1972R0100 — MT — 16.02.1996 — 006.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 100/72 TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Jannar 1972

li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-iżnaturazzjoni taz-zokkor għall-għalf ta’ l-annimali

(ĠU L 012, 15.1.1972, p.15)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 2351/72 TAL-KUMMISSJONI tat-8 ta’ Novembru, 1972

  L 253

11

9.11.1972

►M2

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 2847/72 tad-29 ta’ Diċembru, 1972

  L 299

4

31.12.1972

►M3

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3475/80 tat-30 ta' Diċembru 1980

  L 363

69

31.12.1980

►M4

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 3819/85 tat-30 ta' Diċembru 1985

  L 368

25

31.12.1985

►M5

IR-REGOLAMENT TAL-KUMMISSIJONI (KE) Nru 260/96 tat-12 ta’ Frar 1996

  L 34

16

13.2.1996



NB: Din il-verżjoni konsolidata tinkludi referenzi għall-unità Ewropea ta’ kont u/jew l-eku, li mill-1 ta’ Jannar 1999 għandha tinftiehem bħala referenza għall-euro – Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3308/80 (ĠU L 345, ta’ l-20.12.1980, p. 1) u r- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1103/97 (ĠU L 162, tad-19.6.1997, p. 1).




▼B

IR-REGOLAMENT (KEE) Nru 100/72 TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-14 ta’ Jannar 1972

li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-iżnaturazzjoni taz-zokkor għall-għalf ta’ l-annimali



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill Nru 1009/78/KEE ( 1 ) tat-18 ta’ Diċembru 1967 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq fiz-zokkor, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2727/71 ( 2 ), u b’mod partikolari l-Artikoli 9(8) u 38 tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2049/69 ( 3 ) tas-17 ta’ Ottubru 1969 li jippreskrivi regoli ġenerali dwar l-iżnaturazzjoni taz-zokkor għall-għalf ta’ l-annimali, kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2863/71 ( 4 ), ma fihx aktar dispożizzjonijiet li jikkonċernaw il-qasam ta’ l-applikazzjoni taċ-ċertifikat ta’ premium għall-iżnaturazzjoni; billi r-regoli dettaljati rilevanti kienu jinstabu fir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2061/69 ( 5 ) ta’ l-20 ta’ Ottubru 1969 li jippreskrivi regoli dettaljati dwar l-iżnaturazzjoni ta’ zokkor għall-għalf ta’ l-annimali, kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 772/71 ( 6 ); billi r-Regolament (KEE) Nru 2061/69 diġà ġie emendat diversi drabi u emendi oħra importanti saru meħtieġa; billi, fl-interessi ta’ ċarezza, ir-regoli dettaljati dwar l-iżnaturazzjoni ta’ zokkor għall-għalf ta’ l-annimali għandhom għalhekk jiġu kkonsolidati f’Regolament ġdid;

Billi r-Regolament (KEE) Nru 2049/69 jipprovdi għal żewġ metodi ta’ fissar tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni, jew manjiera uniformi għall-Komunità intiera, jew permezz ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ l-offerti; billi r-regoli dettaljati għal din il-proċedura jistgħu, fil-biċċa ’l kbira, jiġu mudellati fuq id-dispożizzjonijiet li jinsabu fir-Regolament (KEE) Nru 394/70 ( 7 ) rigward sejħiet għall-offerti biex jiġu stabbiliti l-ħlasijiet lura ta’ esportazzjoni taz-zokkor;

Billi huwa meħtieġ li jiġu preskritti l-kondizzjonijiet li taħthom jista’ jinkiseb ċertifikat ta’ premium ta’ l-iżnaturazzjoni u biex jiġu speċifikati regoli amministrattivi li jikkonċernaw dan iċ-ċertifikat;

Billi, wara li jingħata kont b’mod partikolari tat-telfiet kwantitattivi sostenuti ġeneralment matul il-proċess ta’ l-iżnaturazzjoni, marġni ta’ tolleranza għandha titħalla bejn il-kwantità ta’ zokkor żnaturat u l-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat ta’ premium ta’ l-iżnaturazzjoni; billi marġni simili tista’ tintuża biex jiġi kkalkolat l-ammont tad-depożitu li għandu jiġi sekwestrat fejn parti biss mill-kwantità taz-zokkor muri fuq iċ-ċertifikat ikun ġie żnaturat;

Billi l-operat kif jixraq ta’ suq waħdieni jinħtieġ li s-suq ikun flessibbli kemm jista’ jkun; billi, għal dan il-għan disposizzjoni għandha ssir biex iċ-ċertifikat tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni jiġi trasferit jew mibdul skond formalitajiet speċifikati; billi, b’żieda, iċ-ċertifikat tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni, li jagħti d-dritt ta’ ħlas tal-premium u jinvolvi l-obbligazzjoni biex jiġi żnaturat iz-zokkor imsemmi, għandu jkun validu għal perjodu li jippermetti lill-manifatturi tat-tgħam li jagħmlu arranġamenti fit-tul;

