30.9.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/15


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8608 — ENGIE/La Caisse des Dépôts et Consignations/CEOLFALRAM76)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 329/12)

1.

Fis-26 ta’ Settembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

ENGIE (Franza),

—

La Caisse des Dépôts et des Consignations (“CDC”, Franza),

—

CEOLFALRAM76 (Franza), ikkontrollata minn ENGIE permezz tas-sussidjarja tagħha La Compagnie du Vent (LCV).

CDC takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) il-kontroll konġunt ta’ CEOLFALRAM76. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

ENGIE hija attiva tul il-katina tal-valur kollha fl-oqsma tal-gass, l-elettriċità u s-servizzi tal-enerġija. ENGIE tikkontrolla lil-LCV, li hija attiva fl-iżvilupp, il-kostruzzjoni u l-manutenzjoni ta’ farms tat-turbini tar-riħ u parks tax-xemx;

—

CDC hija grupp finanzjarju u maniġer ta’ fondi, proprjetà tal-Istat Franċiż, li jinvesti kemm fi proġetti tas-settur pubbliku u kemm f’attivitajiet tas-swieq miftuħa;

—

CEOLFALRAM76 hija proprjetarja ta’ żewġ farms tat-turbini tar-riħ fuq l-art (onshore) u li hija attiva fis-settur tal-ġenerazzjoni tal-elettriċità fi Franza.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8608 — ENGIE/La Caisse des Dépôts et Consignations/CEOLFALRAM76.

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.