<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-88/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TJ0088</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:631">EU:T:2022:631</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>15</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20221012">12.10.2022</DATE> – Kawża T‑88/21 [<HT TYPE="ITALIC">Estratti</HT>]</HT></P><P><HT TYPE="SC">Paesen vs SEAE</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Is-Seba’ Awla Estiża)</P><P>12 ta’ Ottubru 2022<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Servizz pubbliku</KEYWORD><KEYWORD>Uffiċjal</KEYWORD><KEYWORD>Personnel tas-SEAE assenjat f’pajjiż terz</KEYWORD><KEYWORD>Kap ta’ delegazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Perijodu ta’ prova maniġerjali</KEYWORD><KEYWORD>Rapport finali ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova maniġerjali</KEYWORD><KEYWORD>Att li ma jikkawżax preġudizzju</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Assenjazzjoni mill-ġdid għal kariga mhux maniġerjali fis-sede tas-SEAE</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Dritt għal smigħ</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni għall-kapijiet ta’ delegazzjoni tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5028/2, tad‑9 ta’ Settembru 2008, dwar il-persunal maniġerjali intermedju</KEYWORD><KEYWORD>Nuqqas ta’ inklużjoni ta’ dokumenti fil-fajl personali</KEYWORD><KEYWORD>Interess tas-servizz</KEYWORD><KEYWORD>Użu ħażin ta’ poter</KEYWORD><KEYWORD>Talba għal assistenza</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni li tiċħad it-talba</KEYWORD><KEYWORD>Responsabbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑88/21,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Sandra Paesen</HT>, residenti f’Beersel (il-Belġju), irrappreżentata minn M. Casado García-Hirschfeld, avukata,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)</HT>, irrappreżentat minn S. Marquardt u R. Spáč, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla Estiża),</P><P>komposta minn, waqt id-deliberazzjonijiet, R. da Silva Passos, President, V. Valančius, I. Reine, L. Truchot u M. Sampol Pucurull (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: L. Ramette, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura,</VISA><VISA>wara s-seduta tas‑7 ta’ April 2022,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Huma riprodotti biss il-punti minn din is-sentenza li l-Qorti Ġenerali tqis li huma utli għall-pubblikazzjoni.</P></NOTE></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 270 TFUE, ir-rikorrenti, Sandra Paesen, titlob, minn naħa, l-annullament, l-ewwel, tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova maniġerjali (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>) li jikkonċernaha, it-tieni, tad-deċiżjoni tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tal‑10 ta’ April 2020 dwar assenjazzjoni mill-ġdid f’kariga barra mill-qafas maniġerjali (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>ewwel deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>), it-tielet, tad-deċiżjoni tas-SEAE tat‑12 ta’ Mejju 2020 li tiċħad it-talba għal assistenza tar-rikorrenti (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>tieni deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u, min-naħa l-oħra, it-tqassim tad-danni finanzjarji u morali mġarrba mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il‑fatti li wasslu għall‑kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti hija uffiċjal tal-Unjoni Ewropea. Hija daħlet fis-servizz tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fl‑2004 u ġiet ittrasferita lis-SEAE fl‑2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Rappreżentant Għoli<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>), tas‑17 ta’ Lulju 2018, ir-rikorrenti nħatret Kap tad-Delegazzjoni tal-Unjoni fi ħdan ir-Repubblika tal-Malawi (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>delegazzjoni fil-Malawi<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>) b’effett mill‑1 ta’ Settembru 2018.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Fl-istess data, ir-rikorrenti ġiet issuġġettata għal perijodu ta’ prova maniġerjali ta’ disa’ xhur, konformement mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2008) 5028/2 tad‑9 ta’ Settembru 2008 dwar il-persunal maniġerjali intermedju (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Deċiżjoni 5028/2<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>), li saret applikabbli għas-SEAE permezz tad-deċiżjoni PROC EEAS(2011) 002 tad-Direttur Ġenerali Amministrattiv tas-SEAE tad‑29 ta’ Novembru 2011.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fit‑18 ta’ Marzu 2019, fid-dawl tar-rapport <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> ta’ evalwazzjoni probatorja, li skontu l-kompetenzi fil-qasam tal-awtorità u ta’ maniġment tar-rikorrenti ġew ikkunsidrati bħala insuffiċjenti, il-perijodu ta’ prova maniġerjali ġie estiż b’sitt xhur mill‑1 ta’ Ġunju 2019.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Mis‑16 sal‑25 ta’ Settembru 2019, id-dipartiment ta’ spezzjoni tas-SEAE wettaq missjoni ta’ spezzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> fi ħdan id-delegazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Fl‑14 ta’ Ottubru 2019, l-abbozz tar-rapport ta’ spezzjoni redatt mill-missjoni ta’ spezzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>abbozz tar-rapport ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) ġie kkomunikat lir-rikorrenti għal osservazzjonijiet eventwali. Dan l-abbozz kien jinkludi tnax-il rakkomandazzjoni dwar il-maniġment tad-delegazzjoni, li minnhom sitta kienu indirizzati lir-rikorrenti fil-kapaċità tagħha ta’ Kap ta’ Delegazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Fis‑27 ta’ Novembru 2019, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE bagħat lir-rikorrenti r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja, li skontu l-kompetenzi fil-qasam ta’ awtorità u ta’ maniġment ta’ din tal-aħħar tqiesu li kienu insuffiċjenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE informat ukoll lir-rikorrenti li r-Rappreżentant Għoli, minn naħa, qies li hija ma kinitx uriet il-livell meħtieġ tul dan il-perijodu probatorju u, min-naħa l-oħra, li hija kellha l-intenzjoni tassenjaha mill-ġdid għal kariga mhux maniġerjali fis-sede tas-SEAE.