31993L0057



Official Journal L 211 , 23/08/1993 P. 0001 - 0005
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0003
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 52 P. 0003


Id-Direttiva tal-Kunsill 93/57/KEE

tad-29 ta’ Ġunju 1993

li temenda l-Annessi tad-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestċidi fi u fuq iċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel ta’ l-oriġini mill-annimalirispettivament

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITA EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/362/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq iċ-ċereali [1], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 86/363/KEE tal-24 ta’ Lulju 1986 dwar l-iffissar tal-livelli massimi għar-residwi tal-pestiċidi fi u fuq l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom oriġini mill-annimali [2], u partikolarment l-Artikolu 11 tagħha,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

Billi huwa mixtieq li tkun aġġornata n-nomenklatura fl-Anness I għal kull waħda mid-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE biex dawn ikunu konformi mar-Regolament tad-Deċiżjoni (KEE) Nru 2587/91 [3];

Billi huwa mixtieq ukoll li jitwessa l-iskop ta' l-Anness I għad-Direttiva 86/362/KEE biex ikun jinkludi ross bil-ħliefa u parzjalment-mitħun jew ross kollu mitħun flimkien ma’ ross li għadu fil-fosdqa jew mhux mitħun, peress li proporzjon sinifikanti ta’ ross bħal dan jitpoġġa fiċ-ċirkulazzjoni;

Billi, fid-dawl tal-progress tekniku u xjentifiku u l-kriterji tas-saħħa pubblika u l-agrikoltura, issa huwa mixtieq li l-Anness II għad-Direttiva 86/363/KEE ikun supplimentat f'dak li għandhom x’jaqsmu d-disposizzjonijiet għall-istabbiliment tal-livelli massimi għall-bajd u l-isfar tal-bajd ta’ l-għasafar u għall-istabbiliment tal-livelli għall-pestiċidi elenkati hemmhekk; billi, għall-kjarezza, huwa mixtieq li tkun ippreżentata l-verżjoni kkonsolidata ta’ l-imsemmi Anness;

Billi huwa wkoll mixtieq, minħabba l-istess raġunijiet, li jkunu emendati d-Direttivi 86/362/KEE u 86/363/KEE billi jiżdiedu disposizzjonijiet dwar residwi tal-pestiċidi oħrajn għaċ-ċereali u l-oġġetti ta' l-ikel li għandhom oriġini ta’ l-annimali, primarjament acephate, benomyl, carbendazim, chlorpyrifos, chlorpyrifos-methyl, chlorthalonil, cypermethrin, deltamethrin, fenvalerate, glyphosate, imazalil, iprodione, mancozeb, maneb, methamidophos, metiram, permethrin, procymidone, propineb, thiophanate-methyl, vinclozolin, zineb;

Billi, b'dana kollu, it-tagħrif disponibbli m’huwiex biżżejjed għal ċerti kumbinazzjonijiet ta’ pestiċidi-ċereali/oġġetti ta' l-ikel li għandhom oriġini mill-annimali kif inhu xieraq; billi huwa meħtieġ perijodu, li ma jeċċedix aktar minn erba’ snin, biex jiġġenera dan it-tagħrif; billi, għalhekk, il-livelli massimi għandhom ikunu stabbiliti fuq il-bażi ta’ dan it-tagħrif sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Jannar 1998; billi n-nuqqas li jkun ipprovdut tagħrif sodisfaċenti normalment jirriżulta fl-istabbiliment ta’ livelli fil-limitu xieraq tad-determinazzjoni;

Billi, biex ikun ikkalkulat aħjar kemm jidħol residwu ta’ pestiċida fl-ikel, ikun prudenti li jkunu stabbiliti fl-istess ħin, meta jkun possibbli, livelli ta’ residwu massimi għall-pestiċidi individwali fil-komponenti maġġuri kollha ta’ l-ikel; billi dawn il-livelli jirrappreżentaw l-użu tal-kwantitajiet minimi tal-pestiċida biex jintlaħaq il-kontroll adekwat, applikat b’tali mod li l-ammont ta’ residwu jkun l-iżgħar b’mod prattikabbli u tossikoloġikament aċċettabbli;

