|
5.11.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 274/36 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1645
tat-13 ta' Lulju 2018
li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji dwar il-forma u l-kontenut tal-applikazzjoni għal rikonoxximent mal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza u tal-preżentazzjoni tal-informazzjoni fin-notifika lill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2016 dwar l-indiċi użati bħala parametri referenzjarji fi strumenti finanzjarji u kuntratti finanzjarji jew dwar il-kejl tal-prestazzjoni ta' fondi ta' investiment u li jemenda d-Direttivi 2008/48/KE u 2014/17/UE u r-Regolament (UE) Nru 596/2014 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 32(9) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Amministratur tal-parametri referenzjarji li jinsab f'pajjiż terz jista' japplika għar-rikonoxximent fl-Unjoni. Fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent, dak l-amministratur irid jipprovdi rappreżentazzjoni komprensiva tal-arranġamenti, il-politiki u l-proċeduri li jkun stabbilixxa sabiex jissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stipulati fir-Regolament (UE) 2016/1011. Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura li l-awtoritajiet kompetenti fl-Unjoni kollha jirċievu informazzjoni uniformi u konsistenti minn amministraturi tal-parametri referenzjarji f'pajjiżi mhux tal-UE li japplikaw għar-rikonoxximent. |
|
(2) |
L-applikazzjoni għar-rikonoxximent jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar l-għażla tal-Istat Membru ta' referenza, skont l-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) 2016/1011, u dwar ir-rappreżentant legali fl-Istat Membru ta' referenza. Dak it-tagħrif jenħtieġ li jippermetti lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru ta' referenza sabiex tiżgura ruħha li l-Istat Membru ta' referenza jkun ġie identifikat b'mod korrett u li rappreżentant legali tal-amministratur f'pajjiż mhux tal-UE jkun stabbilit f'dak l-Istat Membru u jkollu s-setgħa li jaġixxi kif meħtieġ mir-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(3) |
Sabiex l-awtorità kompetenti tivvaluta jekk ikunx hemm kunflitti ta' interess li jirriżultaw mill-interessi kummerċjali tas-sidien tal-applikant li jistgħu jaffettwaw l-indipendenza tal-applikant, u b'hekk ixekklu l-preċiżjoni u l-integrità tal-parametri referenzjarji tiegħu, l-applikant jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar l-attivitajiet tas-sidien tiegħu u s-sjieda tal-impriżi sidien tiegħu. |
|
(4) |
L-applikant jenħtieġ li jipprovdi informazzjoni dwar il-kompożizzjoni, il-funzjonament u l-grad ta' indipendenza tal-korpi ta' governanza tiegħu, sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tivvaluta jekk l-istruttura ta' governanza korporattiva tkunx tiżgura l-indipendenza tal-amministratur tal-parametri referenzjarji għall-ikkalkular u l-evitar ta' kunflitti ta' interess. |
|
(5) |
Għall-finijiet tal-valutazzjoni kif kunflitti ta' interess jiġu eliminati jew immaniġġati u ddivulgati, l-applikant jenħtieġ li jipprovdi lill-awtorità kompetenti bi spjegazzjoni dwar kif kwalunkwe kunflitti ta' interess jiġu identifikati, irreġistrati, immaniġġati, mitigati, evitati u rimedjati. |
|
(6) |
Bl-għan li jippermetti lill-awtorità kompetenti sabiex tevalwa l-pertinenza u s-solidità tal-istruttura tal-kontroll intern, tas-sorveljanza u tal-qafas tar-responsabbiltà, il-fornitur applikant jenħtieġ li jipprovdi lill-awtorità kompetenti bl-informazzjoni dwar il-politiki u l-proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta' parametru referenzjarju jew ta' familja ta' parametri referenzjarji. |
|
(7) |
L-applikazzjoni għal rikonoxximent jenħtieġ li tinkludi informazzjoni li turi li l-kontrolli fuq id-dejta tal-input, li fuq il-bażi tagħhom huma kkalkulati l-parametri referenzjarji pprovduti mill-applikanti, ikunu adegwati biex ikun żgurat li dik id-dejta tkun rappreżentattiva, preċiża u integra. |
|
(8) |