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid‑29 ta’ Novembru 2019, ir-rikorrenti bagħtet lis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE l-kummenti tagħha dwar l-abbozz ta’ rapport ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fit‑12 ta’ Diċembru 2019, ir-rikorrenti bagħtet lis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE l-osservazzjonijiet tagħha dwar ir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit‑18 ta’ Diċembru 2019, ir-rikorrenti tenniet quddiem is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE l-osservazzjonijiet tagħha fir-rigward tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja u tal-kundizzjonijiet li fihom hija kienet wettqet il-perijodu ta’ prova maniġerjali u talbet l-aċċess għad-dokumenti li fuqhom kien ibbażat l-imsemmi rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fid‑19 ta’ Diċembru 2019, id-Direttur Ġenerali inkarigat mill-Afrika (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Direttur Ġenerali Afrika<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), bagħat osservazzjonijiet lid-Dipartiment ta’ Spezzjoni tas-SEAE dwar l-abbozz ta’ rapport ta’ spezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil‑11 ta’ Jannar 2020, ir-rikorrenti talbet lir-Rappreżentant Għoli sabiex jikkonfermaha fil-funzjonijiet tagħha ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fis‑17 ta’ Jannar 2020, ir-rikorrenti bagħtet talba għal assistenza lid-Direttriċi tar-Riżorsi Umani tas-SEAE (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>talba għal assistenza<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>) ibbażata fuq l-Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Regolamenti tal-Persunal<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), intiża għall-ftuħ ta’ investigazzjoni amministrattiva minħabba li hija kienet vittma ta’ fastidju psikoloġiku min-naħa tas-superjuri ġerarkiċi tagħha, b’mod partikolari tad-Direttur Ġenerali Afrika u l-Kap tad-Diviżjoni tal-Afrika Awstrali u tal-Oċean Indjan (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Kap ta’ Diviżjoni Afrika 2<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Fid‑29 ta’ Jannar 2020, ir-rikorrenti rċeviet il-verżjoni finali tar-rapport ta’ spezzjoni <HT TYPE="ITALIC">ad hoc</HT> (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>rapport finali ta’ spezzjoni<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Fit‑22 ta’ Marzu 2020, ir-rikorrenti ġiet awtorizzata titlaq mill-post ta’ assenjazzjoni tagħha u tmur lura l-Belġju għal raġunijiet mediċi u tal-familja. Mill-istess data, hija sussegwentement tqiegħdet fuq leave tal-mard u fuq leave annwali sal‑1 ta’ Settembru 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Fit‑30 ta’ Marzu 2020, ir-rikorrenti bagħtet informazzjoni addizzjonali lid-Direttorat tar-Riżorsi Umani tas-SEAE sabiex tikkompleta t-talba għal assistenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tal‑10 ta’ April 2020, ir-Rappreżentant Għoli adotta l-ewwel deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha huwa assenja mill-ġdid lir-rikorrenti għal kariga mhux maniġerjali fis-sede tas-SEAE b’effett mill‑1 ta’ Mejju 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz ta’ deċiżjoni tat‑30 ta’ April 2020, ir-rikorrenti ġiet assenjata lid-Direttorat tal-Affarijiet Ekonomiċi u Ġenerali tas-SEAE mill‑1 ta’ Mejju 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fit‑12 ta’ Mejju 2020, id-Direttur tar-Riżorsi Umani tas-SEAE adottat it-tieni deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha ċaħdet it-talba għal assistenza.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Fl‑10 ta’ Lulju 2020, ir-rikorrenti, minn naħa, ressqet ilment taħt l-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja u d-deċiżjonijiet imsemmija iktar ’il fuq tal‑10 ta’ April, tat‑30 ta’ April u tat‑12 ta’ Mejju 2020 u, min-naħa l-oħra, talbet il-kumpens, fl-ammont ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">60000</FT>, għad-dannu morali li hija ġarrbet kif ukoll ir-rimbors tal-ispejjeż u tal-onorarji tal-avukat tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fl‑4 ta’ Novembru 2020, l-Awtorità tal-Ħatra ċaħdet l-ilment (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>deċiżjoni ta’ ċaħda tal-ilment<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">It‑talbiet tal‑partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla d-deċiżjonijiet ikkontestati kif ukoll, sussidjarjament, ir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja u, jekk ikun meħtieġ, id-deċiżjoni li tiċħad l-ilment;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE sabiex jagħtiha kumpens għad-danni finanzjarji u morali allegatament imġarrba;</P></ITEM><ITEM><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tirtira mill-proċedura<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> l-annessi D.2, D.3 u D.4 tal-kontroreplika;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Is-SEAE jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id‑dritt</HT></P></TI><STI><P>[<HT TYPE="ITALIC">ommissis</HT>]</P></STI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑talbiet intiżi għall‑annullament tar‑rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Għandu jitfakkar li l-ammissibbiltà tar-rikors hija motiv ta’ ordni pubbliku li għandu jitqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> mill-Qorti Ġenerali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑5 ta’ Marzu 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Credito Fondiario vs BUR</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑69/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:178">EU:C:2020:178</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-eżistenza ta’ att li jikkawża preġudizzju fis-sens tal-Artikolu 90(2) u tal-Artikolu 91(1) tar-Regolamenti tal-Persunal hija kundizzjoni indispensabbli għall-ammissibbiltà ta’ kull rikors ippreżentat mill-uffiċjali kontra l-att tal-istituzzjoni li taħtha jaqgħu. Skont ġurisprudenza stabbilita, huma biss il-miżuri li joħolqu effetti legali vinkolanti ta’ natura li taffettwa direttament u immedjatament l-interessi tar-rikorrent, billi jibdlu b’mod serju s-sitwazzjoni legali tiegħu, li jistgħu jkunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑14 ta’ Diċembru 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Martinez De Prins <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs SEAE</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑575/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:911">EU:T:2017:911</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn ġurisprudenza stabbilita sew dwar l-ammissibbiltà tar-rikorsi għal annullament jirriżulta li għandha tingħata importanza lis-sustanza nnifisha tal-atti kkontestati kif ukoll lill-intenzjoni tal-awturi tagħhom sabiex dawn l-atti jiġu kklassifikati. F’dan ir-rigward, bħala prinċipju, jikkostitwixxu atti li jistgħu jiġu kkontestati l-miżuri li jistabbilixxu b’mod definittiv il-pożizzjoni ta’ istituzzjoni, ta’ korp jew ta’ organu tal-Unjoni fi tmiem proċedura amministrattiva u li jkunu intiżi li jipproduċu effetti legali vinkolanti li jaffettwaw l-interessi tar-rikorrent, bl-esklużjoni, b’mod partikolari, tal-miżuri intermedjarji li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali, li ma għandhomx tali effetti, kif ukoll atti purament konfermatorji ta’ att preċedenti li ma jkunx ġie kkontestat qabel l-iskadenza tat-termini previsti (ara s-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>SATCEN vs