|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/451 |
6.3.2025 |
DEĊIŻJONI (UE) 2025/451 TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-21 ta’ Frar 2025
li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2024/461 dwar ir-rappurtar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, proporzjonijiet ogħla approvati u dawk li jaqilgħu pagi għoljin għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva (BĊE/2024/2) (BĊE/2025/7)
IL-KUNSILL GOVERNATTIV TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-qafas għal kooperazzjoni fi ħdan il-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u mal-awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 21 u l-Artikolu 140(4) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Bord Superviżorju,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni (UE) 2024/461 tal-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE/2024/2) (3) tistabbilixxi r-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ informazzjoni rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (AKN) minn entitajiet taħt superviżjoni għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki tar-remunerazzjoni, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, proporzjonijiet ogħla approvati u dawk li jaqilgħu pagi għoljin. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 91(11) tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsill (4), l-awtoritajiet kompetenti huma meħtieġa jiġbru l-informazzjoni ddivulgata f’konformità mal-Artikolu 435(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u jużawha bħala valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu lill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) b’dik l-informazzjoni, u l-EBA għandha tużaha bħala valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ diversità. |
|
(3) |
Fit-18 ta’ Diċembru 2023 l-EBA ħarġet Linji Gwida dwar il-valutazzjoni komparattiva ta’ prattiki ta’ diversità, inklużi l-politiki ta’ diversità u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, taħt id-Direttiva 2013/36/UE u d-Direttiva (UE) 2019/2034 (EBA/GL/2023/08) (6). Il-Linji Gwida jistabbilixxu l-proċess ta’ kif kampjun rappreżentattiv ta’ istituzzjonijiet għandu jiġi ffurmat u jispeċifikaw, għall-finijiet tal-valutazzjoni komparattiva armonizzata ta’ prattiki ta’ diversità fil-livell tal-korp maniġerjali, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lil awtoritajiet kompetenti u minn awtoritajiet kompetenti lill-EBA, inkluża informazzjoni żvelata skont l-Artikolu 435(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. Il-Linji Gwida jispeċifikaw ukoll, għall-finijiet tal-valutazzjoni komparattiva armonizzata tad-differenza fil-pagi bein il-ġeneri fil-livell tal-korp maniġerjali, l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti u mill-awtoritajiet kompetenti lil-EBA skont l-Artikolu 75(1) tad-Direttiva 2013/36/UE. |
|
(4) |
Fid-dawl tal-ħruġ tal-Linji Gwida tal-EBA EBA/LG/2023/08, huwa xieraq li tiġi emendata d-Deċiżjoni (UE) 2024/461 (BĊE/2024/2) biex tkun inkluża wkoll il-kollezzjoni ta’ data dwar prattiki ta’ diversità fil-livell tal-korp maniġerjali, inkluża informazzjoni żvelata skont l-Artikolu 435(2), il-punt (c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, u data dwar politiki ta’ diversità u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fil-livell tal-korp maniġerjali. |
|
(5) |
Għalhekk, id-Deċiżjoni (UE) 2024/461 (BĊE/2024/2) għandha tiġi emendata kif meħtieġ, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emendi
Id-Deċiżjoni (UE) 2024/461 (BĊE/2024/2) hija emendata kif ġej:
|
(1) |
it-titolu huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Deċiżjoni BĊE/2024/461 tal-Bank Ċentrali Ewropew tad-29 ta’ Jannar 2024 dwar ir-rapportar mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti lill-Bank Ċentrali Ewropew ta’ informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, proporzjonijiet ogħla approvati u dawk li jaqilgħu pagi għoljin għall-finijiet ta’ valutazzjoni komparattiva”; |
|
(2) |
l-Artikolu 1 huwa ssostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 1 Suġġett u kamp ta’ applikazzjoni Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi r-rekwiżiti li jikkonċernaw is-sottomissjoni lill-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) ta’ informazzjoni rrapportata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali (AKN) minn entitajiet taħt superviżjoni għall-finijiet tal-valutazzjoni komparattiva tax-xejriet u l-prattiki tar-remeunerazzjoni, id-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri, proporzjonijiet ogħla approvati, dawk li jaqilgħu pagi għoljin u prattiki ta’ diversità fil-livell tal-korp maniġerjali.” |
|
(3) |
jiddaħħal l-Artikolu 4a li ġej: “Artikolu 4a Rekwiżiti għas-sottomissjoni ta’ informazzjoni dwar prattiki ta’ diversità L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE kull tliet snin l-informazzjoni dwar prattiki ta’ diversità fil-livell tal-korp maniġerjali, inklużi l-politiki dwar id-diversità u d-differenza fil-pagi bejn il-ġeneri fil-livell tal-korp maniġerjali, speċifikati fl-Annessi I sa XI tal-Linji Gwida tal-EBA, EBA/GL/2023/08, u rrapportati fuq bażi individwali mill-entitajiet taħt superviżjoni stabbiliti fl-Istat Membru parteċipanti rispettiv tagħhom skont id-Deċiżjoni EBA li tikkonċerna r-rapportar superviżorju għal valutazzjoni komparattiva tad-diversità lill-EBA u l-emenda tal-Anness għad-Deċiżjoni EUCLID (EBA/DC/2020/335) (EBA/DC/516) (*1). Jekk ANK tiġbor informazzjoni dwar prattiki ta’ diversità minn entitajiet taħt superviżjoni li mhumiex parti minn kampjun ta’ entitajiet li jirrapportaw skont il-kriterji stabbiliti fid-Deċiżjoni EBA EBA/DC/516, tali informazzjoni mhijiex ha tiġi sottomessa lill-BĊE. (*1) Disponibbli fuq is-sit elettroniku tal-EBA.”;" |
|
(4) |
fl-Artikolu 5, il-paragrafu 4 li ġej huwa miżjud: “4. L-ANK għandhom jissottomettu lill-BĊE l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 4a skont dan li ġej:
|
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum meta tiġi nnotifikata lid-destinatarji.
Artikolu 3
Destinatarji
Din id-Deciżjoni hija indirizzata lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tal-Istati Membri partecipanti.
Magħmul fi Frankfurt am Main, il-21 ta’ Frar 2025.
Il-President tal-BĊE
Christine LAGARDE
(1) ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63.
(2) ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1.
(3) ĠU L, 2024/461, 8.2.2024, ELI: https://data.europa.eu/eli/dec/2024/461/oj.
(4) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(5) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(6) Disponibbli fuq is-sit web tal-EBA.
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/451/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)