|
15.9.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 242/3 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1059/2007
ta’ l-14 ta’ Settembru 2007
li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta’ l-20 ta’ Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq fis-settur taz-zokkor (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 40(2)(d) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 39(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 952/2006 tad-29 ta’ Ġunju 2006 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 rigward l-immaniġġjar tas-suq Komunitarju fiz-zokkor u s-sistema tal-kwoti (2), jipprovdi li l-aġenziji ta’ l-intervent jistgħu jbigħu z-zokkor biss wara li tkun ġiet adottata deċiżjoni dwar dan mill-Kummissjoni. |
|
(2) |
Tali deċiżjoni ttieħdet mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1039/2006 tas-7 ta’ Lulju 2006 li jiftaħ sejħa permanenti għall-offerti għall-bejgħ mill-ġdid fis-suq Komunitarju ta’ zokkor miżmum mill-aġenziji ta’ l-intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, Spanja, l-Irlanda, l-Italja, l-Ungerija, il-Polonja, is-Slovakkja u l-Iżvezja (3). Skond dak ir-Regolament, l-offerti jistgħu jitressqu għall-aħħar darba bejn it-13 u s-26 ta’ Settembru 2007. |
|
(3) |
Huwa previst li l-ħażniet ta’ intervenzjoni taz-zokkor se jkomplu jeżistu f'ħafna mill-Istati Membri kkonċernati wara li tkun skadiet l-aħħar possibbiltà biex iressqu l-offerti. Għalhekk, sabiex iwieġbu għad-domanda kontinwa fis-suq, huwa xieraq li tinfetaħ sejħa permanenti oħra għall-offerti biex dawn il-ħażniet isiru disponibbli fis-suq Komunitarju. |
|
(4) |
Biex ikun jista' jsir tqabbil tal-prezzijiet offruti għaz-zokkor ta’ kwalitajiet differenti, il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor ta’ kwalità standard kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006. |
|
(5) |
Skond l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, huwa xieraq li tiġi ffissata kwantità minima għal kull wieħed li jressaq offerta jew għal kull lott. |
|
(6) |
Sabiex titqies is-sitwazzjoni fis-suq tal-Komunità, il-Kummissjoni għandha tiffissa prezz minimu għall-bejgħ għal kull sejħa parzjali għall-offerti. |
|
(7) |
Il-prezz minimu tal-bejgħ jirreferi għaz-zokkor ta’ kwalità standard. Għandu jkun hemm dispożizzjoni biex taġġusta l-prezz tal-bejgħ. |
|
(8) |
L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom jikkomunikaw l-offerti lill-Kummissjoni. Min ikun tefa’ l-offerta għandu jibqa’ anonimu. |
|
(9) |
Sabiex jiġi żgurat immaniġġjar kif suppost taz-zokkor maħżun, għandha ssir dispożizzjoni biex ikun hemm komunikazzjoni mill-Istati Membri dwar il-kwantitajiet li ġew mibjugħa fil-verità. |
|
(10) |
It-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 jipprovdi li r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1262/2001 (4) ikompli japplika għaz-zokkor li ġie aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006. Madankollu, għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent, din id-distinzjoni mhijiex neċessarja u jekk tiġi implimentata toħloq diffikultajiet amministrattivi għall-Istati Membri. Għaldaqstant, jixraq li l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1262/2001 tiġi eskluża mill-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor ta’ intervent. |
|
(11) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma f’konformità ma’ l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għaz-Zokkor, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-aġenziji ta’ intervent tal-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, Spanja, l-Italja, l-Ungerija, is-Slovakkja u l-Iżvezja għandhom joffru għall-bejgħ, permezz ta’ sejħa permanenti għall-offerti fis-suq intern Komunitarju, kwantità totali massima ta’ 601 981 tunnellati ta’ zokkor li ġie aċċettat għall-intervent u huwa disponibbli għall-bejgħ fis-suq Komunitarju.
Il-kwantitajiet massimi allokati lil kull Stat Membru huma stabbiliti fl-Anness I.