KF</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑14/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:492">EU:C:2020:492</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel, ir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja li tiegħu r-rikorrenti titlob l-annullament huwa rregolat mid-Deċiżjoni 5028/2 (ara l-punt 4 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 5028/2, il-persuni maħtura għall-ewwel darba f’funzjonijiet maniġerjali intermedji huma suġġetti għal perijodu ta’ prova maniġerjali ta’ disa’ xhur, li jagħti lok, wara ħames xhur, għal rapport <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> ta’ evalwazzjoni probatorja u, xahar qabel l-iskadenza tiegħu, għal rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja. Dan il-perijodu ta’ prova jista’, f’ċirkustanzi eċċezzjonali, jiġi estiż għal tul massimu ta’ sitt xhur li fi tmiemu jiġi stabbilit rapport aħħari ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Barra minn hekk, konformement mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni 5028/2, jekk, fi tmiem il-perijodu ta’ prova (jiġifieri wara massimu ta’ ħmistax-il xahar), dan ma jagħtix eżitu pożittiv minħabba li waħda mill-kompetenzi li għandhom jiġu evalwati titqies li hija insuffiċjenti, l-Awtorità tal-Ħatra għandha tipproponi l-assenjazzjoni mill-ġdid tal-membru tal-persunal ikkonċernat f’kariga mhux maniġerjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għalhekk, mill-formulazzjoni tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni 5028/2, kif jammetti s-SEAE fit-tweġiba bil-miktub tiegħu għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, jirriżulta li rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorju li jikkonstata tal-inqas kompetenza maniġerjali waħda insuffiċjenti ma jimplikax l-adozzjoni, mill-Awtorità tal-Ħatra li tistabbilixxi dan ir-rapport, ta’ deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-uffiċjal ikkonċernat f’kariga mhux maniġerjali, iżda biss proposta, indirizzata lir-Rappreżentant Għoli bħala Awtorità tal-Ħatra kompetenti għall-assenjazzjoni mill-ġdid tal-imsemmi uffiċjal, u dan inkluż wara estensjoni tal-perijodu ta’ prova maniġerjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>It-tieni, ġie deċiż li r-raġuni wara l-perijodu ta’ prova skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sal‑31 ta’ Diċembru 2013, kienet qrib biżżejjed għal dik li tiġġustifika l-perijodu ta’ prova impost fuq il-membri tal-persunal temporanji skont l-Artikolu 14 tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg Applikabbli għall-Aġenti l-oħra tal-Unjoni, fil-verżjoni tagħhom fis-seħħ sal‑31 ta’ Diċembru 2013, b’tali mod li kien possibbli li wieħed jispira ruħu mill-ġurisprudenza relatata miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FS vs KESE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑50/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:119">EU:F:2016:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Tali prossimità teżisti wkoll fir-rigward tal-perijodu ta’ prova imposta lill-kapijiet ta’ delegazzjoni l-ġodda tas-SEAE taħt id-Deċiżjoni 5028/2. B’hekk, rapport bħar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja ma jistax jiġi pparagunat mar-rapporti annwali ta’ evalwazzjoni li huma stabbiliti tul<?PAGE NO="6"?> il-karriera ta’ uffiċjal u li jikkostitwixxu, fir-rigward tagħhom, atti li jikkawżaw preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>XH vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑511/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:291">EU:T:2020:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0133">133</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fil-fatt, ir-rapporti dwar il-perijodu ta’ prova, li l-għan tagħhom jikkonsisti fil-preparazzjoni tad-deċiżjoni tal-amministrazzjoni dwar il-ħatra bħala uffiċjal permanenti tal-persuna kkonċernata fi tmiem il-perijodu ta’ prova jew it-tkeċċija tagħha, għandhom bħala sempliċi għan li jħejju deċiżjoni speċifika tal-amministrazzjoni, li magħha għalhekk jintrabtu mill-qrib, u, konsegwentement, ma għandhomx in-natura ta’ atti li jikkawżaw preġudizzju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>XH vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑511/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:291">EU:T:2020:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0134">134</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Għalhekk, bl-istess mod, ir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja għandu l-uniku għan, meta jkun negattiv, li jħejji deċiżjoni speċifika tal-amministrazzjoni, jiġifieri d-deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid għal impjieg ieħor f’kariga mhux maniġerjali, li magħha dan ir-rapport huwa marbut mill-qrib.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>It-tielet, huwa minnu, kif jenfasizza s-SEAE, li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal jissuġġetta l-avvanz fl-iskala li din id-dispożizzjoni tipprevedi favur l-uffiċjali maħtura, b’mod partikolari, bħala kapijiet ta’ diviżjoni, għall-kundizzjoni li dawn l-uffiċjali jkunu wettqu l-funzjonijiet tagħhom b’mod sodisfaċenti fis-sens tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal matul l-ewwel disa’ xhur wara l-ħatra tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Madankollu, għandu jiġi rrilevat li l-avvanz eċċezzjonali fl-iskala previst fit-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal huwa applikabbli għall-uffiċjali maħtura bħala kapijiet ta’ diviżjoni, ta’ diretturi jew ta’ diretturi ġenerali, u mhux għall-membri tal-persunal tas-SEAE li, bħar-rikorrenti, jinħatru għall-ewwel darba għal funzjonijiet ta’ kapijiet ta’ delegazzjoni, li huma ddefiniti fl-Artikolu 5 tad-Deċiżjoni 2010/427/UE tas‑26 ta’ Lulju 2010 li tistabbilixxi l-organizzazzjoni u l-funzjonament tas-SEAE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="201" PAGE.FIRST="30" DATE.PUB="2010">ĠU 2010, L 201, p. 30</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-fatt li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal jagħmel riferiment għall-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal ma għandux effett fuq in-natura ta’ att preparatorju li għandu r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja tal-kapijiet ta’ delegazzjoni tas-SEAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Ir-raba’, huwa minnu wkoll li t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni 5028/2 jirreferi għall-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal billi jipprevedi li r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja għandu jiġi anness mar-rapport annwali ta’ evalwazzjoni rregolat minn din l-aħħar dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Madankollu, rapport ta’ evalwazzjoni ta’ perijodu ta’ prova maniġerjali li jinsab fil-fajl individwali ta’ uffiċjal ma jistax, bħala prinċipju, jibqa’ jipproduċi xi tip ta’ effett wara d-deċiżjoni meħuda