11.9.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 307/11


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9525 — EPE/OCH/Omnicare)

Każ li jista' jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 307/08)

1.   

Fl-4 ta’ Settembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Equistone Partners Europe Limited (“Equistone”, ir-Renju Unit),

—

Omnicare Holding GmbH & Co. KG (“OCH”, il-Ġermanja),

—

Omnicare Beteiligungen GmbH (“Omnicare”, il-Ġermanja).

Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwiżizzjoni tal-kontroll konġunt ta’ Omnicare, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, minn Equistone u OCH.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Equistone hija ditta ta’ investiment ta’ ekwità privata attiva fir-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja u l-Isvizzera. Il-fondi kkontrollati minn Equistone qed jinvestu f’kumpaniji minn diversi setturi tan-negozju bħalma huma l-konsumatur u l-ivvjaġġar, servizzi finanzjarji, inġinerija speċjalizzata u servizzi ta’ appoġġ;

—

Omnicare hija prinċipalment attiva: (i) fid-distribuzzjoni farmaċewtika ta’ speċjalità (prodotti farmaċewtiċi onkoloġiċi), (ii) fis-servizzi għal spiżerji li jħalltu l-mediċini, (iii) fiż-żamma tal-parteċipazzjoni f’ċerti ċentri mediċi tal-onkoloġija għall-outpatients u (iv) fil-kliniċi għall-kura ta’ diżordnijiet u mard mentali u psikosomatiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista' jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9525 — EPE/OCH/Omnicare

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.