|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6445 |
3.12.2025 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU
tal-4 ta' Novembru 2025
li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom
(BERS/2025/10)
(C/2025/6445)
IL-BORD ĠENERALI TAL-BORD EWROPEW DWAR IR-RISKJU SISTEMIKU,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Anness IX tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1092/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar is-sorveljanza makroprudenzjali tal-Unjoni Ewropea tas-sistema finanzjarja u li jistabbilixxi Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 3 u 16 sa 18 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (3), u b’mod partikolari t-Taqsima I tal-Kapitolu 4 tat-Titolu VII tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni BERS/2011/1 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Jannar 2011 li tadotta r-Regoli tal-Proċedura tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (4), u b’mod partikolari l-Artikoli 18 sa 20 tagħha,
Filwaqt li:
|
(1) |
Sabiex jiġu żgurati miżuri ta’ politika makroprudenzjali nazzjonali effettivi u konsistenti, huwa importanti li jiġi kkumplimentat l-għarfien meħtieġ skont id-dritt tal-Unjoni b'reċiproċità volontarja. |
|
(2) |
Il-qafas dwar ir-reċiproċità volontarja għal miżuri tal-politika makroprudenzjali stabbilit fir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (5) għandu l-għan li jiżgura li l-miżuri kollha tal-politika makroprudenzjali bbażati fuq skopertura attivati fi Stat Membru wieħed ikunu rreċiprokati fl-Istati Membri l-oħrajn. |
|
(3) |
Fl-20 ta’ Mejju 2025 l-Awtorità Awstrijaka tas-Suq Finanzjarju (FMA), li taġixxi bħala l-awtorità maħtura għall-finijiet tal-Artikolu 133(9) tad-Direttiva 2013/36/UE, innotifikat (6) lill-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku (BERS) bl-intenzjoni tagħha li tattiva, mill-1 ta’ Lulju 2025, Riżerva ta’ Riskju Sistemiku settorjali (sSyRB) ta’ 1 % għall-iskoperturi rilevanti kollha għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji fis-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli li jinsabu fl-Awstrija, identifikati abbażi tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi tagħhom stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (7), bl-eċċezzjoni tal-assoċjazzjonijiet tad-djar bi profitt limitat. |
|
(4) |
In-notifika mill-FMA talbet ukoll lill-BERS jirrakkomanda r-reċiproċità tar-rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali, skont l-Artikolu 134(5) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(5) |
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku, kif emendata bir-Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 (8) tirrakkomanda li l-awtorità rilevanti li tattiva miżura ta’ politika makroprudenzjali għandha, meta tippreżenta talba għal reċiprokazzjoni lill-BERS, tipproponi limitu ta’ materjalità li taħtu l-iskopertura ta’ fornitur individwali ta’ servizzi finanzjarji għar-riskju makroprudenzjali identifikat fil-ġurisdizzjoni fejn il-miżura ta’ politika makroprudenzjali tiġi applikata mill-awtorità ta’ attivazzjoni tista’ titqies bħala mhux materjali. Il-BERS jista’ jirrakkomanda livell limitu differenti jekk jitqies neċessarju. Il-livell limitu ta’ materjalità għar-reċiproċità tal-sSyRB huwa stabbilit għal EUR 100 miljun speċifiku għall-istituzzjoni u għandu jkun applikabbli fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali. |
|
(6) |
Ir-reċiproċità tar-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali attivati mill-awtoritajiet ta’ Stati Membri oħra, fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali, irrispettivament minn jekk l-iskoperturi kkonċernati humiex miżmuma permezz ta’ sussidjarji jew fergħat, jew jirriżultawx minn self transfruntier dirett, tillimita t-tnixxijiet u l-arbitraġġ regolatorju, tindirizza r-riskji sistemiċi u b’hekk tippromwovi l-effettività ġenerali tal-politika makroprudenzjali. Hija tikseb dan billi tiżgura li r-riskji miżjuda jiġu indirizzati mhux biss fl-Istat Membru li introduċa s-sSyRB iżda wkoll fi Stati Membri oħra fejn il-gruppi bankarji huma esposti għal dawk ir-riskji akbar. Ir-rikonoxximent għandu għalhekk ikollu wkoll l-għan li jiżgura li gruppi bankarji esposti għal dawk ir-riskji sistemiċi jkunu reżiljenti biżżejjed. Għalhekk, ir-rekwiżiti kapitali makroprudenzjali li jirriżultaw minn deċiżjoni li jiġu rikonoxxuti l-miżuri makroprudenzjali ta’ Stati Membri oħra għandhom b’mod ġenerali jiġu applikati fuq bażi konsolidata, subkonsolidata, u individwali. |
|
(7) |
Biex tiġi rikonoxxuta r-rata tas-SyRB Awstrijaka kif mitlub mill-FMA, l-awtoritajiet kompetenti u/jew nominati rilevanti ta’ Stat Membru ieħor jistgħu jistabbilixxu rata ta’ SyRB f’konformità mal-Artikoli 133(4) u 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(8) |
Għalhekk, ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
EMENDI
Ir-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fit-Taqsima 1, is-subrakkomandazzjoni C(1), il-miżura li ġejja u l-intestatura tagħha “l-Awstrija” jiddaħħlu qabel il-miżura Belġjana u l-intestatura tagħha “il-Belġju”:
“L-Awstrija:
|
|
(2) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, l-4 ta’ Novembru 2025.
Il-Kap tas-Segretarjat tal-BERS,
F’isem il-Bord Ġenerali tal-BERS
Francesco MAZZAFERRO
(1) ĠU L 1, 3.1.1994, p. 3, ELI: http://data.europa.eu/eli/agree_internation/1994/1/oj.