fi tmiem dan il-perijodu ta’ prova, li fir-rigward tagħha ġie redatt u li ma kellu ebda għan ieħor ħlief li jaqdi funzjoni ta’ tħejjija (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>XH vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑511/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:291">EU:T:2020:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0136">136</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Għalhekk, rapport <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> jew finali ta’ evalwazzjoni probatorja, anki jekk jinkludi ċertu numru ta’ osservazzjonijiet dwar il-kapaċitajiet ta’ xogħol tal-uffiċjal jew tal-membru tal-persunal, la jista’, bħala prinċipju, jittieħed inkunsiderazzjoni minn kumitat ta’ promozzjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑25 ta’ Ġunju 2020, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>XH vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑511/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2020:291">EU:T:2020:291</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0137">137</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), la, kif ammetta s-SEAE waqt is-seduta, mill-Kumitat Konsultattiv dwar il-Ħatriet (iktar ’il quddiem<?PAGE NO="7"?> il- KKĦ”) previst mid-deċiżjoni PROC HR(2011) 005 tar-Rappreżentant Għoli tad‑9 ta’ Marzu 2011, u lanqas mill-Awtorità tal-Ħatra, fl-okkażjoni ta’ proċedura ġdida ta’ selezzjoni tal-kapijiet ta’ delegazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, għandu jiġi osservat li, fl-okkażjoni ta’ rikors kontra d-deċiżjoni meħuda fi tmiem il-proċedura li tikkostitwixxi l-perijodu ta’ prova maniġerjali, huwa permess li r-rikorrent jinvoka l-irregolarità tal-atti preċedenti marbuta miegħu mill-qrib u, b’mod partikolari, l-irregolaritajiet li, fil-fehma tiegħu, jaffettwaw ir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑3 ta’ Diċembru 2015, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sesma Merino vs UASI</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑127/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2015:927">EU:T:2015:927</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti kollha, għalkemm l-ewwel deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha r-rikorrenti tiġi assenjata mill-ġdid f’kariga mhux maniġerjali, sa fejn din tistabbilixxi b’mod definittiv il-kariga tal-amministrazzjoni u, b’hekk, taffettwa direttament u immedjatament l-interessi tar-rikorrenti, tikkostitwixxi att li jikkawża preġudizzju lil din tal-aħħar, dan ma japplikax għar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja, li jikkostitwixxi biss att preparatorju għal din id-deċiżjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talbiet għall-annullament tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni huma inammissibbli u għandhom jiġu miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it‑talbiet intiżi għall‑annullament tal‑ewwel deċiżjoni kkontestata</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dawn il-konklużjonijiet, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, sitt motivi bbażati, l-ewwel, fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tal-Artikolu 25 tar-Regolamenti tal-Persunal, it-tieni, fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal smigħ, it-tielet, fuq ksur tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 5028/2 u tad-Deċiżjoni ADMIN (2019) 31 tas-SEAE, tal‑15 ta’ Novembru 2019, dwar l-eżerċizzju u s-subdelega tas-setgħat mogħtija lill-Awtorità tal-Ħatra u lill-ASTK (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>deċiżjoni ADMIN (2019) 31<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), ir-raba’, fuq ksur tal-Artikolu 26 tar-Regolamenti tal-Persunal, il-ħames, fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq ksur tal-Artikolu 7(1) tar-Regolamenti tal-Persunal u, is-sitt, fuq użu ħażin ta’ poter.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba u tad-dritt għal smigħ</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, l-ewwel, irregolarità fl-okkażjoni tal-konsultazzjoni tal-KKĦ, it-tieni, ksur tad-dritt għal smigħ u, it-tielet, ksur tad-dritt għal amministrazzjoni tajba.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni parti tat-tieni motiv, ibbażata fuq ksur tad-dritt għal smigħ</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ din il-parti, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, l-erba’ lmenti li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>L-ewwel, ir-rikorrenti ssostni li, bi tweġiba għall-ittra tas-Segretarju Ġenerali tas-SEAE tas‑27 ta’ Novembru 2019 li tinnotifikaha bir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja, hija ssottomettiet osservazzjonijiet li ma ngħatawx segwitu. Hija tafferma li ma kinitx f’pożizzjoni li tinfluwenza<?PAGE NO="8"?> l-proċess deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ħatra, kif jixhdu ċ-ċirkustanzi, minn naħa, li l-ewwel deċiżjoni kkontestata ma tirrigwardax l-osservazzjonijiet li hija ressqet fit‑12 ta’ Diċembru 2019 u fit‑30 ta’ Jannar 2020 u, min-naħa l-oħra, li l-imsemmija deċiżjoni b’ebda mod ma turi li l-Awtorità tal-Ħatra kienet realment eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha fid-dawl tal-osservazzjonijiet imressqa minnha fuq l-imsemmi rapport.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>It-tieni, ir-rikorrenti tqis li r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja jinkludi allegazzjonijiet suġġettivi li ma humiex issostanzjati minn dokumenti probatorji, b’tali mod li l-assenza ta’ dawn id-dokumenti bla dubju kienet ipprekludietha milli tkun f’qagħda li tieħu pożizzjoni b’mod eżawrjenti fuq il-fatti u d-dokumenti kollha li fuqhom hija bbażata l-ewwel deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>It-tielet, ir-rikorrenti tippreċiża li, konformement mad-Deċiżjoni ADMIN (2019) 31, hija kellha tinstema’ mir-Rappreżentant Għoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>Ir-raba’, ir-rikorrenti ssostni li hija ma kellhiex l-opportunità li tiddiskuti l-kontenut tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja mas-superjuri tagħha qabel ma dan ir-rapport intbagħat lilha mis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE fis‑27 ta’ Novembru 2019 – liema fatt imur kontra d-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti tal-Persunal u tal-leġiżlazzjoni interna applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikolu 41(2) tal-Karta, id-dritt għal amministrazzjoni tajba jinkludi b’mod partikolari d-dritt ta’ kull persuna li tinstema’ qabel ma tittieħed fir-rigward tagħha kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>Għalhekk, id-dritt għal smigħ jiggarantixxi lil kull persuna l-possibbiltà li tesponi, b’mod utli u effettiv, il-fehma tagħha matul il-proċedura amministrattiva u qabel l-adozzjoni ta’ kull deċiżjoni li tista’ taffettwa l-interessi tagħha negattivament (ara s-sentenza tal‑21 ta’ Ottubru 