Artikolu 2
1. Il-perjodu li fih jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bħala tweġiba għall-ewwel sejħa għall-offerti parzjali għandu jibda fl-1 ta’ Ottubru 2007 u jintemm fl-10 ta’ Ottubru 2007 fit-15.00, ħin ta’ Brussell.
Il-perjodi li fihom jistgħu jitressqu s-sejħiet għall-offerti bi tweġiba għat-tieni sejħa parzjali u għas-sejħiet parzjali sussegwenti għandhom jibdew fl-ewwel jum ta’ xogħol wara li jintemm il-perjodu preċedenti. Dawn għandhom jintemmu fit-15.00, ħin ta’ Brussell, nhar:
|
— |
l-24 ta’ Ottubru 2007, |
|
— |
is-7 u l-21 ta’ Novembru 2007, |
|
— |
il-5 u d-19 ta’ Diċembru 2007, |
|
— |
id-9 u t-30 ta’ Jannar 2008, |
|
— |
it-13 u s-27 ta’ Frar 2008, |
|
— |
it-12 u s-26 ta’ Marzu 2008, |
|
— |
id-9 u t-23 ta’ April 2008, |
|
— |
is-7 u t-28 ta’ Mejju 2008, |
|
— |
il-11 u l-25 ta’ Ġunju 2008, |
|
— |
id-9 u t-23 ta’ Lulju 2008, |
|
— |
is-6 u s-27 ta’ Awwissu 2008, |
|
— |
l-10 u l-24 ta’ Settembru 2008. |
2. Il-prezz offrut għandu jirreferi għaz-zokkor abjad u z-zokkor mhux raffinat ta’ kwalità standard kif iddefinit fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
3. Il-kwantità minima ta’ l-offerta għal kull lott skond l-Artikolu 42(2)(c) tar-Regolament (KE) Nru 952/2006 għandha tkun ta’ 250 tunnellata sakemm il-kwantità disponibbli għal dak il-lott tkun anqas minn 250 tunnellata. F'tali każijiet, għandha tiġi offruta l-kwantità disponibbli.
4. L-offerti se jitressqu ma’ l-aġenziji ta’ intervent li għandhom iz-zokkor kif stabbilit fl-Anness I.
Artikolu 3
L-aġenziji ta’ intervent għandhom jikkomunikaw mal-Kummissjoni l-offerti li jkunu tressqu sa sagħtejn wara l-iskadenza għas-sottomissjoni stipolata fl-Artikolu 2(1).
L-identità ta’ min għamel l-offerta għandha tibqa’ sigrieta.
L-offerti li jitressqu għandhom jiġu kkomunikati b’mezzi elettroniċi skond il-mudell stipulat fl-Anness II.
Jekk ma tintefa’ l-ebda offerta, l-Istat Membru għandu jikkomunika dwar dan lill-Kummissjoni fl-istess limitu ta’ żmien.
Artikolu 4
1. Il-Kummissjoni għandha tiffissa l-prezz tal-bejgħ minimu għal kull Stat Membru kkonċernat, jew tiddeċiedi jekk għandhiex taċċetta l-offerti skond il-proċedura li tissemma fl-Artikolu 39(2) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006.
2. Għaz-zokkor ta’ intervent li mhuwiex ta’ kwalità standard, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw il-prezz effettiv tal-bejgħ billi japplikaw mutatis mutandis l-Artikolu 32(6) u l-Artikolu 33 rispettivament tar-Regolament (KE) Nru 952/2006.
3. Meta jirriżulta li aġġudikazzjoni bi prezz minimu skond il-paragrafu 1 twassal li l-kwantità disponibbli tinqabeż għall-Istat Membru kkonċernat, dik l-aġġudikazzjoni għandha tkun limitata għal kwantità bħal din li għadha disponibbli.