Billi z-zokkor biss maħsub għall-għalf ta’ l-annimali huwa eliġibbli għal premium ta’ żnaturazzjoni; billi l-proċessi speċifiċi ta’ l-iżnaturazzjoni li jridu jintużaw jekk premium ta’ l-iżnaturazzjoni jrid jitħallas għandu għalhekk jiġi stabbilit; billi disposizzjoni trid issir wkoll għall-operati varji u b’mod partikolari għall-approvazzjoni minn qabel tal-postijiet li fihom tiġi effettwata l-iżnaturazzjoni;

Billi la darba zokkor żnaturat irid jintuża biss għall-għalf ta’ l-annimali, l-Istati Membri jridu jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li huwa wżat għal dan il-għan;

Billi kontrolli mwettqa fuq l-aġenti ta’ l-iżnaturazzjoni definiti f’dan ir-Regolament urew li riżultati għall-istess prodotti jistgħu xi drabi jkunu differenti minn dawk imfassla fid-definizzjonijiet; billi dawn ir-riżultati jistgħu ma jkunux strettament eżatti; billi għandu jitħalla ċertu latitudni tekniku rigward il-kontenuti minimi speċifikati;

Billi l-valur nutrittiv ta’ zokkor mhux maħdum jiddependi prinċipalment fuq il-kontenut tas-sukrosju tiegħu; billi, għalhekk, il-premium għal zokkor mhux maħdum ta’ kwalità oħra għajr il-kwalità standard għandu jiġi aġġustat fid-dawl tal-ġbir taz-zokkor imsemmi;

Billi tista’ tkun ġustifikata ekonomikament li ssir disposizzjoni għal aġġustamenti għall-premiums fejn prezzijiet taz-zokkor jinbidlu matul perjodu speċifikat;

Billi, sabiex tiġi żgurata l-konformità mad-dispożizzjonijiet dwar l-iżnaturazzjoni, il-premium għandu jitħallas biss wara l-iżnaturazzjoni tkun ġiet effettwata skond dawn id-dispożizzjonijiet; billi, sabiex tiġi evitata sorveljanza li tqum ħafna flus, m’għandhomx jitħallew ħlasijiet bil-quddiem fuq il-premiums ta’ l-iżnaturazzjoni;

Billi l-miżuri li għalihom jipprovdi dan ir-Regolament huma skond l-Opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni taz-Zokkor,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:



TITOLU I

Proċeduri tas-sejħa għall-offerti

Artikolu 1

Il-kondizzjonijiet ta’ l-istedina għall-offerti tista’ tipprovdi għal kwantità massima.

Artikolu 2

1.  Il-proċedura tas-sejħa għall-offerti għall-iffissar ta’ premiums għandha tiġi organizzata mill-aġenzija ta’ intervent xierqa.

2.  L-aġenzija ta’ l-intervent għandha tfassal stedina għall-offerti.

L-istedina għall-offerti għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. L-aġenzija ta’ l-intervent tista’ tippubblika wkoll l-istedina għall-offerti jew tippubblikaha xi mkien ieħor.

3.  Il-pubblikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej għandha sseħħ mill-inqas għaxart ijiem qabel ma jiskadi l-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-offerti.

4.  L-istedina għall-offerti għandha tindika l-kondizzjonijiet ta’ l-istedina għall-offerti u b’mod partikolari, fejn xieraq, l-ammont massimu tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni, il-kwantità minima għal kull offerta u l-kwantità massima għal kull offerta.

Artikolu 3

1.  Jekk is-sitwazzjoni fuq is-suq taz-zokkor fil-Komunità teħtieġ hekk, tista’ tinħareġ stedina permanenti għall-offerti.

Matul il-perjodu taż-żmien tal-validità ta’ l-istedina permanenti għall-offerti, stediniet parzjali għall-offerti jistgħu jinħarġu.

2.  L-istedina permanenti għall-offerti għandha tiġi ppubblikata biss għall-għan li tinħareġ. L-istedina kif ippubblikata tista’ tiġi emendata jew mibdula matul il-perjodu taż-żmien ta’ validità ta’ l-istedina permanenti għall-offerti. Għandha tiġi emendata jew sostitwita jekk il-kondizzjonijiet ta’ l-istedina għall-offerti jinbidlu matul dak il-perjodu ta’ żmien ta’ validità.

3.  Il-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-offerti għall-ewwel stedina parzjali għall-offerti għandu:

(a) jibda filjum li fih l-istedina permanenti għall-offerti tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u

(b) tiskadi fid-9.30 ta’ fil-għodu fl-ewwel jum ta’ l-Erbgħa wara l-għaxar jum li jiġi wara l-pubblikazzjoni.

4.  Il-perjodi għas-sottomissjoni ta’ l-offerti bħala risposta għat-tieni u stediniet oħra parzjali sussegwenti għall-offerti għandhom:

(a) jibdew fl-ewwel jum tax-xogħol ta’ wara d-data ta’ skadenza tal-perjodu ta’ qabel u

(b) jiskadu fid-9.30 ta’ filgħodu fil-jum ta’ l-Erbgħa tal-ġimgħa ta’ wara.

5.  Fil-każ li tinħareġ stedina permanenti għall-offerti, id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikoli li ġejjin f’dan it-Titolu għandhom jgħoddu għall-istediniet parzjali kollha għall-offerti.