2021, Il‑<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Parlament vs UZ</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑894/19 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:863">EU:C:2021:863</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0089">89</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>B’mod partikolari, deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid ta’ uffiċjal fis-servizz f’pajjiż terz taffettwa s-sitwazzjoni amministrattiva tiegħu peress li tbiddel il-post u l-kundizzjonijiet tal-eżerċizzju tal-funzjonijiet kif ukoll in-natura tagħhom. Hija tista’ wkoll ikollha effett fuq il-karriera ta’ dan l-uffiċjal sa fejn tista’ teżerċita influwenza fuq il-perspettivi professjonali tiegħu, peress li ċerti funzjonijiet jistgħu, fuq bażi ugwali, iwasslu aħjar minn oħrajn għal promozzjoni minħabba n-natura tal-funzjonijiet eżerċitati. Barra minn hekk, hija tista’ twassal għal tnaqqis fir-remunerazzjoni tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2007, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marcuccio vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:756">EU:C:2007:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li deċiżjoni ta’ assenjazzjoni mill-ġdid kontra r-rieda tal-uffiċjal, ikkunsidrata f’kuntest ikkaratterizzat minn nuqqasijiet fil-funzjonijiet maniġerjali bħal dak inkwistjoni, jeħtieġ l-applikazzjoni tal-prinċipju tar-rispett tad-drittijiet tad-difiża, prinċipju fundamentali tad-dritt tal-Unjoni, anki fl-assenza ta’ kull leġiżlazzjoni li tirrigwarda l-proċesura inkwistjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas‑6 ta’ Diċembru 2007, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marcuccio vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:756">EU:C:2007:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Huwa fir-rigward ta’ dawn il-prinċipji li għandu jiġi eżaminat il-motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>F’dan il-każ, l-ewwel, huwa paċifiku li, permezz ta’ ittra tas‑27 ta’ Novembru 2019, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE bagħat lir-rikorrenti r-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja u informatha li, fuq il-bażi ta’ dan ir-rapport, ir-Rappreżentant Għoli kellu l-intenzjoni li jassenjaha mill-ġdid għal funzjonijiet mhux maniġerjali, fis-sede tas-SEAE, konformement mal-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni 5028/2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>Barra minn hekk, permezz ta’ din l-istess ittra, is-Segretarju Ġenerali tas-SEAE stiednet lir-rikorrenti tressaq l-osservazzjonijiet tagħha bil-miktub, sa mhux iktar tard minn erbatax-il jum, qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni definittiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>It-tieni, minbarra l-osservazzjonijiet bil-miktub, tat‑12 ta’ Diċembru 2019 u tal‑11 ta’ Jannar 2020, li r-rikorrenti bagħtet, rispettivament, lis-Segretarju Ġenerali tas-SEAE u lir-Rappreżentant Għoli, mill-proċedura jirriżulta li r-rikorrenti kellha konverżazzjoni telefonika mas-Segretarju Ġenerali fis‑17 ta’ Diċembru 2019 u li, l-għada, ir-rikorrenti bagħtitilha osservazzjonijiet bil-miktub ġodda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li r-rikorrenti kellha l-possibbiltà li tesprimi, b’mod utli u effettiv, il-fehma tagħha qabel l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni kkontestata u li tesponi l-elementi li, fl-opinjoni tagħha, kienu jiġġustifikaw li tali deċiżjoni ma tittiħidx. Għalhekk, hija ssostni b’mod żbaljat li d-dritt għal smigħ tagħha qabel l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni kkontestata nkiser.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>L-argumenti mressqa mir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali ma humiex tali li jqiegħdu din il-konklużjoni inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, ir-rikorrenti ma hijiex fondata meta ssostni li hija kellha tinstema’ mill-Awtorità tal-Ħatra qabel l-adozzjoni tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, għandu jiġi rrilevat li d-Deċiżjoni 5028/2 b’ebda mod ma timponi tali obbligu fuq l-Awtorità tal-Ħatra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, huwa minnu li ġie deċiż fil-punt 75 tas-sentenza tas‑16 ta’ Settembru 2013, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Wurster vs EIGE</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑20/12 u F‑43/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:129">EU:F:2013:129</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), fir-rigward ta’ rapport ta’ evalwazzjoni tal-kapaċitajiet maniġerjali rregolat mid-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implimentazzjoni li jikkonċernaw il-persunal maniġerjali intermedjarju tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE), li kull persuna li tkun is-suġġett ta’ rapport ta’ evalwazzjoni li jista’ jipproduċi konsegwenzi fuq il-karriera tagħha għandu jkollha l-possibbiltà li tressaq l-osservazzjonijiet tagħha qabel ma dan ir-rapport isir definittiv, u dan anki fl-assenza ta’ dispożizzjoni espliċita.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Madankollu, din il-konklużjoni kienet ibbażata fuq il-ġurisprudenza dwar ir-rapporti annwali ta’ evalwazzjoni. Peress li dawn ir-rapport jikkostitwixxu elementi li jistgħu jeżerċitaw influwenza tul il-karriera ta’ uffiċjal, huma jikkostitwixxu atti li jikkawżaw preġudizzju (ara l-punt 46 iktar ’il fuq), li ma huwiex il-każ tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja (ara l-punti 56 u 57 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>L-istess japplika għas-sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131009">9 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Wahlström vs Frontex</NAME.CASE> (<NO.CASE>F‑116/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2013:143">EU:F:2013:143</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), invokata wkoll mir-rikorrenti insostenn tal-argumenti tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punti 86 sa 88 iktar ’il fuq jirriżulta li, għalkemm id-dritt għal smigħ jiggarantixxi li kull persuna li kontriha huwa indirizzat att li jikkawża preġudizzju tinstema’ qabel l-adozzjoni ta’ dan l-att, madankollu dan id-dritt ma huwiex<?PAGE NO="10"?> iggarantit lilha fir-rigward ta’ att ta’ tħejjija (ara s-sentenza tat‑22 ta’ Novembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Brahma vs Il‑Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑603/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:820">EU:T:2018:820</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> (mhux ippubblikata) u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Għalhekk, f’dan il-każ, kien suffiċjenti li r-rikorrenti nstemgħet qabel l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni kkontestata, li permezz tagħha ġie deċiż l-assenjazzjoni mill-ġdid tagħha f’kariga mhux maniġerjali, mingħajr ma l-Awtorità tal-Ħatra tista’ tiġi kkritikata li ma semgħethiex qabel l-adozzjoni tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja, li jikkostitwixxi att preparatorju għal din id-deċiżjoni (ara l-punt 56 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Tali konklużjoni hija kkorroborata mill-fatt, irrilevat fil-punti 45 u 46 iktar ’il fuq, li r-raġuni wara perijodu ta’ prova analogu għal dak impost, bħal f’dan il-każ, fuq il-kapijiet il-ġodda ta’ delegazzjoni, hija simili biżżejjed għal dik li tiġġustifika l-perijodu ta’ prova impost fuq l-uffiċjali l-ġodda b’tali mod li l-Qorti Ġenerali tispira ruħha mill-ġurisprudenza f’dan il-qasam.