Meta l-aġġudikazzjonijiet għal Stat Membru tas-sejħiet kollha li joffru l-istess prezz jirriżultaw f’li l-kwantità tinqabeż, il-kwantità disponibbli għal dak l-Istat Membru għandha tiġi aġġudikata kif ġej:
|
(a) |
permezz ta’ diviżjoni fost min tefa' l-offerti proporzjonalment mal-kwantitajiet totali f’kull waħda mill-offerti tagħhom; jew |
|
(b) |
permezz ta’ tqassim fost min tefa’ l-offerti b’referenza għat-tunnellaġġ massimu ffissat għal kull wieħed minnhom; jew |
|
(c) |
billi tittella’ lotterija. |
4. Sa mhux aktar tard mill-ħames jum ta’ xogħol wara li l-Kummissjoni tiffissa l-prezz minimu tal-bejgħ, l-aġenziji ta’ intervent involuti għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni, fil-formola stabbilita fl-Anness III, il-kwantità eżatta mibjugħa minn sejħa parzjali għall-offerti.
Artikolu 5
B'deroga mit-tieni paragrafu ta’ l-Artikolu 59 tar-Regolament (KE) Nru 952/2006, dak ir-Regolament għandu japplika għall-bejgħ mill-ġdid, kif imsemmi fl-Artikolu 1 ta’ dan ir-Regolament, taz-zokkor aċċettat għall-intervent qabel l-10 ta’ Frar 2006.
Artikolu 6
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 14 ta’ Settembru 2007.
Għall-Kummissjoni
Mariann FISCHER BOEL
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 247/2007 (ĠU L 69, 9.3.2007, p. 3).
(2) ĠU L 178, 1.7.2006, p. 39. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 551/2007 (ĠU L 131, 23.5.2007, p. 7).
(3) ĠU L 187, 8.7.2006, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1555/2006 (ĠU L 288, 19.10.2006, p. 3).
(4) ĠU L 178, 30.6.2001, p. 48. Ir-Regolament mħassar bir-Regolament (KE) Nru 952/2006.
ANNESS I
L-Istati Membri li jżommu zokkor ta' intervent
|
L-Istat Membru |
L-Aġenzija ta’ Intervent |
Il-kwantitajiet miżmuma mill-aġenzija ta' intervent u li huma disponibbli għall-bejgħ fis-suq intern (f'tunnellati) |
||||||||
|
Il-Belġju |
|
21 409 |
||||||||
|
Ir-Repubblika Ċeka |
|
30 754 |
||||||||
|
L-Irlanda |
|
12 000 |
||||||||
|
Spanja |
|
24 084 |
||||||||
|
L-Italja |
|
322 915 |
||||||||
|
L-Ungerija |
|
100 462 |
||||||||
|
Is-Slovakkja |
|
34 000 |
||||||||
|
L-Iżvezja |
|
56 357 |
ANNESS II
Mudell għall-komunikazzjoni lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 3
Formola (*1)
Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent
Regolament (KE) Nru 1059/2007
|
1 |
2 |
3 |
4 |
5 |
|
L-Istat Membru li jbigħ iz-zokkor ta' intervent |
In-numerazzjoni ta’ l-applikanti |
In-Nru tal-lott |
Il-kwantità (t) |
Il-prezz ta’ l-offerta EUR/100 kg |
|
|
1 |
|
|
|
|
|
2 |
|
|
|
|
|
3 |
|
|
|
|
|
eċċ. |
|
|
|
(*1) Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34
ANNESS III
Mudell għan-notifika lill-Kummissjoni kif imsemmi fl-Artikolu 4(4)
Formola (*1)
Sejħa parzjali għall-offerti ta' … għall-bejgħ mill-ġdid taz-zokkor miżmum mill-aġenziji ta' intervent
Regolament (KE) Nru 1059/2007
|
1 |
2 |
|
L-Istat Membru li jbigħ iz-zokkor ta' intervent |
Il-kwantità mibjugħa fil-verità (f'tunnellati) |
|
|
|
(*1) Għandha tintbagħat bil-feks fuq in-numru li ġej: +32 2 292 10 34.