Bil-għan li tippermetti lill-awtorità kompetenti tevalwa jekk il-parametri referenzjarji fornuti mill-applikant ikunux addattati biex ikomplu jintużaw jew biex prospettivament jibdew jintużaw fl-Unjoni, bl-għan finali li l-inklużjoni tagħhom fir-reġistru tal-Artikolu 36 tar-Regolament (UE) 2016/1011, lista tal-punti ta' riferiment kollha pprovduti mill-applikant li diġà qed jintużaw fl-Unjoni jew li huma maħsuba għal użu futur fl-Unjoni u deskrizzjoni tagħhom jenħtieġ li jiġu pprovduti mal-applikazzjoni għal rikonoxximent. |
|
(9) |
Informazzjoni dwar in-natura u l-karatteristiċi tal-parametri referenzjarji pprovduti mill-applikanti hija rilevanti sabiex turi lill-awtorità kompetenti jekk il-valutazzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti applikabbli tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandhiex titwettaq b'referenza għal xi waħda mis-sistemi speċjali applikabbli għal parametri referenzjarji ta' dejta regolata u għal parametri referenzjarji tal-komoditajiet li ma jkunux ibbażati fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li fil-maġġoranza tagħhom ikunu entitajiet taħt superviżjoni, kif stipulat fir-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(10) |
Meta l-applikant ikun jikkunsidra wieħed jew aktar mill-parametri referenzjarji tiegħu bħala sinifikanti jew mhux sinifikanti, jenħtieġ li jinkludi fl-applikazzjoni għal rikonoxximent informazzjoni fuq il-livell tal-użu ta' dawn il-parametru referenzjarji fl-Unjoni, b'tali mod li l-awtorità kompetenti tkun tista' tevalwa jekk il-kategorizzazzjoni bħala sinifikanti jew mhux sinifikanti tkunx korretta. Parametri referenzjarji fornuti mill-applikant li jkunu għadhom mhumiex qed jintużaw fl-Unjoni u li jkunu inklużi fl-applikazzjoni għar-rikonoxximent bil-għan tal-użu prospettiv tagħhom fl-Unjoni huma, f'konformità mal-punt (27) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, meqjusa bħala parametri referenzjarji mhux sinifikanti. |
|
(11) |
Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz ta' standards tekniċi regolatorji ppreżentat mill-Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq (ESMA) lill-Kummissjoni. |
|
(12) |
L-ESMA wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat il-kostijiet u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Konċernati tat-Titoli u s-Swieq stabbilit skont l-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2). |
|
(13) |
L-amministraturi jenħtieġ li jingħataw żmien biżżejjed biex jippreparaw l-applikazzjonijiet u biex jiżguraw il-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament u l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-Anness. Dan ir-Regolament jenħtieġ għalhekk li jibda japplika xahrejn wara li jkun daħal fis-seħħ, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Rekwiżiti ġenerali
1. Amministratur li jkun jinsab f'pajjiż terz meta japplika għar-rikonoxximent skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011 għandu jipprovdi l-informazzjoni elenkata fl-Anness.
2. Meta l-applikant ikun ħalla barra xi informazzjoni meħtieġa, l-applikazzjoni għandha tinkludi spjegazzjoni dwar ir-raġuni għaliex dik l-informazzjoni ma tkunx ġiet ipprovduta.
Artikolu 2
Format tal-applikazzjoni
1. L-applikazzjoni għal rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' referenza, sakemm mhux indikat mod ieħor fl-Anness. Id-dokumenti msemmija fil-punt 8 tal-Anness għandhom jiġu ppreżentati f'lingwa komuni fl-isfera tal-finanzi internazzjonali jew fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru ta' referenza.
2. L-applikazzjoni għal rikonoxximent għandha tiġi ppreżentata b'mezzi elettroniċi jew, jekk aċċettat mill-awtorità kompetenti rilevanti, f'forma stampata. Dawk il-mezzi elettroniċi għandhom jiżguraw li l-kompletezza, l-integrità u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni jinżammu matul it-trażmissjoni. L-applikant għandu jiżgura li kull dokument jidentifika b'mod ċar għal liema rekwiżit speċifiku ta' dan ir-Regolament ikun qed jirreferi għalih.