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn din il-ġurisprudenza dwar ir-rapporti dwar il-perijodu ta’ prova, applikabbli b’analoġija, jirriżulta li r-rispett tad-drittijiet tad-difiża tal-uffiċjal bi prova mkeċċi jimplika li dan tal-aħħar tqiegħed f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva li twassal għad-deċiżjoni ta’ tkeċċija, li jesprimi b’mod utli l-fehma tiegħu dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra adottat id-deċiżjoni tagħha. B’hekk, ladarba r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata din id-deċiżjoni jistrieħu fuq l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapport ta’ evalwazzjoni ta’ dan l-uffiċjal, id-dritt għal smigħ huwa ggarantit meta dan l-uffiċjal esprima ruħu dwar l-imsemmija evalwazzjonijiet u kellu l-possibbiltà li jieħu pożizzjoni dwar kull dokument li l-istituzzjoni għandha l-intenzjoni li tuża kontrih (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas‑6 ta’ Ġunju 2019, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bonnafous vs EACEA</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑614/17</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:381">EU:T:2019:381</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0079">79</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0080">80</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0093">93</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>F’dan il-każ, kif huwa indikat fil-punt 63 iktar ’il fuq, ir-raġunijiet li fuqhom hija bbażata l-ewwel deċiżjoni kkontestata jistrieħu fuq l-evalwazzjonijiet li jinsabu fir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja tar-rikorrenti, u huwa paċifiku li r-rikorrenti esprimiet ruħha fuq l-imsemmija evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rikorrenti tqiegħdet f’pożizzjoni, matul il-proċedura amministrattiva li wasslet għall-ewwel deċiżjoni kkontestata, li tesprimi b’mod utli l-fehma tagħha dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u taċ-ċirkustanzi li fuq il-bażi tagħhom l-Awtorità tal-Ħatra adottat id-deċiżjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, ir-rikorrenti ma tistax issostni b’mod utli li hija ma kinitx f’qagħda li tieħu pożizzjoni fuq dokumenti li huma neċessarji, fl-opinjoni tagħha, sabiex tissostanzja l-evalwazzjonijiet suġġettivi li jinsabu fir-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja, filwaqt li l-eżistenza ta’ tali dokumenti ma hijiex stabbilita u ma tirriżultax mill-annessi tal-proċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>Fit-tielet lok, ir-rikorrenti ma għandhiex raġun issostni li hija kellha tibbenefika minn laqgħa mar-Rappreżentant Għoli, peress li minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li l-iskambju li permezz tiegħu l-uffiċjal ikkonċernat għandu jitqiegħed f’pożizzjoni li jesprimi b’mod effettiv il-fehma tiegħu dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni li tista’ taffettwa b’mod negattiv l-interessi tagħha jista’ jkun orali jew bil-miktub (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑6 ta’ Diċembru 2007, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Marcuccio vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/06 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:756">EU:C:2007:756</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑6 ta’ April 2022, FC vs EUAA, <REF.DOC.ECR><NO.CASE>T‑634/19</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2022:222">EU:T:2022:222</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għalkemm id-Deċiżjoni ADMIN (2019) 31, applikabbli mis‑16 ta’ Novembru 2019, kienet tipprevedi li r-Rappreżentant Għoli kien l-awtorità kompetenti għall-adozzjoni tad-deċiżjonijiet ta’ assenjazzjoni mill-ġdid tal-kapijiet ta’ delegazzjoni fl-interess tas-servizz, mill-kliem ta’ din id-deċiżjoni ma jirriżultax li din tipprevedi l-obbligu għas-SEAE li jorganizza laqgħa bejn ir-Rappreżentant Għoli u kap ta’ delegazzjoni f’ċirkustanzi bħal dawk f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-raba’ lok, ir-rikorrenti ma għandhiex raġun issostni li l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħha ma ngħatawx segwitu, li hija ma kinitx f’pożizzjoni li tinfluwenza l-proċess deċiżjonali tal-Awtorità tal-Ħatra u li l-ewwel deċiżjoni kkontestata b’ebda mod ma turi li l-Awtorità tal-Ħatra kienet realment eżerċitat is-setgħa diskrezzjonali tagħha fid-dawl tal-osservazzjonijiet bil-miktub li hija ressqet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Fil-fatt, għalkemm ir-rispett tad-drittijiet tad-difiża u tad-dritt għal smigħ jeżiġi li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jippermettu lill-persuna kkonċernata minn att li jikkawża preġudizzju tesponi l-fehma tagħha b’mod utli, ma jistax jiġi impost fuq l-imsemmija istituzzjonijiet li jaqblu miegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas‑7 ta’ Lulju 2017, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Arbuzov vs Il‑Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑221/15</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2017:478">EU:T:2017:478</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0084">84</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas‑27 ta’ Settembru 2018, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Ezz <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑288/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2018:619">EU:T:2018:619</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0330">330</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-ewwel deċiżjoni kkontestata tirreferi espressament għall-osservazzjonijiet magħmula mir-rikorrenti fl-ittra tagħha tat‑12 ta’ Diċembru 2019. Għalkemm din id-deċiżjoni ssemmi wkoll osservazzjonijiet tar-rikorrenti tal‑1 ta’ Jannar 2020, mill-proċedura, kif jindika s-SEAE, jirriżulta li dan huwa żball tal-pinna u li r-Rappreżentant Għoli kellu l-intenzjoni li jirreferi għall-osservazzjonijiet tar-rikorrenti tal‑11 ta’ Jannar 2020.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti ma tistax tikkritika lir-Rappreżentant Għoli talli ma semmiex, fl-ewwel deċiżjoni kkontestata, l-osservazzjonijiet tat‑30 ta’ Jannar 2020 li hija kienet bagħtet lill-Kap tal-uffiċċju ta’ dan tal-aħħar bi tweġiba għall-ittra tad‑19 ta’ Diċembru 2019 tad-Direttur Ġenerali Afrika msemmija fil-punt 13 iktar ’il fuq. Fil-fatt, dawn l-osservazzjonijiet ma kinux relatati, tal-inqas b’mod dirett, mal-proċedura mibdija mis-SEAE sabiex jiġi ggarantit id-dritt għal smigħ tar-rikorrenti qabel l-adozzjoni tal-ewwel deċiżjoni kkontestata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Konsegwentement, din il-parti hija infondata u għandha tiġi miċħuda.