħiliet, l-ekwivalent ta’ unitajiet ta’ xogħol fis-sena jenħtieġ li jitnaqqas b’mod proporzjonat mal-kapaċitajiet tagħhom.

Sehem tax-xogħol għal OGA bħala % tal-ħin maħdum fis-sena (il-kolonna Y2)

Is-sehem tax-xogħol għal OGA f’termini ta’ ħin maħdum huwa obbligatorju biss fil-każ tax-xogħol każwali (kemm dak mhux imħallas kif ukoll dak imħallas). Huwa fakultattiv għall-konjuġi/għas-sħab tad-detentur(i), għal xogħol regolari mhux imħallas ieħor, u għal xogħol regolari mħallas ieħor. Għal kull kategorija kkonċernata (40, 50, 60), dan jingħata bħala % tas-sigħat maħduma matul is-sena kontabilistika.

Sehem tax-xogħol għal OGA bħala % tal-unitajiet ta’ xogħol fis-sena (il-kolonna W2)

Is-sehem tax-xogħol għal OGA f’termini ta’ unitajiet ta’ xogħol fis-sena huwa obbligatorju għall-kategoriji kollha ta’ xogħol għajr ix-xogħol każwali (kemm dak mhux imħallas (UC) kif ukoll dak imħallas (PC)). Jingħata bħala % tal-unitajiet ta’ xogħol fis-sena għal kull kategorija.

Xogħol f’azjenda agrikola

Ix-xogħol f’azjenda jinkludi x-xogħol kollu ta’ organizzazzjoni, ta’ superviżjoni u ta’ twettiq, kemm manwali kif ukoll amministrattiv, li jsir b’rabta max-xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola u x-xogħol relatat mal-OGA direttament relatati mal-azjenda:

Xogħol agrikolu fl-azjenda agrikola

—

organizzazzjoni u ġestjoni finanzjarja (bejgħ u xiri mill-azjenda agrikola, żamma tal-kotba kontabilisitiċi, eċċ.),

—

xogħol fl-għelieqi (ħrit, żrigħ, ħsad, manutenzjoni tas-siġar tal-frott, eċċ.),

—

trobbija tal-bhejjem (tħejjija tal-għalf, tmigħ tal-annimali, ħlib, indukrar tal-bhejjem, eċċ.),

—

tħejjija tal-prodotti għas-suq, ħżin, bejgħ dirett tal-prodotti tal-azjenda agrikola, ipproċessar tal-prodotti tal-azjenda agrikola għall-awtokonsum, produzzjoni tal-inbid u taż-żejt taż-żebbuġa,

—

manutenzjoni tal-bini, tal-makkinarju, tat-tagħmir, tas-sisien tal-ħaxix, tal-fosos, eċċ.,

—

trasport għall-azjenda mwettaq mill-forza tax-xogħol tal-azjenda.

Xogħol għall-OGA direttament relatati mal-azjenda

—

xogħol b’kuntratt (bl-użu ta’ mezzi tal-produzzjoni tal-azjenda),

—

turiżmu, akkomodazzjoni u attivitajiet rikreattivi oħra,

—

ipproċessar tal-prodotti tal-azjenda agrikola (irrispettivament jekk il-materja prima tiġix prodotta fl-azjenda jew jekk tinxtarax minn barra), pereżempju ġobon, butir, laħam ipproċessat …,

—

produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli,

—

forestrija u pproċessar tal-injam,

—

OGA oħra (trobbija tal-annimali tal-pil, biedja terapewtika, artiġjanat, akkwakultura, …).

Dawn li ġejjin mhumiex inklużi fix-xogħol tal-azjenda:

—

xogħol fil-produzzjoni ta’ assi fissi (kostruzzjoni jew tiswijiet maġġuri ta’ bini jew ta’ makkinarju, tħawwil ta’ siġar tal-frott, demolizzjoni ta’ bini, qlugħ tas-siġar tal-frott, eċċ.),

—

xogħol imwettaq għall-unità domestika tad-detentur(i) jew tal-maniġer(s).”

