|
4.12.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 419/44 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10058 – Porsche/Transnet/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 419/12)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Dr. Ing. h.c. F. Porsche Aktiengesellschaft (“Porsche”, il-Ġermanja). |
|
— |
TransnetBW GmbH (“Transnet”, il-Ġermanja), |
Porsche (permezz tas-sussidjarja tagħha MHP) u Transnet għandhom l-intenzjoni li jakkwistaw kontroll konġunt skont it-tifsira tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament tal-UE dwar il-Kontroll tal-Għaqdiet fuq kumpanija li għad trid tiġi stabbilita, jiġifieri kumpanija ta’ impriża konġunta (“JVC”).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għall-Porsche: sussidjarja posseduta kollha, ikkontrollata indirettament, ta’ Volkswagen Aktiengesellschaft (“VWAG”), attiva madwar id-dinja fl-iżvilupp, il-manifattura, il-kummerċjalizzazzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri, vetturi kummerċjali ħfief, trakkijiet, karozzi tal-linja, kowċijiet, xażi għax-xarabanks u magni diżil, roti bil-mutur, kull waħda inklużi spare parts, u aċċessorji. Il-Grupp VW jinvolvi ruħu wkoll fid-distribuzzjoni tal-vetturi. |
|
— |
għal Transnet: operatur tas-sistema ta’ trażmissjoni bil-kwartieri ġenerali tiegħu fi Stuttgart, il-Ġermanja. Transnet topera parti kbira mis-sistema ta’ trażmissjoni f’Baden-Wuertemberg. Transnet hija sussidjarja kollha kemm hi proprjetà ta’ EnBW Energie Baden-Württemberg AG (“EnBW”), kumpanija integrata tal-provvista tal-enerġija bbażata fil-Ġermanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10058 – Porsche / Transnet / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika, bil-faks jew bil-posta. Int mitlub tuża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 122964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).