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 11 tad-Deċiżjoni 5028/2 u tad-Deċiżjoni ADMIN (2019) 31</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Insostenn ta’ dan il-motiv, ir-rikorrenti tinvoka, essenzjalment, ħames ilmenti bbażati, l-ewwel, fuq l-irregolarità tar-rapport <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> ta’ evalwazzjoni probatorja, it-tieni, fuq in-natura anormali tal-kundizzjonijiet li fihom twettaq il-perijodu ta’ prova maniġerjali, it-tielet, fuq l-assenza ta’ għanijiet u ta’ indikaturi matul il-perijodu ta’ prova maniġerjali, ir-raba’, fuq l-irregolarità tar-rapport finali ta’ evalwazzjoni probatorja u, il-ħames, fuq il-fatt li l-ewwel deċiżjoni kkontestata kienet taqa’ taħt il-kompetenza tar-Rappreżentant Għoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Is-SEAE jikkontesta l-allegazzjonijiet tar-rikorrenti.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet ilment tat-tielet motiv, ibbażat fuq l-assenza ta’ għanijiet u ta’ indikaturi matul il-perijodu ta’ prova maniġerjali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0157"><NO.P>157</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti tilmenta dwar l-assenza ta’ segwitu regolari min-naħa tal-ġerarkija tagħha u tad-Direttorat tar-Riżorsi Umani, b’mod partikolari l-assenza ta’ ffissar ta’ għanijiet u ta’ programm ta’ azzjoni, li ċaħditha minn kull indikatur li jippermetti li titkejjel il-prestazzjonijiet tagħha u li tirrimedja n-nuqqasijiet eventwali tagħha, u dan bi ksur tal-Artikolu 11(3) u tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 11(4) tad-Deċiżjoni 5028/2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0158"><NO.P>158</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni 5028/2 jirriżulta li l-evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">interim</HT> għandha ssir fuq il-bażi ta’ dokument approvat minn qabel li jinkludi għanijiet u indikaturi ta’ prestazzjoni inekwivokabbli, marbuta ma’ kompiti jew ma’ kompetenzi maniġerjali standard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0159"><NO.P>159</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-prinċipju ta’ kontinwità tal-evalwazzjoni tal-perijodu ta’ prova maniġerjali, li huwa msemmi fl-Artikolu 11(2) tad-Deċiżjoni 5028/2, jimplika neċessarjament li l-evalwazzjoni finali għandha titwettaq fuq il-bażi tal-istess dokument li jinkludi għanijiet u indikaturi ta’ prestazzjoni inekwivokabbli minn dak li huwa stabbilit għall-evalwazzjoni <HT TYPE="ITALIC">interim</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0160"><NO.P>160</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat qabel kollox li, f’din il-kawża, is-SEAE u r-rikorrenti ma approvawx dokument formali, li jinkludi għanijiet u indikaturi ta’ prestazzjoni mhux ekwivoċi, marbuta ma’ kompiti jew ma’ kompetenzi maniġerjali standard, qabel il-perijodu ta’ prova tar-rikorrenti. F’dan ir-rigward, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 11(3) tad-Deċiżjoni 5028/2 ġie miksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0161"><NO.P>161</NO.P><TXT>L-ewwel, fir-rigward tal-iffissar tal-għanijiet, għandu jitfakkar li, skont il-ġurisprudenza, meta jeżistu regoli interni tal-istituzzjoni li jippreskrivu l-istabbiliment ta’ għanijiet għal uffiċjal fil-bidu tal-perijodu ta’ evalwazzjoni, il-ksur ta’ dawn ir-regoli għandu natura sostanzjali u jiġġustifika ċ-ċensura tal-evalwazzjoni kontenzjuża minħabba li d-deskrizzjoni tal-kariga ma kinitx suffiċjenti f’termini ta’ ffissar ta’ għanijiet (ara s-sentenza tat‑12 ta’ Mejju 2016, <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>FS vs KESE</NAME.CASE>, <NO.CASE>F‑50/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:F:2016:119">EU:F:2016:119</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0100">100</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0162"><NO.P>162</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 161 iktar ’il fuq, li tikkonċerna l-evalwazzjoni ta’ uffiċjal, għandha tiġi applikata billi jittieħed inkunsiderazzjoni l-livell ta’ responsabbiltà marbut mal-kariga li fiha dan huwa assenjat kif ukoll l-esperjenza preċedenti tal-uffiċjal maħtur f’din il-kariga. F’dan il-każ, ir-rikorrenti nħatret bħala kap ta’ delegazzjoni bil-kompitu li tiżgura r-rappreżentanza tal-Unjoni fil-pajjiż fejn hija akkreditata d-delegazzjoni, li jimplika neċessarjament, minn naħa, livell għoli ta’ responsabbiltà u, min-naħa l-oħra, kapaċità solida ta’ ġestjoni u awtonomija kbira, indipendentement mill-iffissar ta’ għanijiet konkreti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0163"><NO.P>163</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li l-funzjonijiet mogħtija lil kap ta’ delegazzjoni, li huma ddefiniti fl-Artikolu 5(2) sa (4) u (8) tad-Deċiżjoni 2010/427, ma humiex strettament paragunabbli mal-funzjonijiet maniġerjali intermedji fdati lil kap ta’ diviżjoni u li huma deskritti fl-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni 5028/2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0164"><NO.P>164</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kuntrarjament għal kap ta’ diviżjoni, il-kap ta’ delegazzjoni għandu jiżgura missjoni ta’ rappreżentanza tal-Unjoni fil-pajjiż fejn hija kkreditata d-delegazzjoni, kemm mal-awtoritajiet tal-imsemmi pajjiż kif ukoll mas-servizzi diplomatiċi tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet internazzjonali.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0165"><NO.P>165</NO.P><TXT>Barra minn hekk, is-separazzjoni, b’mod partikolari ta’ natura ġeografika, bejn l-amministrazzjoni ċentrali tas-SEAE u d-delegazzjonijiet, teħtieġ neċessarjament min-naħa ta’ kap ta’ delegazzjoni kapaċità ikbar li jeżerċita l-funzjonijiet maniġerjali tiegħu b’mod awtonomu, b’paragun ma’ kap ta’ diviżjoni li jgawdi mis-superviżjoni immedjata tal-ġerarkija tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0166"><NO.P>166</NO.P><TXT>F’dan il-każ, sabiex tinħatar bħala l-Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi, ir-rikorrenti bagħtet il-kandidatura fid-dawl, minn naħa, ta’ deskrizzjoni tal-kariga u, min-naħa l-oħra, ta’ avviż ta’ pożizzjoni vakanti, li kienu jsemmu għanijiet speċifiċi fil-qasam maniġerjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0167"><NO.P>167</NO.P><TXT>B’mod partikolari, id-dokumentazzjoni deskrittiva tal-kariga ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi kienet tinkludi, fi ħdan it-taqsima dwar il-funzjonijiet relatati ma’ dan l-impjieg, subparti relatata mal-ġestjoni tar-riżorsi umani, li kienet telenka l-missjonijiet li ġejjin: evalwazzjoni tal-prestazzjonijiet individwali tal-persunal tal-imsemmija delegazzjoni, identifikazzjoni tal-bżonnijiet ta’ taħriġ tal-persunal, eżerċizzju ta’ responsabbiltà maniġerjali fil-qasam ta’ inkompetenza professjonali, ta’ fastidju u ta’ problemi ta’ natura dixxiplinari u osservanza tal-proċeduri dwar dawn il-kwistjonijiet, eżerċizzju ta’ responsabbiltà soċjali u etika fir-rigward tal-persunal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0168"><NO.P>168</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kien jindika li l-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi kien jelenka b’mod partikolari bħala missjonijiet: li jiġu żgurati l-ġestjoni tajba tad-delegazzjoni, inkluża l-ġestjoni finanzjarja u l-applikazzjoni korretta tar-regoli eżistenti dwar is-sigurtà tal-persuni, tal-beni mobbli u immobbli u tal-informazzjoni, il-ġestjoni tal-kriżijiet u l-kontinwità tal-operazzjonijiet tal-imsemmija delegazzjoni, b’mod partikolari fil-qafas tal-kontinwità tas-servizz.