Billi l-livelli tar-residwu massimi stabbiliti fid-Direttiva kurrenti għandhom ikunu riveduti fil-qafas ta’ ri-valutazzjonijiet tas-sustanzi attivi li hemm provvediment dwarhom fil-programm ta’ ħidma stabbilit fl-Artikolu 8 (2) tad-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 dwar it-tpoġġija fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjonital-pjanti [4],

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L- Artikolu 1

Id-Direttiva 86/362/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) L-Anness Igħandu jittieħedmibdul b'dan li ġej:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

ex1001 | Qamħ |

10020000 | Sikrana |

100300 | Xgħir |

100400 | Ħafur |

1005 | Qamħirrum |

1006 | Ross |

100700 | Qamħ sorgu |

ex1008 | Buckwheat, dekkuk, ċereali oħrajn |

2) ir-residwi ta’ pestiċidi li ġejjin għandhom jiżdiedu mal-Parti A ta’ l-Anness II:

Ir-residwi tal-pestiċidi | Il-livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

| |

20.ACEPHATE | 0,02 |

21.BENOMYL | somma expressa bħala carbendazim | (a)xgħir0,1*ċereali oħrajn |

22.CARBENDAZIM |

23.THIOPHANATE-METHYL |

24.CHLORPYRIFOS | (b)xgħir0,05ċereali oħrajn |

25.CHLORPYRIFOS-METHYL | 0,05*ross |

26.CHLORTHANLONIL | 0,1qamħ, sikrana, xgħir, ħafur u triticale0,01ċereali oħrajn |

27.CYPERMETHRIN, inklużi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti(is-somma ta' l-iżomeri) | (b)xgħir, ħafur, sikrana u triticale0,0530. GLYPHOSATE |

28.DELTAMENTHRIN | 1 |

29.FENVALERATE, inklużi taħlitiet oħra ta' iżomeri kostitwenti(is-somma ta' l-iżomeri) | (b)xgħir, ħafur, sikrana u triticale0,05ċereali oħrajn |

30.GLYPHOSATE | 5qamħ, sikrana u triticale20xgħir u ħafur0,1ċereali oħrajn |

31.IMAZALIL | 0,02 |

32.IPRODIONE | 0,5qamħ(ċ)xgħir u ross0,02ċereali oħra |

33.MACONZEB | is-somma espressa bħala CS2 | 0,05qamħirrum u ross(b)ċereali oħrajn |

34.MANEB |

35.METIRAM |

36.PROPINEB |

37.ZINEB |

38.METHAMIDOPHOS | 0,01 |

39.PERMETHRIN(is-somma ta' l-iżomeri) | 0,2qamħirrum2ċereali oħrajn |

40.PROCYMIDONE | 0,02 |

41.VINCLOZOLIN(is-somma ta' vinclozolin u l-metaboliti kollha li jkollhom in-nofs ta' 3,5-dichloroaniline, espressa bħala vinclozolin) | 0,05 |

L- Artikolu 2

Id-Direttiva 86/363/KEE hija hawnhekk emendata kif ġej:

1) L-Anness Igħandu jkunmibdul b'dan li ġej:

Kodiċi NM | Deskrizzjoni |

0201 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, frisk jew imkessaħ |

0202 | Laħam ta' l-annimali ta' l-ifrat, iffriżat |

0203 | Laħam tal-majjal, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

0204 | Laħam tan-ngħaġ jew tal-mogħoż, frisk, imkessaħ jew iffirżat |

02050000 | Laħam taż-żwiemel, ħmir, bgħula, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