Artikolu 3
Informazzjoni speċifika dwar il-politiki u l-proċeduri
1. Il-politiki u l-proċeduri stabbiliti biex jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (UE) 2016/1011 u deskritti f'applikazzjoni għandhom jinkludu dawn li ġejjin, jew ikunu akkumpanjati minnhom:
|
(a) |
indikazzjoni tal-identità tal-persuna jew persuni responsabbli għall-approvazzjoni u l-manutenzjoni tal-politiki u l-proċeduri; |
|
(b) |
deskrizzjoni ta' kif il-konformità mal-politiki u l-proċeduri hija mmonitorjata u l-identità tal-persuna jew persuni responsabbli għal dan il-monitoraġġ; |
|
(c) |
deskrizzjoni tal-miżuri li jridu jittieħdu f'każ ta' ksur tal-politiki u tal-proċeduri. |
2. Fejn applikant ikun kumpanija li tifforma parti minn grupp, huwa jista' jikkonforma mal-paragrafu 1 billi jippreżenta l-politiki u l-proċeduri tal-grupp tiegħu, fejn dawn ikunu marbuta mal-forniment ta' parametri referenzjarji.
Artikolu 4
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-25 ta' Jannar 2019.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta' Lulju 2018.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 171, 29.6.2016, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
ANNESS
Informazzjoni li trid tiġi provduta fl-applikazzjoni għal rikonoxximent skont l-Artikolu 32 tar-Regolament (UE) 2016/1011
TAQSIMA A — INFORMAZZJONI DWAR IL-FORNITUR U R-RAPPREŻENTANT ĠURIDIKU TIEGĦU FL-UNJONI
1. INFORMAZZJONI ĠENERALI
|
(a) |
Isem sħiħ tal-applikant u Identifikatur tal-Entità Ġuridika (LEI). |
|
(b) |
Indirizz tal-uffiċċju fil-pajjiż fejn jinsab. |
|
(c) |
Status ġuridiku: |
|
(d) |
Sit web, jekk ikun hemm. |
|
(e) |
Fejn l-applikant ikun taħt superviżjoni fil-pajjiż barra mill-UE fejn ikun jinsab, informazzjoni dwar l-istatus ta' awtorizzazzjoni attwali tiegħu, inklużi l-attivitajiet li għalihom ikun awtorizzat, l-isem u l-indirizz tal-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' barra mill-UE u l-link għar-reġistru ta' dik l-awtorità kompetenti, fejn disponibbli; meta iktar minn awtorità waħda tkun responsabbli għas-superviżjoni, għandhom jingħataw id-dettalji tal-oqsma rispettivi ta' kompetenza; |
|
(f) |
Deskrizzjoni tal-operazzjonijiet tal-applikant fl-UE u f'pajjiżi li mhumiex fl-UE, kemm jekk ikun kif ukoll jekk ma jkunx soġġett għal xi regolamentazzjoni finanzjarja tal-UE jew minn barra l-UE, li jkunu rilevanti għall-attività tal-forniment ta' parametri referenzjarji, flimkien ma' deskrizzjoni ta' fejn dawn l-operazzjonijiet ikunu jsiru. |
|
(g) |
Fejn applikant ikun parti minn grupp, l-istruttura tal-grupp tiegħu, flimkien mat-tabella tas-sjieda, li turi r-rabtiet bejn kull impriża prinċipali u s-sussidjarji tagħha. L-impriżi u s-sussidjarji murija fit-tabella għandhom ikunu identifikati bl-isem sħiħ, l-istatus ġuridiku u l-indirizz tal-uffiċċju rreġistrat jew tal-uffiċċju prinċipali tagħhom. |
|
(h) |
Awtodikjarazzjoni ta' reputazzjoni tajba inklużi d-dettalji, jekk applikabbli, ta' kull:
|
2. RAPPREŻENTANT ĠURIDIKU FL-ISTAT MEMBRU TA' REFERENZA
|
(a) |
Evidenza dokumentata li tappoġġa l-għażla tal-Istat Membru ta' referenza, b'applikazzjoni tal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 32(4) tar-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(b) |
Fir-rigward tar-rappreżentant ġuridiku stabbilit fl-Istat Membru ta' referenza kif stipulat fl-Artikolu 32(3) tar-Regolament (UE) 2016/1011:
|
3. STRUTTURA ORGANIZZATTIVA U GOVERNANZA
|
(a) |
L-istruttura organizzattiva interna fir-rigward tal-bord tad-diretturi, tal-kumitati tal-ġestjoni għolja, tal-funzjoni ta' sorveljanza u kull korp intern ieħor li jeżerċita funzjonijiet maniġerjali sinifikanti involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju, inkluż:
