|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2554 |
17.11.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2026/2554
tas-16 ta’ Novembru 2026
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2682 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jingħata appoġġ lill-atturi militari u l-flotot navali tal-istati kostali involuti f’operazzjonijiet ta’ sigurtà marittima fil-Golf tal-Guinea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fis-27 ta’ Novembru 2023, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2682 (1), li tistabbilixxi miżura ta’ assistenza fil-qafas tal-Faċilità Ewropea għall-Paċi (EPF) b’appoġġ għall-atturi militari u l-flotot navali tal-istati kostali involuti f’operazzjonijiet ta’ sigurtà marittima fil-Golf tal-Guinea (GoG), b’ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 21 000 000. |
|
(2) |
Fit-28 ta’ Mejju 2026, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà appoġġja r-riallokazzjoni maħsuba tal-fondi disponibbli fil-pilastru tal-miżuri ta’ assistenza tal-EPF fl-2026, fosthom iż-żieda ta’ EUR 10 000 000 fl-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza reġjonali b’appoġġ għas-sigurtà marittima fil-Golf tal-Guinea. |
|
(3) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2023/2682 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2682 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 2, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa relatata mal-miżura ta’ assistenza għandu jkun ta’ EUR 31 000 000.”. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Novembru 2026.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2682 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar miżura ta’ assistenza taħt il-Faċilità Ewropea għall-Paċi biex jingħata appoġġ lill-atturi militari u l-flotot navali tal-istati kostali involuti f’operazzjonijiet ta’ sigurtà marittima fil-Golf tal-Guinea (ĠU L, 2023/2682, 28.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2682/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/2554/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)