29.11.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 426/23


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/2080

tas-26 ta’ Novembru 2021

dwar l-awtorizzazzjoni tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-ħut bil-pinen

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-estensjoni tal-użu tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 bħala addittiv tal-għalf mill-ħut bil-pinen għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-estensjoni tal-użu tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 bħala addittiv tal-għalf mill-ħut bil-pinen għall-ispeċijiet kollha tal-annimali li għandu jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi”, fil-grupp funzjonali “aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom” u fil-grupp funzjonali “komposti li jagħtu t-togħma”.

(4)

Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, il-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 ma għandux effett negattiv fuq is-saħħa tal-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li, għall-addittiv ikkonċernat mhuwiex possibbli li tasal għal konklużjoni dwar il-potenzjal tal-addittiv li huwa tossiku jekk jinġibed man-nifs, li huwa irritant għall-għajnejn jew sensitizzatur dermali. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li l-addittiv huwa sors effikaċi tal-aċidu amminiku istidina u huwa effikaċi bħala kompost li jagħti t-togħma.

(5)

L-Awtorità ma tqisx li hemm bżonn ta’ rekwiżiti speċifiċi għas-sorveljanza ta’ wara t-tqegħid fis-suq. Ivverifikat ukoll ir-rapporti dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(6)

Il-valutazzjoni tal-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dan l-addittiv kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(7)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Is-sustanza monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodotta mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi nutrittivi” u mill-grupp funzjonali “l-amminoaċidi, l-imluħa u l-analogi tagħhom”, hi awtorizzata bħala addittiv tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.

2.   Is-sustanza monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodotta mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268 speċifikata fl-Anness, li tagħmel parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jagħtu t-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Novembru 2021.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   EFSA Journal 2021; 19(5):6622.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi nutrittivi

Grupp funzjonali: Aċidi amminiċi, l-imluħ u l-analogi tagħhom

3c351i

—

monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Trab b’kontenut minimu ta’

98 % monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina u

72 % istidina u

kontenut massimu ta’ 100 ppm istamina

L-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief il-ħut bil-pinen

—

—

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

2.

Dikjarazzjoni li trid issir fuq it-tikketta tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel:

—

“Is-supplimentazzjoni bil-monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina għandha tkun limitata għar-rekwiżiti nutrizzjonali tal-annimal fil-mira, li jiddependu mill-ispeċi, mill-istat fiżjoloġiku tal-annimal, mill-livell tal-prestazzjoni, mill-kundizzjonijiet ambjentali, mil-livell ta’ aċidi amminiċi oħrajn fid-dieta u mil-livell tal-mikroelementi essenzjali, bħar-ram u ż-żingu.”

—

“Kontenut ta’ istidina”.

3.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

Id-19 ta’ Diċembru 2031

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

Monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268

Formula kimika: C3H3N2-CH2-CH(NH2)-COΟΗ·ΗCl·Η2O

Numru CAS: 5934-29-2

Numru EINECS 211-438-9

Metodu analitiku  (1) :

Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija likwida ta’ rendiment għoli abbinata ma’ detezzjoni spettrofotometrika (RP-HPLC-UV);

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD);

Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fit-taħlitiet lesti minn qabel, fil-materjali tal-għalf u fl-għalf kompost:

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F);

Għall-kwantifikazzjoni tal-istamina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija likwida ta’ rendiment għoli abbinata ma’ detezzjoni spettrofotometrika (HPLC-UV)

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma

3c351i

—

Monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina

Kompożizzjoni tal-addittiv:

Trab b’kontenut minimu ta’

98 % monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina u

72 % istidina u

kontenut massimu ta’ 100 ppm istamina

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

—

—

—

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u l-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tabella tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej: “Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’għalf sħiħ b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 25 mg/kg.

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru tal-identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom ikunu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel, meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel iwassal biex jinqabeż il-livell tas-sustanza attiva fl-għalf sħiħ imsemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda. Meta dawn ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew imnaqqsa għall-minimu bi proċeduri u miżuri ta’ dan it-tip, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir ta’ protezzjoni personali xieraq, inkluż il-protezzjoni tal-għajnejn, tal-ġilda, u tan-nifs.

Id-19 ta’ Diċembru 2031

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva:

monoidroklorur monoidrat tal-L-istidina prodott mill-fermentazzjoni bl-Escherichia coli NITE SD 00268

Formula kimika: C3H3N2-CH2-CH(NH2)-COΟΗ·ΗCl·Η2O

Numru CAS: 5934-29-2

Numru EINECS 211-438-9

Metodu analitiku  (1) :

Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija likwida ta’ rendiment għoli abbinata ma’ detezzjoni spettrofotometrika (RP-HPLC-UV);

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS/FLD);

Għall-kwantifikazzjoni tal-istidina fit-taħlitiet lesti minn qabel:

—

kromatografija bi skambju tal-joni abbinata ma’ derivatizzazzjoni postkolonna u detezzjoni ottika (IEC-VIS), ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 152/2009 (l-Anness III, F);

Għall-kwantifikazzjoni tal-istamina fl-addittiv tal-għalf:

—

kromatografija likwida ta’ rendiment għoli abbinata ma’ detezzjoni spettrofotometrika (HPLC-UV)


(1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports.