European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/5479

10.9.2024

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.11720 — ENGIE / MACQUARIE / TAG SOUTH)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2024/5479)

1.   

Fit-30 ta’ Awwissu 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE S.A. (“ENGIE”, Franza),

—

MIP VI International AIV, L.P. (“MIP VI”, il-Kanada), fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollata minn Macquarie Group Limited (“Macquarie Group”, l-Awstralja),

—

TAG Pipelines Sur, S. de R.L. de C.V. (“TAG SOUTH”, il-Messiku), ikkontrollata minn ENGIE u Brookfield Corporation (“il-Kanada”).

ENGIE u MIP VI se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ TAG SOUTH.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:

—

ENGIE huwa grupp globali bil-kwartieri ġenerali fi Franza u attiv fl-enerġija, il-gass u s-servizzi b’livell baxx ta’ emissjonijiet tal-karbonju,

—

MIP VI huwa fond bil-kwartieri ġenerali fil-Kanada u involut f’investiment f’assi tal-enerġija u tal-infrastruttura li jinsabu fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Amerka t’Isfel u fl-aħħar mill-aħħar ikkontrollat minn Macquarie Group. Macquarie Group huwa grupp ta’ servizzi finanzjarji globali Awstraljan,

—

TAG SOUTH tippossjedi, tiżviluppa, tibni, u topera sistema ta’ trasport tal-gass naturali fil-Messiku.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.11720 — ENGIE / MACQUARIE / TAG SOUTH

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/5479/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)