Artikolu 4

1.  Dawk li jagħmlu l-offerti għandhom jew iwasslu offerti bil-miktub lill-aġenzija ta’ l-intervent li għalihom għandha tingħata rċevuta jew jindirizzaw l-offerti lill-aġenzija ta’ l-intervent permezz ta’ ittra reġistrata, telex jew telegramma.

2.  L-offerta għandha tindika:

(a) l-istedina li għandha x’taqsam magħha l-offerta;

(b) l-isem u l-indirizz ta’ min jitfa’ l-offerta;

(ċ) it-tip u l-kwantità totali taz-zokkor li jrid jiġi żnaturat;

(d) l-ammont tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni propost għal kull 100 kilogramma, fil-munita kurrenti ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-aġenzija ta’ l-intervent li lilha tkun intbagħtet l-offerta.

L-aġenziji ta’ l-intervent jistgħu jinħtieġu informazzjoni addizzjonali.

3.  Offerta għandha tkun valida biss jekk:

(a) tingħata prova qabel ma jiskadi l-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-offerti li dak li għamel l-offerti jkun iddepożita d-depożitu meħtieġ għall-offerta;

(b) tkun tinkludi dikjarazzjoni minn dak li jagħmel l-offerti li, jekk l-offerta tiegħu għal premium ta’ l-iżnaturazzjoni, minn issa ’l quddiem imsejjaħ l-“premium”, tirnexxi, huwa japplika għal ċertifikat tal-premium ta’ l-iżnaturazzjoni, minn issa ’l quddiem imsejjaħ iċ-“ċertifikat”, għall-kwantità ta’ zokkor li jrid jiġi żnaturat u jiddepożita d-depożitu meħtieġ f’dan il-każ.

4.  Offerta tista’ tistipula li tista’ tiġi trattata bħala sottomessa biss jekk l-għotja għandha x’taqsam mal-parti kollha jew parti speċifikata tal-kwantità indikata fl-offerta.

5.  Offerta li ma tintbagħatx skond id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-Artikolu, jew li jkun fiha kondizzjonijiet oħra għajr dawk indikati fl-istedina għall-offerti, m’għandhiex titqies.

6.  Ġaladarba l-offerta tkun inbagħtet ma tistax tiġi rtirata.

Artikolu 5

1.  Id-depożitu meħtieġ mill-istedina għall-offerti għandu jkun ta’ ►M5  0,73 ◄ unitajiet ta’ kontijiet għal kull 100 kg ta’ zokkor abjad jew mhux maħdum.

2.  Dak li jagħmel l-offerti jista’ jiddepożita d-depożitu jew bi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija minn impriża li tikkonforma mal-kriterji preskritti mill-Istat Membru li fih tkun ġiet sottomessa l-offerta.

Kull Stat Membru għandu jgħarraf lill-Kummissjoni bit-tipi ta’ impriżi awtorizzati biex jagħtu garanzija bħal din u bil-kriterji riferiti fis-subparagrafu preċedenti u l-Kummissjoni għandha wara dan tinforma lill-Istati Membri l-oħra.

Artikolu 6

1.  L-offerti għandhom jiġu eżaminati f’sessjoni privata mill-aġenzija ta’ l-intervent. Il-persuni preżenti waqt l-eżami għandhom jiġu marbuta b’ġurament ta’ segretezza.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiġi mgħarrfa mingħajr dewmien bl-offerti mibgħuta.

Artikolu 7

1.  Minbarra fejn tittieħed deċiżjoni biex ma ssir l-ebda għotja u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ paragrafi 2 u 3, l-għotja għandha ssir lil xi wieħed minn dawk li jagħmlu l-offerti li l-offerta tiegħu ma taqbiżx l-ammont totali tal-premium.

2.  Fejn kwantità massima tkun ġiet iffissata għall-istedina għall-offerti, l-għotja għandha tingħata lil dak li għamel l-offerta li jipproponi l-ammont l-aktar baxx tal-premium. Jekk ma jingħatax kont tal-kwantità massima kollha kemm hi minn dak li jagħmel l-offerta, l-għotjiet għandhom isiru lil dawk li jagħmlu l-offerti li l-offerti tagħhom ikun fihom it-tieni ammont l-aktar baxx tal-premium propost.

3.  Madankollu, fejn il-proċedura pprovduta fil-pararafu 2 tkun, meta tqis ċertu offerta, tikkawża li tinqabeż il-kwantità massima, l-ammont li jibqa’ biss mill-ammont massimu għandu jingħata lil dak li għamel l-offerti msemmija.

L-offerti li jipproponu l-istess premium u li, jekk il-kwantità totali li jirrappreżentaw ikunu ġew aċċettati, ikunu l-kaġun li tinqabeż il-kwantità massima għandhom jitqiesu fil-proporzjoni tal-kwantità riferita f’kull offerta.

Artikolu 8

1.  Għotja għandha:

(a) tagħti d-dritt tal-ħruġ, fir-rigward tal-kwantità li għaliha jingħata l-premium, ta’ ċertifikat li juri fost ħwejjeġ oħra il-premium speċifikat fl-offerta;

(b) tinvolvi l-obbligazzjoni li ssir applikazzjoni għal ċertifikat bħal dan, rigward dik il-kwantità, lill-aġenzija li lilha kienet mibgħuta l-offerta.

