32006R1873

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1873/2006 tal- 11 ta’ Diċembru 2006 li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

Official Journal L 360 , 19/12/2006 P. 0061 - 0061
Official Journal L 200 , 01/08/2007 P. 0444 - 0444


20061211

Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1873/2006

tal- 11 ta’ Diċembru 2006

li jemenda r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 li jistabbilixxi l-kategoriji ta' uffiċjali intitolati għal allowances għal xogħol bix-xift, u r-rati u l-kondizzjonijiet tagħhom

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra r-Regolamenti tal-Persunal ta' l-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet ta' l-Impjieg ta' ħaddiema oħra tal-Komunitajiet, stabbiliti fir-Regolament (KEE, Euratom, KEFA) Nru 259/68 [1], u b'mod partikolari it-tieni subparagrafu ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni, preżentata wara konsultazzjoni mal-Kumitat tar-Regolamenti tal-Persunal,

Billi r-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 [2] jeħtieġ li jiġi emendat sabiex jiġi adattat għall-bidliet fil-bżonnijiet tax-xogħol bix-xift fi ħdan l-istituzzjonijiet Ewropej,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KEFA, KEE, Euratom) Nru 300/76 huwa b'dan emendat kif ġej:

1. Il-frażi introduttiva ta' l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 1(1) għandha tiġi mibdula b'li ġej:

"Uffiċjal

- imħallas mill-approprjazzjonijiet għar-riċerka u investiment u impjegat fi stabbiliment taċ-Ċentru Konġunt għar-Riċerka jew f'azzjoni indiretta, jew

- imħallas minn approprjazzjonijiet operattivi u impjegat f'dipartiment ta' servizzi tat-teknoloġija ta' l-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT), f'dipartiment tas-sigurtà jew f'servizz ieħor involut fl-eżekuzzjoni ta' funzjonijiet ta' sigurtà, f'servizz ta' swiċċbord/informazzjoni tat-telefon, f'reception desk, f'dipartiment li jipprovdi appoġġ għall-operazzjonijiet tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)/Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża (PESD) jew għal arranġamenti ta' koordinament f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza u kriżi jew impjegat sabiex imexxi jew jissorvelja istallazzjonijiet tekniċi,

li jaħdem bix-xift fis-sens ta' l-Artikolu 56a tar-Regolamenti tal-Persunal, għandu jkun intitolat għal allowance ta':".

2. L-aħħar sentenza ta' Artikolu 1(2) għandha titħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun applikabbli direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, 11 ta’ Diċembru 2006.

Għall-Kunsill

Il-President

E. Tuomioja

[1] ĠU L 56, 4.3.1968, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 31/2005 (ĠU L 8, 12.1.2005, p. 1).

[2] ĠU L 38, 13.2.1976, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE, Euratom) Nru 860/2004 (ĠU L 161, 30.4.2004, p. 26).

--------------------------------------------------