|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3609 |
7.7.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12417 – SAUDI ARAMCO / PIF / HUMAIN)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3609)
1.
Fid-29 ta’ Ġunju 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Saudi Aramco Development Company (“SADCO”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija (“KSA”)), proprjetà sħiħa ta’ Saudi Arabian Oil Company (“Saudi Aramco”, KSA), |
|
— |
Il-Fond ta’ Investiment Pubbliku (“PIF”, ir-Renju tal-Arabja Sawdija), |
|
— |
Al-Mustaqbal Lil-Thaka Al-Istinai Company (“HUMAIN”, KSA), ikkontrollata minn PIF. |
Saudi Aramco u PIF se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1) il-punt (b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ HUMAIN.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ xiri ta’ ishma u ta’ assi.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Saudi Aramco hija kumpannija pubblika b’responsabbiltà limitata stabbilita fir-Renju tal-Arabja Sawdija. Saudi Aramco hija primarjament involuta fil-prospettar, l-esplorazzjoni, it-tħaffir u l-estrazzjoni ta’ sustanzi idrokarboniċi u fl-ipproċessar, il-manifattura, ir-raffinar u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ dawn is-sustanzi, |
|
— |
PIF hija l-fond ta’ investimenti sovrani tar-Renju tal-Arabja Sawdija. Hija għandha investimenti diretti u indiretti f’għadd ta’ setturi fir-Renju tal-Arabja Sawdija u madwar id-dinja, inkluż fl-ikel u fl-agrikoltura, fl-enerġija, fis-settur finanzjarju, fil-manifattura, fil-proprjetà immobbli, fil-loġistika u fis-settur diġitali, |
3.
HUMAIN hija kumpanija magħluqa b’ishma konġunti stabbilita mill-PIF fir-Renju tal-Arabja Sawdija fl-2024 u mnedija f’Mejju 2025 biex tiżviluppa u timmaniġġja t-teknoloġiji u l-infrastruttura tal-IA.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12417 — SAUDI ARAMCO / PIF / HUMAIN
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3609/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)