2.  Id-dritt u l-obbligi li joħorġu minn għotjiet m’għandhomx ikunu trasferibbli. Dak id-dritt għandu jiġi eżerċitat u dak l-obbligu għandu jitwettaq fi żmien tmintax-il jum wara li jkun skada l-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-offerti.

Artikolu 9

1.  L-aġenzija ta’ l-intervent għandha minnufih tgħarraf lil dawk li jagħmlu l-offerti bir-riżultat tal-parteċipazzjoni tagħhom fil-proċedura ta’ l-għoti ta’ l-offerti. L-aġenzija għandha wkoll tibgħat prospetti ta’ għotja lil dawk li jirbħu l-offerti.

2.  Il-prospetti ta’ għotja għandhom jindikaw mill-inqas:

(a) l-istedina li għandha x’taqsam magħha l-offerta;

(b) il-kwantità li dwarha l-premium jingħata;

(ċ) il-premium li jrid jitħallas għall-kwantità riferita taħt (b).

Artikolu 10

1.  Ħlief f’każijiet ta’ forza maġġuri, id-depożitu meħtieġ għall-istedina għall-offerti għandu jiġi rilaxxat biss fir-rigward tal-kwantità.

(a) li għaliha dak li għamel l-offerta:

— ma jkunx irtira l-offerta;

u

— fil-limitu taż-żmien speċifikat u wara li jikkonforma mal-kondizzjonijiet stipulati, ikun applika għal ċertifikat;

jew

(b) fir-rigward li tagħha ma tkun saret l-ebda għotja.

2.  Id-depożitu għandu jiġi rilaxxat minnufih.

3.  Fil-każijiet ta’ forza maġġuri, l-aġenzija ta’ l-intervent għandha tistabbilixxi l-miżuri meħtieġa minħabba fiċ-ċirkostanzi invokati.



TITOLU II

Ċertifikati ta’ premium ta’ żnaturazzjoni

Artikolu 11

1.  Ċertifikati jistgħu jinkisbu biss permezz ta’ applikazzjoni li trid issir qabel ma sseħħ l-iżnaturazzjoni.

2.  Malli jirċievu applikazzjoni bħal dik, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandhom joħorġu ċertifikat biss jekk:

(a) meta issir l-applikazzjoni:

— kien jgħodd premium iffissat b’mod uniformi mal-Komunità kollha; jew

— l-applikant ikun irnexxielu jirbaħ l-offerta għal premium; u

(b) tingħata prova li l-applikant ikun iddepożita depożitu ta’ żnaturazzjoni biex jiggarantixxi li żnaturazzjoni tkun sejra tiġi effettwata matul il-perjodu ta’ validità taċ-ċertifikat.

Artikolu 12

1.  L-applikazzjonijiet għall-ħruġ ta’ ċertifikati għandhom isiru bil-miktub.

2.  L-applikazzjonijiet għandhom jindikaw:

(a) l-isem u l-indirizz ta’ l-applikant;

(b) it-tip u l-kwantità totali taz-zokkor li jrid jiġi żnaturat;

(ċ) fejn xieraq, il-prospett ta’ l-għotja li għaliha tirrelata l-applikazzjoni,

L-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu iktar informazzjoni.

Artikolu 13

1.  Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti ta’ l-Istati Membri għandu jkollhom iċ-ċertifikat stampat fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

2.  Iċ-ċertifikat għandu jindika, b’mod partikolari:

(a) l-isem u l-indirizz tad-detentur titolari;

(b) il-ġurnata li fiha tkun saret l-applikazzjoni;

(ċ) it-tip u l-kwantità totali taz-zokkor li jrid jiġi żnaturat;

(d) il-kwantità minima ta’ zokkor li jrid jiġi żnaturat kull jum f’post partikolari;

(e) skond kif xieraq, u fil-munita kurrenti ta’ l-Istat Membru li joħroġ iċ-ċertifikat:

— il-premium iffissat b’mod uniformi mal-Komunità kollha għall-kwalità ta’ zokkor imsemmi u applikabbli fil-jum li fih tiġi depożitata l-applikazzjoni;

— il-premium iffissat bħala riżultat ta’ stedina għall-offerti;

(f) l-aħħar jum tal-validità taċ-ċertifikat.

3.  Iċ-ċertifikat għandu jsir mill-inqas f’żewġ kopji, kopja waħda għad-detentur titolari, l-oħra għall-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih isir.

Artikolu 14

1.  Il-ħruġ taċ-ċertifikat għandu:

(a) jagħti d-dritt għall-ħlas tal-premium muri fuq iċ-ċertifikat għall-kwantità msemmija wara l-iżnaturazzjoni;

(b) jinvolvi l-obbligu li jiġi żnaturat iz-zokkor taħt il-kondizzjonijiet preskritti fiċ-ċertifikat.

2.  Fejn il-kwantità ta’ zokkor żnaturat jaqbeż il-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat b’mhux iktar minn 2 %, għandu jitqies bħala li ġie żnaturat skond dak id-dokument.

3.  Fejn il-kwantità ta’ zokkor żnaturat m’huwiex aktar minn 2 % aktar baxx mill-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat, l-obbligazzjoni ta’ l-iżnaturazzjoni għandha titqies li tkun twettqet.