|
|
(b) |
Proċeduri li jiżguraw li l-impjegati tal-amministratur u kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tiegħu jew li jkunu taħt il-kontroll tiegħu u li jkunu direttament involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju jkollhom il-ħiliet, l-għarfien u l-esperjenza meħtieġa għad-dmirijiet assenjati lilhom u joperaw fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 4(7) tar-Regolament (UE) 2016/1011. |
|
(c) |
L-għadd ta' impjegati (temporanji u permanenti) (involuti fil-forniment ta' parametru referenzjarju. |
4. KUNFLITTI TA' INTERESS
|
(a) |
Politiki u proċeduri li jindirizzaw:
|
|
(b) |
Għal parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, lista ta' kull kunflitt ta' interessi materjali identifikat, flimkien mal-miżuri ta' mitigazzjoni rispettivi. |
|
(c) |
L-istruttura tal-politika ta' rimunerazzjoni, li tispeċifika l-kriterji użati biex tiġi determinata r-remunerazzjoni tal-persuni involuti direttament jew indirettament fl-attività ta' forniment tal-parametri referenzjarji. |
5. STRUTTURA TAL-KONTROLL INTERN, SORVELJANZA U QAFAS TA' RENDIKONT
|
(a) |
Politiki u proċeduri għall-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-forniment ta' parametru referenzjarju jew ta' familja ta' parametri referenzjarji, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma':
|
|
(b) |
Pjanijiet ta' kontinġenza biex jiġi ddeterminat u ppubblikat parametru referenzjarju fuq bażi temporanja. |
|
(c) |
Proċeduri għar-rappurtar intern tal-ksur tar-Regolament (UE) 2016/1011 mill-maniġers, l-impjegati, kif ukoll kull persuna fiżika oħra li s-servizzi tagħha jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-fornitur jew taħt il-kontroll tiegħu. |
6. ESTERNALIZZAZZJONI
Fejn tiġi esternalizzata xi attività li tifforma parti mill-proċess għall-forniment ta' parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji:
|
(a) |
l-arranġamenti tal-esternalizzazzjoni, inklużi ftehimiet fil-livell ta' servizz, li juru l-konformità mal-Artikolu 10 tar-Regolament (UE) 2016/1011 jew mal-Prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs li jikkorrispondu miegħu, kif applikabbli; |
|
(b) |
dettalji tal-funzjonijiet esternalizzati, sakemm din l-informazzjoni tkun diġà inkluża fil-kuntratti rilevanti; |
|
(c) |
politiki u proċeduri dwar is-sorveljanza tal-attivitajiet esternalizzati, sakemm din l-informazzjoni ma tkunx diġà inkluża fil-kuntratti rilevanti. |
7. KONFORMITÀ MAL-PRINĊIPJI IOSCO
|
(a) |
Fejn disponibbli, valutazzjoni minn awditur estern indipendenti dwar il-konformità mal-Prinċipji għall-parametri referenzjarji finanzjarji maqbula mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (International Organization of Securities Commissions - IOSCO) fis-17 ta' Lulju 2013 jew il-Prinċipji għall-Aġenziji tar-Rappurtar tal-Prezzijiet taż-Żejt miftiehma mill-IOSCO fil-5 ta' Ottubru 2012, kif applikabbli; |
|
(b) |
Fejn disponibbli, f'każijiet fejn l-applikant ikun soġġett għal superviżjoni, ċertifikazzjoni mogħtija mill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ta' barra mill-UE fejn ikun jinsab l-applikant, li tiċċertifika l-konformità mal-prinċipji IOSCO msemmija fl-ittra (a). |
8. INFORMAZZJONI OĦRA
|
(a) |
L-applikant jista' jipprovdi kull informazzjoni addizzjonali rilevanti għall-applikazzjoni tiegħu li huwa jqis xierqa. |
|
(b) |
L-applikant għandu jipprovdi din l-informazzjoni bil-mod u fil-forma stipulati mill-awtorità kompetenti. |