(3)

fit-Tabella I, it-tabella relatata mal-kategorija tal-għelejjel, hija sostitwita b’dan li ġej:

“Kodiċi (*)

Deskrizzjoni

Ċereali għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż iż-żrieragħ)

10110

Qamħ komuni u spelt

10120

Qamħ durum

10130

Segala u taħlitiet ta’ ċereali tax-xitwa (maslin)

10140

Xgħir

10150

Ħafur u taħlitiet ta’ ċereali tar-rebbiegħa (ħbub imħallta għajr il-maslin)

10160

Żerriegħa tal-qamħirrum u taħlita taċ-ċifċiegħa tal-qamħirrum

10170

Ross

10190

Tritikal, sorgu u ċereali oħra n.e.c. (qamħ Saraċin, millieġ, skalora, eċċ.)

Bus u ħemes imnixxfa u għelejjel tal-proteini għall-produzzjoni tal-ħbub (inkluż żrieragħ u taħlitiet ta’ ċereali u bus u ħemes)

10210

Piżelli tal-għalqa, fażola u lupin ħelu

10220

Għads, ċiċri u ġulbiena

10290

Għelejjel tal-proteini oħra

Għeruq u Tuberi

10300

Patata (inkluż patata bikrija u patata taż-żrigħ)

10310

—

li minnha patata għal-lamtu

10390

—

li minnha patata oħra

10400

Pitravi zokkrija (għajr iż-żerriegħa)

10500

Għelejjel tal-għeruq oħra, pitravi tal-foraġġ u pjanti tal-foraġġ tal-familja Brassicae, imkabbra għall-għeruq jew għaz-zokk, u għelejjel tal-għeruq u tuberi oħra tal-foraġġ n.e.c.

Għelejjel industrijali

10601

Tabakk

10602

Ħops

10603

Qoton

10604

Żrieragħ tal-lift u tal-lift tan-nevew

10605

Żerriegħa tal-ġirasol

10606

Sojja

10607

Kittien għaż-żejt (Żerriegħa tal-kittien)

10608

Għelejjel oħra taż-żrieragħ taż-żejt n.e.c.

10609

Fibra tal-kittien

10610

Qanneb

10611

Għelejjel tal-fibra oħra n.e.c.

10612

Pjanti aromatiċi, mediċinali u kulinarji

10613

Kannamiela

10690

Għelejjel għall-enerġija u industrijali oħra n.e.c.

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli li minnhom:

Ħxejjex friski, bettieħ u frawli — Imkabbrin barra jew taħt għata protettiva baxxa (mhux aċċessibbli)

10711

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Għelieqi fil-miftuħ

10712

Ħxejjex friski (inkluż il-bettieħ) u frawli - Ortikultura kummerċjali

10720

Ħxejjex friski (inkluż bettieħ) u frawli taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

Dettalji għas-sottokategoriji kollha ta’ “ħxejjex friski (inkluż bettieħ u frawli)”:

10731

Pastard u brokkli

10732

Ħass

10733

Tadam

10734

Qamħirrun

10735

Basal

10736

Tewm

10737

Karrotti

10738

Frawli

10739

Bettieħ

10790

Ħxejjex oħra

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet)

10810

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) - imkabbrin barra

10820

Fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet) taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

Dettalji għas-sottokategoriji kollha ta’ “fjuri u pjanti ornamentali (għajr il-mixtliet)”

10830

Basal tal-fjuri, basal tuberużi u tuberi

10840

Fjuri maqtugħin u blanzuni

10850

Fjuri u pjanti ornamentali

Pjanti maħsuda fi stadju bikri

10910

Ħaxix u mergħat temporanji

Pjanti oћra maħsuda fi stadju bikri

10921

Qamħirrum aħdar

10922

Pjanti leguminużi maħsuda fi stadju bikri

10923

Pjanti u ċereali oħra maħsuda fi stadju bikri n.e.c.

