Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea - IT-TIELET PARTI: POLITIKA U AZZJONIJIET INTERNI TA' L-UNJONI - TITOLU IX: L-IMPJIEG - Artikolu 149 (ex Artikolu 129 TKE)
Official Journal 115 , 09/05/2008 P. 0113 - 0113
Artikolu 149 (ex Artikolu 129 TKE) Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill, li jaġixxu skond il-proċedura leġislattiva ordinarja u wara li jikkonsultaw il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali u l-Kumitat tar-Reġjuni, jistgħu jadottaw miżuri ta' inċentiva li jkunu mmirati sabiex jinkoraġġixxu l-koperazzjoni bejn Stati Membri u sabiex isostnu l-azzjoni tagħhom fil-qasam ta' l-impjiegi permezz ta' inizjattivi li jkollhom l-għan li jkun żviluppat l-iskambju ta' informazzjoni u ta' l-aħjar prattiċi, li tkun provduta l-analiżi kumparattiva u pariri kif ukoll li ssir promozzjoni ta' atteġġjamenti innovattivi u l-valutazzjoni ta' l-esperjenzi, partikolarment billi wieħed jirrikorri għall-proġetti pilota. Dawk il-miżuri m’għandhomx jinkludu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti ta' l-Istati Membri. --------------------------------------------------