TAQSIMA B — INFORMAZZJONI DWAR IL-PARAMETRI REFERENZJARJI
9. DESKRIZZJONI TAL-PARAMETRI REFERENZJARJI JEW TAL-FAMILJA TA' PARAMETRI REFERENZJARJI ATTWALI JEW PROSPETTIVI LI JISTGĦU JINTUŻAW FL-UNJONI
|
(a) |
Lista li tinkludi l-parametri referenzjarji kollha pprovduti mill-applikant li diġà qed jintużaw fl-Unjoni u, fejn disponibbli n-Numri Internazzjonali tal-Identifikazzjoni tat-Titoli, (International Securities Identification Numbers, ISINs). |
|
(b) |
Deskrizzjoni tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji forniti u li diġà qed jintużaw fl-Unjoni, inkluża deskrizzjoni tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti li l-parametru referenzjarju jew il-familja ta' parametri referenzjarji jkunu intenzjonati li jkejlu, flimkien ma' indikazzjoni tas-sorsi użati biex jiġu pprovduti dawn id-deskrizzjonijiet, u deskrizzjoni tal-kontributuri, jekk ikun hemm, għal dan il-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji. |
|
(c) |
Lista li tinkludi l-punti ta' riferiment kollha li huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq għall-użu tagħhom fl-Unjoni u, fejn disponibbli, l-ISINs tagħhom. |
|
(d) |
Deskrizzjoni tal-parametru referenzjarju jew tal-familja ta' parametri referenzjarji li huma maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq għall-użu tagħhom fl-Unjoni, inkluża deskrizzjoni tas-suq jew tar-realtà ekonomika sottostanti li l-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji jkunu intenzjonati li jkejlu, flimkien ma' indikazzjoni tas-sorsi użati biex jiġu pprovduti dawn id-deskrizzjonijiet, u deskrizzjoni tal-kontributuri, jekk ikun hemm, għal dan il-parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji. |
|
(e) |
Kull evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji deskritti fil-punti b) u d) jistgħu jitqiesu bħala parametri referenzjarji ta' dejta regolata, f'konformità mad-definizzjoni stabbilita fil-punt (24) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, u għalhekk huma intitolati għall-eżenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17(1) tal-istess Regolament. |
|
(f) |
Kull evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji deskritti fil-punti b) u d) jistgħu jitqiesu bħala parametri referenzjarji tal-komoditajiet, skont id-definizzjoni stabbilita fil-punt (23) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, u li mhumiex ibbażati fuq sottomissjonijiet minn kontributuri li fil-maġġoranza tagħhom huma entitajiet taħt superviżjoni, flimkien ma' kull evidenza tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema speċjali kif stipulati mill-Artikolu 19 u mill-Anness II tar-Regolament jew il-prinċipji IOSCO għall-PRAs. |
|
(g) |
Kull evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji deskritti fil-punti b) u d) jistgħu jitqiesu bħala parametri referenzjarji tar-rati tal-imgħax, skont id-definizzjoni stabbilita fil-punt (22) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, flimkien ma' kull evidenza tal-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tas-sistema speċjali kif stabbiliti mill-Artikolu 18 u mill-Anness I tar-Regolament. |
|
(h) |