0206 | Fdalijiet ta' l-ikel ta' l-annimali ta' l-ifrat, majjal, ngħaġ, mogħoż, żwiemel, ħmir, bgħula, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

0207 | Laħam u raċanċ li jittiekel, tat-tjur ta' l-intestatura Nru 0105 (tjur ta' l-ispeċi Gallus domesticus, papri, wiżż, dundjani u fargħuni), friski, imkessħin jew iffriżati |

ex0208 | Laħam ieħor u raċanċ tal-laħam li jittiekel, frisk, imkessaħ jew iffriżat |

020900 | Xaħam tal-majjal mingħajr of dgħif u x-xaħam tat-tjur (mhux imdwweb), frisk, imkessaħ, iffirżat, immellaħ fis-salmura, d'dadi jew imnixxef bid-duħħan |

0210 | Laħam u r-raċanċ tal-laħam li jittiekel, immellaħ fis-salmura, imqadded jew imnixxef bid-duħħan; dqiq u smida tal-laħam tajbin għall-ikel u jew ir-raċanċ tal-laħam |

0401 | Ħalib u krema, mhux ikkonċentrati u lanqas li jkollhom zokkor miżjud jew materjali oħra tal-ħlewwa |

0402 | Ħalib u krema, ikkonċentrati jew li jkollhom iz-zokkor miżjud jew materjali oħra tal-ħlewwa |

040500 | Butir u xaħmijiet oħra u żjut li jkunu ġejjin mill-ħalib |

0406 | Ġobon u baqta |

040700 | Bajd ta' l-għasafar, fil-qoxra, firsk, ippriservat jew imsajjar |

0408 | Bajd ta' l-għasafar, mhux fil-qoxra, u isfra tal-bajd, firski, imqadda, imsajra bil-fwar jew bit-togħlija fl-ilma, fil-forma, iffriżati jew b'mod ieħor ippriservati, kemm jekk ikollhom zokkor miżjud u anki jekk le jew inkella xi materjali oħra tal-ħlewwa |

160100 | Zalzett u prodotti simili, tal-laħam, raċanċ tal-laħam jew demm: preparazzjonijiet ta' l-ikel ibbażati fuq dawn il-prodotti |

1602 | Raċanċ ieħor tal-laħam jew demm ippreparati jew ippriservati |

2) L-Anness II preċedenti għandu jsir l-Anness II, il-Parti A, u għandu jkun emendat u ppreżentat mill-ġdid kif ġej:

Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

| | ta' xaham, li jkun hemm fil-laham, preparazzjonijietta' laham, racanc u xahmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taht l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. | għall-ħalib tal-baqra u krema sħiħa tal-ħalib tal-baqra li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nru 0401; għall-oġġetti l-oħra ta' l-ikel fl-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406 b'konformità ma' | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 040700 u 0408 |

1.ALDRIN | waħdu jew ikkumbinat espress bħala dieldrin | 0,2 | 0,006 | 0,02 |

2.DIELDRIN (HEOD) |

3.CHLORDANE (is-somma ta' cis- u trans-iżomeri u oxyclordane espress bħala chlordane) | 0,05 | 0,002 | 0,005 |

4.DDT (is-somma ta' p,p-DDT, o,p'-DDT, p,p'DDE u p,p'-TDE (DDD) espress bħala DDT) | 1 | 0,04 | 0,1 |

5.ENDRIN | 0,05 | 0,0008 | 0,005 |

6.HEPTACHLOR (is-somma ta' heptachlor u heptachlor epoxide, espress bħala heptachlor) | 0,2 | 0,004 | 0,02 |

7.HEXACHLOROBENZENE (HCB) | 0,2 | 0,01 | 0,02 |

8.HEXACHLOROCYCLOHEXANE (HCH)

Alfa-izomeru. | 0,2 | 0,004 | 0,02 |

beta-iżomeru. | 0,1 | 0,003 | 0,01 |

gamma-iżomeru(lindane) | 2 ex 0204 laham tan- naghag 1 prodotti ohrajn | 0,008 | 0,1 |