Żrieragħ u nebbieta u għelejjel tar-raba’ oħra

11000

Żrieragħ u nebbieta

11100

Għelejjel tar-raba’ oħra

Art mistrieħa

11200

Art mistrieħa

Ġonna kulinarji

20000

Ġonna kulinarji

Bwar permanenti

30100

Mergħat u ragħa, għajr il-mergħat mhux ikkultivati

30200

Mergħat mhux ikkultivati

30300

Bwar permanenti li ma għadhomx jintużaw għal skopijiet ta’ produzzjoni u li jkunu eliġibbli għall-ħlas ta’ sussidji

Għelejjel permanenti

Speċijiet ta’ frott, li minnhom:

40101

Frott taż-żerriegħa

40111

—

li minnhom tuffieħ

40112

—

li minnhom lanġas

40102

Frott tal-għadma

40113

—

li minnhom ħawħ u nuċiprisk

40115

Frott minn żoni klimatiċi subtropikali u tropikali

40120

Frott artab (għajr il-frawli)

40130

Ġwież

Pjantaġġuni taċ-ċitru

40200

Frott taċ-ċitru

40210

—

li minnhom larinġ

40230

—

li minnhom lumi

Pjantaġġuni taż-żebbuġ

40310

Żebbuġ tal-mejda

40320

Żebbuġ għall-produzzjoni taż-żejt (mibjugħ f’għamla ta’ frott)

40330

Żejt taż-żebbuġa

40340

Prodotti sekondarji taż-żebbuġ

Vinji

40411

Inbid b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

40412

Inbid b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40420

Inbejjed oħra

40430

Għeneb tal-mejda

40440

Għeneb għaż-żbib

40451

Għeneb għal inbejjed b’denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP)

40452

Għeneb għal inbejjed b’indikazzjoni ġeografika protetta (IĠP)

40460

Għeneb għal inbejjed oħra

40470

Prodotti mixxellanji tal-vinji: most, meraq, brandi, ħall u oħrajn prodotti fl-azjenda agrikola

40480

Prodotti sekondarji tal-vinji (lbieba, naqal)

Mixtliet, għelejjel permanenti oħra, għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli u pjantaġġuni żgħar

40500

Mixtliet

40600

Għelejjel permanenti oħra

40610

—

li minnhom siġar tal-Milied

40700

Għelejjel permanenti taħt il-ħġieġ jew għata aċċessibbli fil-għoli

40800

Tkabbir ta’ pjantaġġuni żgħar

Art oħra

50100

Art agrikola mhux użata

50200

Masġar

50210

—

li minnha rqajja’ b’newba qasira

50900

Art oħra (art okkupata minn bini, irziezet, passaġġi, għadajjar, barrieri, art mhux għammiela, blat, eċċ.)

60000

Faqqiegħ ikkultivat

Prodotti oħra u dħul ieħor

90100

Dħul mill-kiri ta’ art agrikola

90200

Kumpens minn assigurazzjoni tal-għelejjel mhux allokabbli lil għelejjel speċifiċi

90300

Prodotti sekondarji tal-għelejjel għajr miż-żebbuġ u mill-vinji

90310

Tiben

90320

Fjur tal-pitravi zokkrija

90330

Prodotti sekondarji oħra

90900

Oħrajn”


(1)  Ara l-Anness VII ta’ dan ir-Regolament.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 tat-28 ta’ Ġunju 2007 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2092/91 (ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Novembru 2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (ĠU L 343, 14.12.2012, p. 1).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487).

(5)  Ir-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320).

(6)  Id-Direttiva tal-Kunsill 79/409/KEE tat-2 ta’ April 1979 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 103, 25.4.1979, p. 1).

(7)  Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-ħabitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).

(8)  Id-Direttiva 2000/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Ottubru 2000 li tistabilixxi qafas għal azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-politika tal-ilma (ĠU L 327, 22.12.2000, p. 1).