Kull evidenza dokumentata li parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji deskritti fil-punt (b) ikollhom grad ta' użu fit-territorju tal-Unjoni li jikkwalifika dan il-parametru referenzjarju jew il-parametri kollha inklużi f'din il-familja ta' parametri referenzjarji jew bħala parametri referenzjarji sinifikanti, kif definiti mill-punt (26) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011, jew bħala parametri referenzjarji mhux sinifikanti, kif definiti mill-punt (27) tal-Artikolu 3(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011. L-informazzjoni li trid tingħata għandha tiġi ddeterminata, sa fejn ikun possibbli, abbażi tad-dispożizzjonijiet fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 (2) għall-valutazzjoni tal-ammont nominali ta' strumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi u l-valur nett tal-assi ta' fondi ta' investiment li jagħmlu referenza għall-parametri referenzjarji ta' pajjiż mhux ta' UE, fl-Unjoni, inkluż fil-każ ta' referenza indiretta għal kull parametru referenzjarju bħal dan f'kombinazzjoni ta' parametri referenzjarji. |
|
(i) |
Il-ħsieb wara l-applikazzjoni mill-amministratur ta' xi waħda mill-eżenzjonijiet elenkati fl-Artikolu 25(1), għal parametri referenzjarji sinifikanti u l-Artikolu 26(1), għal parametri referenzjarji mhux sinifikanti, tar-Regolament (UE) 2016/1011 fir-rigward tal-parametru referenzjarju; l-informazzjoni għandha tiġi ppreżentata, sa fejn ikun possibbli, abbażi tal-format stabbilit mill-istandards tekniċi ta' implimentazzjoni adottati skont l-Artikoli 25(8) u 26(5) tar-Regolament (UE) 2016/1011 (3). |
|
(j) |
Informazzjoni dwar miżuri li jittrattaw korrezzjonijiet għad-determinazzjoni jew il-pubblikazzjoni ta' parametri referenzjarji. |
|
(k) |
Informazzjoni dwar il-proċedura li għandha titwettaq mill-fornitur f'każ ta' bidliet għal parametru referenzjarju jew il-waqfien tiegħu, f'konformità mal-Artikolu 28(1) tar-Regolament (UE) 2016/1011 jew mal-Prinċipji IOSCO għall-parametri referenzjarji finanzjarji jew għall-PRAs li jikkorrispondu magħhom, kif applikabbli. |
10. DEJTA TAL-INPUT U METODOLOĠIJA
|
(a) |
Għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, il-politiki u l-proċeduri fir-rigward tad-dejta tal-input, inklużi dawk li għandhom x'jaqsmu ma':
|
|
(b) |
Għal kull parametru referenzjarju jew familja ta' parametri referenzjarji, fir-rigward tal-metodoloġija:
|
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1637 tat-13 ta' Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji dwar il-proċeduri u l-karatteristiċi tal-funzjoni ta' sorveljanza (ara l-paġna 1 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/66 tad-29 ta' Settembru 2017 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li jispeċifika kif l-ammont nominali tal-istrumenti finanzjarji għajr id-derivattivi, l-ammont nozzjonali tad-derivattivi u l-valur nett tal-assi tal-fondi ta' investiment għandhom jiġu vvalutati (ĠU L 12, 17.1.2018, p. 11).
(3) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1106 tat-8 ta' Awwissu 2018 li jistabbilixxi standards tekniċi ta' implimentazzjoni fir-rigward tal-mudelli għad-dikjarazzjoni ta' konformità li trid tiġi ppubblikata u miżmuma mill-amministraturi ta' parametri referenzjarji sinifikanti u mhux sinifikanti skont ir-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 202, 9.8.2018, p. 9).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2018/1641 tat-13 ta' Lulju 2018 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/1011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta' standards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw ulterjorment l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta minn amministraturi ta' parametri referenzjarji kritiċi jew sinifikanti dwar il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-parametru referenzjarju, l-analiżi u l-approvazzjoni interni tal-metodoloġija u dwar il-proċeduri biex isiru bidliet materjali fil-metodoloġija (ara l-paġna 21 ta' dan il-Ġurnal Uffiċjali).