9.CHLORPYRIFOS | 0,05 0207 laham tat-tjur | 0,01 | 0,01 |

10.CHLORPYRIFOS-METHYL | 0,05 | 0,01 | 0,01 |

11.CYPERMETHRIN inkluzi tahlitiet ohra ta' izomeri kostitwenti(is-somma ta' l-izomeri) | 0,05 0207 laham tat-tjur 0,2 prodotti ohrajn | 0.02 | 0,05 |

12.DELTAMETHRIN | 0,05 0207 laham tat-tjur | | 0,05 |

13.FENVALERATE inklużi taħlitiet oħrajn ta' l-iżomeri kostitwenti(is-somma ta' l-izomeri) | 0207 laham tat-tjur 0,5, prodotti ohrajn | | |

14.PERMETHRIN(is-somma ta' l-izomeri) | 0,5 | 0,05 | 0,05 |

3. dan li ġej għandu jiżdied mal-Anness II:

"'PARTI B

Residwi tal-pestiċidi | Livelli massimi f'mg/kg (ppm) |

| | ta' laħam, inkluż xaħam, preparazzjonijiet tal-laħam, raċanċ u xaħmijiet ta' l-annimali li hemm elenkati fl-Anness I taħt l-Intestaturi Nri ex0201, 0202, 0203, 0204, 02050000, 0206, 0207, ex0208, 020900, 0210, 160100 u 1602. | ghall-halib u prodotti tal-halib li hemm elenkati fl-Anness I taht l-Intestaturi Nri 0401, 0402, 040500 u 0406 | ta' bajd frisk bil-qoxra, għall-bajd ta' l-għasafar u l-isfra tal-bajd elenkati fl-Anness I taħt l-Intestatura Nri 040700 u 0408 |

1.ACEPHATE | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

2.BENOMYL | is-somma espressa bħala carbendazim | 0,1 | 0,1 | 0,1 |

3.CARBENDAZIM |

4.THIOPHONATEMETHYL |

5.CHLOROTHALONIL | 0,01 | 0,01 | 0,01 |

6.GLYPHOSATE | 0,5 ex 0206 kliewi tal-majjal 2 ex 0206 kliewi taċ-ċanga, mogħoż u ngħaġ 0,1 prodotti oħrajn | 0,1 | 0,1 |

7.IMAZALIL | 0,02 | 0,02 | 0,02 |

8.MANCOZEB | is-somma espressa bħala CS2 | 0,05 | 0,05 | 0,05 |

9.MANEB |

10.METIRAM |

11.PROPINEB |

12.ZINEB |

13.METHAMIDOPHOS | 0,01 | 0,01 | 0,01 |

14.IPRODIONE | (is-somma ta' komposti u l-metaboliti kollha li jkollhom in-nofs ta' 3,5-dichloroanaline espress bħala 3,5 dichloroanaline) | 0,05 | 0,05 | 0.05 |

15.PROCYMIDONE |

16.VINCLOZOLIN |

L- Artikolu 3

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ, sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 1993, il-liġijiet, ir-regolamenti jew id-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom ikollhom referenza għal din id-Direttiva jew inkella jkunu akkumpanjati b’tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. Il-metodi ta’ kif issir din ir-referenza għandhom ikunu stabbiliti mill-Istati Membri.

L- Artikolu 4

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fil-Lussemburgu, id-29 ta’ Ġunju 1993.

Għall-Kunsill

S. Auken

Il-President

[1] L 221, 7. 8. 1986, p. 37. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 90/654 ( L 353, 17. 12. 1990, p. 48).

[2] L 221, 7. 8. 1986, p. 43.

[3] L 259, 26. 7. 1991, p. 1.

[4] L 230, 19. 8. 1991, p. 1.

--------------------------------------------------