Artikolu 15

1.  L-obbligazzjoni li toħroġ miċ-ċertifikat m’għandhiex tkun trasferibbli.

Id-dritt li jinħoloq miċ-ċertifikat jista’ jiġi trasferit mid-detentur titolari matul il-perjodu tal-validità taċ-ċertifikat.

2.  Fir-rigward ta’ xi ċertifikat wieħed trasferiment jista’ jsir biss:

(a) favur persuna waħda li tirċevih;

u

(b) fir-rigward tal-kwantità totali murija fuq iċ-ċertifikat.

3.  It-trasferiment għandu jseħħ mid-data li fiha l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun ħareġ iċ-ċertifikat idaħħal fuq dak iċ-ċertifikat l-isem u l-indirizz tal-persuna li tirċievi t-trasferiment u d-data li fiha ddaħħlu, awtentikati mit-timbru ta’ l-awtorità.

Id-dettalji għandhom jitniżżlu fuq l-applikazzjoni tad-detentur titolari. Dak li jirċievi t-trasferiment ma jistax jittrasferixxi d-dritt tiegħu jew jittrasferih lura lid-detentur titolari.

Artikolu 16

1.  Iċ-ċertifikat għandu jkun validu mid-data li fiha jinħareġ sa l-aħħar tal-ħdax-il xahar li jiġu wara dak li fih ikun inħareġ. Iċ-ċertifikat għandu jitqies li jkun inħareġ fil-jum li fih tkun ġiet depożitata l-applikazzjoni ma’ l-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru msemmi.

2.  L-applikazzjonijiet għal ċertifikati riċevuti mill-awtorità jew f’wieħed mill-jiem mhux tax-xogħol tagħha jew wara l-4.00 (ta’ fil-għaxija) f’wieħed mill-jiem tax-xogħol tagħha, għandhom jitqiesu bħala li jkunu ġew depożitati fl-ewwel jum tax-xogħol li jiġi wara l-jum li fiha tkun irċevithom.

▼M3

3.  Il-limitu ta' żmien speċifikat f' dan ir-Regolament għandu jikkorispondi għall-ħin Belġjan.

▼B

Artikolu 17

1.  L-ammont tad-depożitu ta’ l-iżnaturazzjoni għandu jkun ta’ ►M5  1,46 ◄ ta’ kont għal kull 100 kg ta’ zokkor.

2.  L-applikant jista’ jiddepożita d-depożitu jew bi flus kontanti jew fil-forma ta’ garanzija minn impriża li tikkonforma mal-kriterji preskritti mill-Istat Membru li ssir it-talba għaċ-ċertifikat.

Id-dispożizzjonijiet tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 5(2) għandhom jgħoddu.

Artikolu 18

1.  Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafu 2, fejn l-obbligazzjoni għall-iżnaturazzjoni ma tkunx twettqet, id-depożitu għandu jiġi sekwestrat. L-ammont tad-depożitu li jrid jiġi sekwestrat għandu jkun ugwali għad-differenza bejn:

(a) 98 % tal-kwantità taz-zokkor murija fuq iċ-ċertifikat;

u

(b) l-kwantitajiet taz-zokkor li fil-fatt ikun ġie żnaturat.

Madankollu, fejn il-kwantità ta’ zokkor żnaturat tkun ta’ inqas minn 2 % tal-kwantità murija fuq iċ-ċertifikat, id-depożitu totali għandu jiġi sekwestrat.

2.  Fejn l-iżnaturazzjoni ma tkunx tista’ titwettaq taħt il-kondizzjonijiet preskritti fiċ-ċertifikat bħala riżultat ta’ ċirkostanzi li jitqiesu li jikkostitwixxu każ ta’ forza maġġuri u fejn tkun saret talba sabiex jitqiesu dawn iċ-ċirkostanzi, l-Istat Membru kkonċernat għandu jistabbilixxi l-miżuri meħtieġa minħabba fiċ-ċirkostanzi invokati.

3.  Id-depożitu għandu jiġi rilaxxat minnufih fejn iz-zokkor ikun ġie żnaturat taħt il-kondizzjonijiet preskritti fiċ-ċertifikat.



TITOLU III

Żnaturazzjoni

Artikolu 19

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru aġenziji kompetenzi sabiex jissorveljaw l-iżnaturazzjoni u biex jiżguraw li z-zokkor żnaturat jintuża biss għall-għalf ta’ l-annimali.

2.  L-iżnaturazzjoni għandha tiġi effettwata f’impriżi approvati mill-Istat Membru li fih twettaq l-iżnaturazzjoni.

L-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni biss lill-fabbriki li jimmanifatturaw zokkor jew tgħam kompost jew lill-imħażen doganali li fihom l-iżnaturazzjoni tista’ tiġi effettivament sorveljata.

3.  Il-kwantità minima li trid tiġi żnaturalizzata kull kull f’xi post wieħed għandha tkun ta’ 20 tunnellati metrika.

L-Istati Membri jistgħu madankollu jiffissaw kwantità minima oħra.