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0169"><NO.P>169</NO.P><TXT>Għalhekk, kemm id-deskrizzjoni tal-kariga kif ukoll l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti li jikkonċernaw l-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi kienu jinkludu preċiżazzjonijiet dwar il-missjonijiet fdati lil dan l-impjieg fil-qasam tal-ġestjoni tar-riżorsi umani u ta’ maniġment.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0170"><NO.P>170</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għalkemm huwa minnu li d-dokumentazzjoni deskrittiva tal-kariga u avviż ta’ pożizzjoni vakanti għandhom, bħala prinċipju, għanijiet u karatteristiċi differenti minn dokument li jistabbilixxi l-għanijiet ta’ uffiċjal, ma jistax jiġi eskluż <HT TYPE="ITALIC">a priori</HT> li għanijiet maniġerjali li jistgħu jiġu stabbiliti għall-evalwazzjoni tat-twettiq ta’ perijodu ta’ prova maniġerjali ma jistgħux ikunu inklużi fid-dokumentazzjoni deskrittiva u fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti tal-impjieg li mtela mill-kap ta’ delegazzjoni suġġett għal tali perijodu ta’ prova.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0171"><NO.P>171</NO.P><TXT>Għalhekk, f’din il-kawża, hemm lok li jiġi kkonstatat li l-missjonijiet maniġerjali li jinsabu fid-deskrizzjoni tal-kariga u l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti dwar l-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi kienu ddefiniti hemmhekk b’mod suffiċjentement preċiż sabiex jiġu kkostitwiti għanijiet speċifiċi fil-kuntest tal-perijodu ta’ prova maniġerjali tar-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0172"><NO.P>172</NO.P><TXT>Barra minn hekk, peress li r-rikorrenti kienet kandidata għall-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi fid-dawl tad-deskrizzjoni tal-kariga u tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti li jikkonċernaw dan l-impjieg, hija kellha neċessarjament għarfien ta’ dawn l-għanijiet u, fid-dawl tal-applikazzjoni ta’ kandidatura tagħha, hija għandha titqies li approvathom qabel id-dħul tagħha fil-funzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0173"><NO.P>173</NO.P><TXT>Konsegwentement, hemm lok li jiġi kkonstatat, f’din il-kawża, li l-preċiżjonijiet dwar il-kompiti maniġerjali li jinsabu fid-deskrizzjoni tal-kariga u l-avviż ta’ pożizzjoni vakanti dwar l-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi setgħu servew bħala għanijiet maniġerjali fis-sens u għall-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 5028/2.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0174"><NO.P>174</NO.P><TXT>It-tieni, fir-rigward tal-iffissar minn qabel ta’ indikaturi ta’ prestazzjoni inekwivokabbli, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li mill-formulazzjoni tal-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni PROC EEAS(2011) 002, tad‑29 ta’ Novembru 2011, jirriżulta <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/><HT TYPE="ITALIC">mutatis mutandis</HT><QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> li d-dispożizzjonijiet li jinsabu, b’mod partikolari, fid-Deċiżjoni 5028/2, japplikaw għall-persunal tas-SEAE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0175"><NO.P>175</NO.P><TXT>F’dan il-każ, minn naħa, mill-kriterji ta’ selezzjoni li jinsabu fl-avviż ta’ pożizzjoni vakanti dwar l-impjieg ta’ Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi jirriżulta li l-kandidati għal dan l-impjieg kellhom jiġġustifikaw esperjenza pprovata fit-tmexxija u l-motivazzjoni tat-timijiet, b’mod partikolari f’ambjent multidixxiplinari u multikulturali, kif ukoll ta’ kompetenzi solidi fil-qasam maniġerjali, ta’ komunikazzjoni u ta’ analiżi, flimkien ma’ kapaċità ta’ ġudizzju tajba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0176"><NO.P>176</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, mill-proċess jirriżulta li, fid-data tal-ħatra tar-rikorrenti bħala Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi, id-Direttorat tar-Riżorsi Umani tas-SEAE kien ippubblika dokument li kien jistabbilixxi l-kompetenzi meħtieġa mill-karigi maniġerjali kollha tas-SEAE u li kien isemmi eżempji konkreti ta’ sitwazzjonijiet, sabiex dawn il-maniġers ikunu jistgħu jevalwaw jekk kellhomx l-erbatax-il kompetenza elenkati f’dan id-dokument u jekk kinux jeżerċitawhom b’mod effettiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0177"><NO.P>177</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, miċ-ċirkustanzi tal-kawża suġġetta għall-eżami tal-Qorti Ġenerali ma jirriżultax li r-rikorrenti talbet lis-superjuri ġerarkiċi tagħha sabiex dawn jiddefinixxu indikaturi ta’ prestazzjoni sabiex tevalwa l-kompetenzi maniġerjali tagħha fi tmiem il-perijodu ta’ prova, u dan filwaqt li d-Deċiżjoni 5028/2 tipprovdi li tali indikaturi għandhom jiġu approvati mill-uffiċjal suġġett għall-perijodu ta’ prova maniġerjali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0178"><NO.P>178</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, jidher li r-rikorrenti kellha għarfien suffiċjenti ta’ dak li kien mistenni, fil-qasam tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tagħha matul il-perijodu ta’ prova tagħha bħala Kap tad-Delegazzjoni fil-Malawi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0179"><NO.P>179</NO.P><TXT>Konsegwentement, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT><P>[<HT TYPE="ITALIC">omissis</HT>]</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Is-Seba’ Awla Estiża)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Sandra Paesen hija kkundannata għall-ispejjeż.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>da Silva Passos</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Valančius</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Reine</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Truchot</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Sampol Pucurull</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fit‑12 ta’ Ottubru 2022.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>