(2) ĠU L 331, 15.12.2010, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/1092/oj.
(3) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2013/36/oj.
(5) Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-15 ta’ Diċembru 2015 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transfruntiera ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 97, 12.3.2016, p. 9).
(6) Verżjoni aġġornata ta’din in-notifika ġiet sottomessa lill-BERS fit-13 ta’ Ġunju 2025.
(7) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta’ l-istatikstika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
(8) Rakkomandazzjoni BERS/2017/4 tal-Bord Ewropew dwar ir-Riskju Sistemiku tal-20 ta’ Ottubru 2017 li temenda r-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 dwar il-valutazzjoni tal-effetti transkonfinali ta’ miżuri tal-politika makroprudenzjali u r-reċiproċità volontarja tagħhom (ĠU C 431, 15.12.2017, p. 1).
ANNESS
L-Anness għar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2 huwa emendat biż-żieda tal-miżura li ġejja:
“ L-Awstrija
Riżerva għal riskju sistemiku settorjali ta’ 1 % għall-iskoperturi rilevanti kollha għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji mis-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli li jinsabu fl-Awstrija, identifikata f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (NACE), stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 (1) , bl-eċċezzjoni ta’ assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni bi profitt limitat.
I. Deskrizzjoni tal-miżura
|
1. |
Il-miżura Awstrijaka, applikata f’konformità mal-Artikolu 133 tad-Direttiva 2013/36/UE, timponi rata ta’ riżerva għal riskju sistemiku settorjali ta’ 1 % fuq l-iskoperturi rilevanti kollha lejn korporazzjonijiet mhux finanzjarji mis-settur tal-kostruzzjoni u tal-proprjetà immobbli li jinsabu fl-Awstrija, identifikati f’konformità mal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi fl-Unjoni (NACE), stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006, bl-eċċezzjoni ta’ assoċjazzjonijiet tal-akkomodazzjoni bi profitt limitat. |
II. Reċiproċità
|
2. |
Huwa rrakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti jirreċiprokaw il-miżura Awstrijaka għall-iskoperturi rilevanti kollha li jinsabu fl-Awstrija skont l-Artikolu 134(1) tad-Direttiva 2013/36/UE, fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali. Huma għandhom japplikaw il-miżura għall-iskoperturi rilevanti kollha għal korporazzjonijiet mhux finanzjarji involuti fl-attivitajiet ekonomiċi speċifiċi li ġejjin: ‘Kostruzzjoni ta’ bini residenzjali u mhux residenzjali’ kif ikklassifikat taħt il-kodiċi NACE F 41, ‘Attivitajiet ta’ kostruzzjoni speċjalizzati’ kif ikklassifikati taħt il-kodiċi NACE F 43, u ‘Attivitajiet ta’ proprjetà immobbli’ kif ikklassifikati taħt il-kodiċi NACE M 68, bl-eċċezzjoni ta’ assoċjazzjonijiet tad-djar bi profitt limitat. |
|
3. |
Jekk l-istess miżura ta’ politika makroprudenzjali ma tkunx disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom, f’konformità mas-subrakkomandazzjoni C(2), huwa rakkomandat li l-awtoritajiet rilevanti japplikaw, wara konsultazzjoni mal-BERS, miżura ta’ politika makroprudenzjali disponibbli fil-ġuriżdizzjoni tagħhom li jkollha l-aktar effett ekwivalenti għall-miżura msemmija hawn fuq rakkomandata għar-reċiproċità, inkluż l-adozzjoni ta’ miżuri u setgħat superviżorji stipulati fit-Titolu VII, Kapitolu 2, Taqsima IV tad-Direttiva 2013/36/UE. Japplika l-perjodu tranżitorju standard ta’ tliet xhur wara l-pubblikazzjoni tar-Rakkomandazzjoni ESRB/2025/10 f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni ta’ miżuri reċiprokanti. |
III. Livell limitu ta' materjalità
|
4. |
Il-miżura hija kkumplimentata b’livell limitu ta' materjalità biex tidderieġi l-applikazzjoni potenzjali tal-prinċipju de minimis mill-awtoritajiet rilevanti li jirreċiprokaw il-miżura, li huwa stabbilit b'mod speċifiku għall-istituzzjoni għal EUR 100 miljun. L-sSyRB għandha tiġi reċiprokata jekk dan il-limitu jintlaħaq u għandha tkun applikabbli fuq bażi konsolidata, subkonsolidata u individwali. Meta tiġi vvalutata fuq bażi subkonsolidata u konsolidata, l-iskoperturi totali permezz ta’ fergħat, self transfruntier dirett u sussidjarji jenħtieġ li jiġu vvalutati skont il-livell limitu ta’ materjalità. |
|
5. |
L-awtoritajiet rilevanti għandhom jimmonitorjaw il-materjalità tal-iskoperturi. F’konformità mat-Taqsima 2.2.1 tar-Rakkomandazzjoni BERS/2015/2, il-livell limitu ta’ materjalità msemmi fil-paragrafu 4 huwa livell limitu massimu rakkomandat. L-awtoritajiet rilevanti reċiprokanti jistgħu għalhekk jistabbilixxu livell limitu aktar baxx minflok ma japplikaw il-livell limitu rakkomandat, għall-ġurisdizzjonijiet tagħhom fejn xieraq jew jirreċiprokaw il-miżura mingħajr ebda livell limitu ta’ materjalità.” |
(1) Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Diċembru 2006 li jistabbilixxi l-klassifikazzjoni ta' l-istatistika ta' attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3037/90 kif ukoll ċerti Regolamenti tal-KE dwar setturi speċifiċi ta' l-istatistika (ĠU L 393, 30.12.2006, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/1893/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6445/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)