4.  Il-persuna kkonċernata għandha, f’ħin biżżejjed tippermetti għas-sorveljanza, tgħarraf lill-aġenzija riferita fil-paragrafu 1 bid-dettalji li ġejjin bil-miktub:

(a) ismu u l-indirizz tiegħu;

(b) it-tip u l-kwantità taz-zokkor li jrid jiġi żnaturat;

(ċ) il-post li fih tiġi effettwata l-iżnaturazzjoni;

(d) il-ħin stmat għall-iżnaturazzjoni.

L-Istati Membri jistgħu jeħtieġu iktar informazzjoni.

Artikolu 20

1.  Fejn id-detentur titolari jew il-persuna li tirċievi t-trasferiment ta’ ċertifikat ikollu l-ħsieb li jiżnatura z-zokkor fi Stat Membru ieħor li ma jkunx dak li fih inħareġ iċ-ċertifikat:

(a) għandu jirritorna ċ-ċertifikat lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li ħarġu hawnhekk iżjed ’il quddiem msejjaħ l-“l-awtorità tal-ħruġ”, u għandu jinforma lill-awtorità bil-miktub dwar il-ħsieb tiegħu;

(b) għandu japplika lill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li fih tkun sejra sseħħ l-iżnaturazzjoni, hawnhekk iżjed ’il quddiem imsejjaħ l-“awtorità li tħallas”, għal ċertifikat biex jissostitwixxi l-ewwel wieħed.

2.  Fejn japplika l-paragrafu 1:

(a) l-awtorità li toħroġ, wara li tispezzjona l-awtentiċità taċ-ċertifikat, għandha tibagħtu mingħajr dewmien lill-awtorità li tħallas;

(b) l-awtorità li tħallas għandha toħroġ ċertifikat ġdid li jkun fih għall-inqas l-informazzjoni li tidher fuq iċ-ċertifikat maħruġ mill-awtorità tal-ħruġ, u b’mod partikolari d-data li fiha tkun saret l-applikazzjoni. Madankollu, l-informazzjoni pprovduta fl-Artikolu 13(2)(d) għandha tiġi emendata kif meħtieġ mill-awtorità li tħallas u l-premium għandu jiġi espress fil-munita kurrenti ta’ l-Istat Membru li fih tinstab l-awtorità li tħallas;

(ċ) l-awtorità li tħallas għandha, malli l-kwantità ta’ zokkor msemmi jkun ġie żnaturat taħt il-kondizzjonijiet preskritti fiċ-ċertifikat, tinforma lill-awtorità tal-ħruġ sabiex id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 18 ikunu jistgħu jiġu applikati.

Artikolu 21

1.  Il-premium għandu jitħallas mill-Istat Membru li fih tkun saret l-iżnaturazzjoni.

2.  Il-premium għandu jitħallas biss jekk:

(a) iz-zokkor ġie żnaturat taħt sorveljanza f’impriża approvata minn waħda mill-proċessi elenkati fil-lista fl-Anness;

(b) il-kwantità ta’ zokkor żnaturat kull jum f’xi post wieħed kienet:

— mhux inqas minn 20 tunnellata mettika jew

— mhux inqas mill-kwantità minima ffissata mill-Istat Membru speċifikat fil-paragrafu 1.

Artikolu 22

1.  Il-premium għaz-zokkor mhux maħdum ta’ kwalità oħra għajr dik tal-kwalità standard għandha tiġi mmoltiplikata permezz ta’ koeffiċjent.

2.  Dan il-koeffiċjent għandu ugwali għall-produzzjoni ta’ zokkor mhux maħdum in kwistjoni diviża bi 92. Il-produzzjoni għandha tiġi kkalkolata skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 431/68 ( 8 ) tad-9 ta’ April 1968 li jistabbilixxi l-kwantità standard għaz-zokkor mhux maħdum u li jiffissa l-post fejn tinqasam il-fruntiera tal-Komunità fir-rigward tal-kalkolu tal-prezzijiet cif għaz-zokkor.

Artikolu 23

Jekk, bejn:

— id-depożitu ta’ applikazzjoni għall-premium, fejn il-premium huwa fissat b’mod uniformi; jew

— id-data ta’ skadenza tal-perjodu għas-sottomissjoni ta’ l-offerti, fejn il-premium huwa ffissat permezz ta’ proċedura ta’ għoti bl-offerti;

u l-iżnaturazzjoni, ikun hemm xi bidla fil-prezzijiet iffissati skond ir-Regolament Nru 1009/67/KEE, disposizzjoni tista’ ssir għall-aġġustament tal-premiums.

Artikolu 24

1.  Il-premium għandu jitħallas:

(a) l-aktar kmieni, wara li tingħata prova li z-zokkor ikun ġie żnaturat skond il-kondizzjonijiet preskritti fiċ-ċertifikat;

(b) l-aktar tard, fl-aħħar tax-xahar ta’ wara dak li fih il-prova speċifikata taħt (a) tingħata.

2.  Ħlasijiet bil-quddiem fuq il-premiums m’għandhomx ikunu permessi.



TITOLU IV

Dispożizzjonijiet ġenerali

Artikolu 25

1.  Fejn zokkor żnaturat jintbagħat minn Stat Membru għall-Stat Membru ieħor, il-prova li huwa zokkor żnaturat minn wieħed mill-proċessi speċifikati fl-Anness tista’ tingħata biss permezz ta’ sottomissjoni lill-Istat Membru tad-destinazzjoni jew ta’ dokument T2 kif ipprovdut fl-Artikolu 39 tar-Regolament (KEE) Nru 542/69 ( 9 ) jew ta’ dokument T2L kif ipprovdut fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KEE) Nru 2313/69 ( 10 ) Taqsima 31 li jkun fih, b’żieda mad-deskrizzjoni ta’ oġġetti, waħda mill-konfermi li ġejjin:

▼M2

“Denatureret sukker”

▼B

“Denaturierter Zucker”

▼M2

“Denatured sugar”

▼B

“Sucre dénaturé”

“Zucchero denaturato”

“Gedenatureerde suiker”

▼M3

“Μετουσιωμένη ζάχαρη”

▼M4

“Azúcar desnaturalizado”

“Açcacar desnaturado”

▼B

(Denatured sugar)

2.  Il-konferma ipprovduta fil-paragrafu 1 għandha tiddaħħal biss mill-awtorità kompetenti ta’ l-Istat Membru li jkun qed jesporta jekk iz-zokkor imsemmi jkun ġie żnaturat minn wieħed mill-proċessi speċifikati fil-paragrafu 1. Il-konferma għandha wkoll tindika it-tip u l-kwantità ta’ prodotti wżati biex jiżnaturaw 100 kilogramma ta’ zokkor.

Artikolu 26

L-informazzjoni dwar il-kwantitajiet meħtieġa f’dan ir-Regolament għandhom, fir-rigward taz-zokkor mhux maħdum, jittieħdu li jirreferu għall-piż tali kwali.

Artikolu 27

Ir-Regolament (KEE) Nru 2061/69 huwa b’dan imħassar.

Għandu, madankollu, ikompli jgħodd fir-rigward ta’ operati li għalihom ikun inħareġ ċertifikat matul il-perjodu ta’ validità ta’ dak ir-Regolament.

Artikolu 28

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-15 ta’ Jannar 1972

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.




ANNESS

I.   Kondizzjonijiet ġenerali

Fejn, bħala riżultat ta’ spezzjoni uffiċjali ta’ prodotti wżati fl-iżnaturazzjoni u definiti taħt III, tinstab differenza bejn ir-riżultat ta’ l-ispezzjoni u l-kontenut minimu speċifikat għas-sustanzi li jiffurmaw dawk il-prodotti, it-tolleranzi li ġejjin (latitudnijiet tekniċi) għandhom ikunu permesi:

(a) għal proteina mhux maħduma: 2 unitajiet;

(b) għal kontenut totali ta’ xaħam: 10 % tal-kontenut minimu preskritt;

(ċ) għall-kontenut ta’ ilma, kalċju u karbonat tal-kalċju: unità waħda.

II.   Proċessi ta’ Żnaturazzjoni

1.

Fejn iz-zokkor huwa maħsub għall-għalf tal-bhejjem ta’ laħam il-frat, għandu jiġi żnaturat minn taħlita omoġenja mill-inqas ma’ kull 100 kilogramma ta’ zokkor:



jew

(a)  2.5 kg ta’ għalf mill-ħut jew għalf mill-annimali u

1 kg ta’ lamtu li jintefaħ ta’ viskosità għolja;

jew

(b)  4 kg ta’ ġibs u 1 kg ta’ dqiq fenugreek.

Fejn jintuża għalf mill-ħut, il-kilogramma ta’ lamtu li jintefaħ ta’ viskosità għolja jista’ jiġi mibdul b’1 kg ta’ melħ, kemm jekk żnaturat u kemm jekk le.

2.

Fejn iz-zokkor huwa maħsub sabiex jiġi nkluż f’tgħam kompost ta’ sostituti ta’ ħalib u titwettaq spezzjoni fiżika matul il-manifattura tat-tgħam ikkonċernat, l-Istat Membru konċernat jista’, fuq l-applikazzjoni mill-persuna konċernata, iħalli li z-zokkor jiġi żnaturat minn taħlita omoġenja ta’ għall-inqas ta’ 3.75 kg ta’ melħ, kemm jekk ikun żnaturat u kemm jekk le, ma’ kull 100 kg ta’ zokkor, jekk iz-zokkor żnaturat b’dan il-mod ikun mdewweb ma’ għall-inqas 25 kg ta’ lamtu li jitefaħ u mnixxef permezz ta’ rumblar.

3.

Fejn iz-zokkor huwa maħsub għall-għalf tan-naħal, għandu jiġi żnaturat minn taħlita omoġenja ma’ kull 100 kilogrammes ta’ zokkor ta’:



jew

(a)  0.050 kg ta’ octo-acetylsucrose;

jew

(b)  0.125 kg ta’ trab tat-tewm b’ 0.050 kg ta’ trab taċ-charcoal tal-ħaxix miżjud;

▼M1

jew

(ċ)  0.250 kg ta’ ferric oxide; f’dan il-każ it-taħlita għandha turi kulur definit li jvarja minn aħmar skur għal kannella.

▼B

4.

Fejn iz-zokkor huwa maħsub għal għalf biex jinħażen f’xi fossa, għandu jiġi żnaturat:



jew

(a)  konformi ma’ paragrafu 1 (a);

jew

(b)  konformi ma’ paragrafu 1 (b); f’dan il-każ, l-4 kg ta’ ġibs jistgħu jiġu mibdula b’2 kg ta’ lamtu li jintefaħ ta’ viskosità għolja;

jew

(ċ)  bit-taħlita omoġenja ma’ kull 100 kg ta’ zokkor ta’ 25 kg ta’ melħ, żnaturat jew le, u 1.9 kg ta’ sulfat tal-ħadid u 0.01-0.03 kg ta’ blu ċar V (KEE Nru E131).

III.   Id-definizzjonijiet

Għall-għanijiet ta’ dan ir-Regolament:

1.

“għalf mill-ħut” ifisser prodott:

(a) miksub permezz ta’ tnixxif u tħin ta’ diversi tipi ta’ ħut sħiħ jew bċejjeċ ta’ ħut;

(b) b’ kontenut ta’ proteina mhux maħduma ta’ mhux inqas minn 55 % fir-rigward ta’ oġġetti b’ kontenut ta’ ilma ta’ 12 %;

(ċ) b’ kontenut totali ta’ xaħam ta’ mhux inqas minn 6 % kalkolat fuq il-bażi tal-materja niexfa;

(d) b’riħa karatteristika;

2.

“għalf mill-annimali” ifisser prodott:

(a) miksub permezz ta’ tnixxif u tħin ta’ karkassi u partijiet minn karkassi ta’ annimali ta’ l-art b’temperatura tal-ġisem relattivament għolja li jkunu għaddew minn trattament ta’ fwar taħt pressjoni għolja u li wara jista’ jitneħħilhom ix-xaħam permezz ta’ estrazzjoni;

(b) prattikament mingħajr xagħar, lanżit, rix, qrun, nagħal, ġilda jew il-kontenut ta’ l-istonku u l-intestini;

(ċ) b’kontenut ta’ proteina mhux maħduma ta’ mhux inqas minn 50 % fir-rigward ta’ oġġetti b’kontenut ta’ ilma ta’ 12 %;

(d) b’kontenut totali ta’ xaħam ta’ mhux inqas minn 6 % kalkolat fuq il-bażi tal-materja niexfa;

3.

“ġibs” ifisser prodott:

(a) li jkun fih mhux inqas minn 90 % ta’ karbonat tal-kalċju (CaCO3);

(b) li l-analiżi tiegħu juri 35 % jew aktar ta’ kalċju (Ca);

4.

“fenugreek”, trigonella phoenum graecum, ifisser prodott:

(a) b’riħa karatteristika;

(b) li jkun fih it-trigonelline;

(ċ) li l-analiżi tiegħu juri kontenut ta’ proteina mhux maħduma ta’ mhux inqas minn 25 % u ta’ kontenut totali ta’ xaħam ta’ mhux inqas minn 5 %;

5.

“lamtu li jintefaħ ta’ viskosità għolja” ifisser:

lamtu, kemm jekk immodifikat u kemm jekk le, li juri ċerti karatteristiċi minimi ta’ reżistenza għall-filtrazzjoni, li għandhom jiġu vverifikati permezz tat-test li ġej:

Ipprepata ġo tazza kbira:

99 gr ta’ zokkor abjad kristallizzat;

1 gr tal-kampjun ta’ prodott li għandu jiġi ttestjat.

Żid 200 ml ta’ ilma.

Ċaqlaq jew ħawwad it-taħlita għal tliet sigħat f’temperatura ta’ 25 °C.

Ipproċedi bit-test tal-filtrazzjoni kif ġej:

Ferra 20 ml tat-taħlita għal ġo lembut Büchner ta’ dijametru ta’ 45 mm mgħotti b’karta tal-filtru bla rmied Schleicher and Schüll (Prolabo black band) u daħħalha ġo fjaskun taħt vakwu tal-merkurju ta’ 10 ċm.

Il-volum filtrat f’żewġ minuti ma għandux jaqbeż is-6 ml.

6.

“melħ” ifisser klorat tas-sodju (NaCl);

7.

“ferric oxide” ifisser prodott li jkun fih mhux inqas minn 50 % ta’ Fe2O3, ta’ kulur minn aħmar skur sa kannella, u magħmul trab sal-grad ta’ finezza li jippermetti li 90 % jgħaddu minn ġo għarbiel b’qies tat-toqob ta’ 0.710 mm.



( 1 ) ĠU C 308, tat-18.12.1967, p. 1.

( 2 ) ĠU L 282, tat-23.12.1971, p. 8.

( 3 ) ĠU L 263, tal-21.10.1969, p. 1.

( 4 ) ĠU tal-31.12.1971, p. 1.

( 5 ) ĠU L 263, tal-21.10.1969, p. 19.

( 6 ) ĠU L 85, tal-15.4.1971, p. 18.

( 7 ) ĠU L 50, taĺ-4.3.1970, p. 1.

( 8 ) ĠU L 89, taĺ-10.4.1968, p. 3.

( 9 ) ĠU L 77, tad-29.3.1969, p. 1.

( 10 ) ĠU L 295, taĺ-24.11.1969, p. 8.