|
25.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 46/67 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/303
tal-15 ta’ Diċembru 2021
li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1241 fir-rigward tal-miżuri biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali tal-popolazzjoni residenti tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fil-Baħar Baltiku
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 3(2)(b) tar-Regolament (UE) 2019/1241, il-miżuri tekniċi għandhom jiġu adottati biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis u fejn possibbli, l-eliminazzjoni tal-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet tal-baħar sensittivi, inklużi dawk elenkati skont id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE (2) u d-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), li jirriżultaw mis-sajd. |
|
(2) |
Id-denfil iswed (Phocoena phocoena) huwa speċi strettament protetta skont l-Anness IV tad-Direttiva 92/43/KEE, li telenka ċ-ċetaċji kollha bħala speċi ta’ interess Komunitarju li teħtieġ protezzjoni stretta, u hija elenkata fl-Anness II ta’ dik id-Direttiva bħala speċi ta’ interess Komunitarju li l-konservazzjoni tagħha teħtieġ id-deżinjazzjoni ta’ żoni speċjali ta’ konservazzjoni. |
|
(3) |
Il-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali hija ġenetikament differenti b’mod sinifikanti minn popolazzjonijiet oħra. Il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) għalhekk iqis li l-popolazzjoni resident tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali jenħtieġ li tiġi ġestita bħala unità tal-popolazzjoni separata (4) (minn hawn ’il quddiem id-“denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali ” ). |
|
(4) |
L-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 jistabbilixxi r-regoli fil-livell reġjonali fir-rigward tal-miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali ta’ speċijiet sensittivi inkluż iċ-ċetaċji, billi jingħataw dettalji dwar iż-żoni ristretti, il-perjodi u l-limitazzjonijiet tal-irkaptu. |
|
(5) |
F’konformità mal-punt 3 tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw rakkomandazzjonijiet konġunti għal miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali għat-tnaqqis ta’ qabdiet inċidentali tal-ispeċijiet sensittivi, abbażi tal-Artikolu 15 ta’ dak ir-Regolament, fejn l-evidenza xjentifika, ivvalidata mill-ICES jew l-STECF, turi l-impatti negattivi tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ispeċijiet ikkonċernati. |
|
(6) |
It-theddida serja għall-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali u l-ħtieġa li tittieħed azzjoni restorattiva ġiet rikonoxxuta mill-partijiet tal-Ftehim dwar il-konservazzjoni ta’ ċetaċji żgħar tal-Baltiku, tal-Atlantiku tal-Grigal, tal-Baħar Irlandiż u tal-Baħar tat-Tramuntana (ASCOBANS) permezz tal-adozzjoni tal-pjan ta’ rkupru għad-dniefel suwed tal-Baltiku Ċentrali (“il-pjan ta’ Jastarnia”). Dan il-pjan ġie żviluppat fl-2002 u rivedut fl-2009 u fl-2016 (5), u jiddefinixxi l-qabdiet inċidentali fis-sajd bi xbieki statiċi bħala t-theddida prinċipali għas-sopravivenza tal-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni għall-Ħarsien tal-Ambjent Marin fil-Baħar Baltiku (HELCOM) irrapportat fil-lista ħamra (6) tagħha, li l-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali fil-Baħar Baltiku naqset b’mod drammatiku matul dawn l-aħħar mitt sena u hemm indikazzjonijiet qawwija li qed tiffaċċja l-estinzjoni. |
|
(8) |
Informazzjoni ġdida dwar l-istatus tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali pprovduta mill-proġett SAMBAH fl-2016 (7) ikkwantifikat id-daqs tal-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali għal 497 individwu. |
|
(9) |
Wara talba tal-UE għal parir dwar il-miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u d-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fl-Atlantiku tal-Grigal, il-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES) ikkalkula, fil-parir tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2020 (8), il-livell ta’ qabdiet inċidentali tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali li jippermetti l-popolazzjoni tirkupra sa 50 % tal-kapaċità ta’ portata tagħha f’95 % tal-każijiet fit-tul. Dak il-livell ġie kkalkulat bħala 0,7 individwi minn qbid aċċessorju fis-sena. Sabiex jintlaħaq dan l-objettiv tal-ġestjoni, l-ICES iddikjara li s-sajd ta’ tħassib kollu għandu jingħalaq. Kwalunkwe qabda inċidentali ta’ individwu wieħed biss fis-sena tkompli żżid ir-riskju li l-popolazzjoni tiġi estinta. L-ICES iddikjara fil-parir tiegħu li, b’kont meħud tal-istorja tal-ħajja taċ-ċetaċji żgħar, kwalunkwe miżura ta’ protezzjoni tista’ tkun effettiva biss meta tiġi applikata kontinwament għal perjodu twil. |
|
(10) |
Fil-parir tiegħu tas-26 ta’ Mejju 2020, l-ICES irrakkomanda sett ta’ miżuri ta’ mitigazzjoni għall-qabdiet aċċessorji li, jekk jiġu implimentati fl-intier tagħhom, huma mistennija li jnaqqsu b’mod immedjat ir-riskju ta’ qabdiet aċċessorji tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. Dawk il-miżuri jinkludi l-għeluq tax-xatt tal-Baħar Ċentrali tat-Tramuntana għas-sajd kollu għajr għan-nases u l-konzijiet, l-għeluq ta’ ċerti siti ta’ Natura 2000 u żoni oħra għas-sajd bix-xbieki statiċi (jiġifieri parit, għażel u għażel tat-tisqif immażżrat parzjalment). Jirrakkomanda wkoll l-użu obbligatorju ta’ apparat akustiku deterrenti fuq ix-xbieki statiċi f’żoni b’okkorrenza baxxa jew potenzjalment baxxa ta’ denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. |
|
(11) |
Abbażi tal-parir tal-ICES (9), f’Diċembru 2020, id-Danimarka, il-Ġermanja, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Polonja, il-Finlandja u l-Iżvezja (il-grupp reġjonali “BALTFISH”), issottomettew rakkomandazzjoni konġunta li tipproponi miżuri ta’ mitigazzjoni biex jitnaqqsu l-qabdiet inċidentali tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. F’Settembru 2021, f’konformità mal-istess parir tal-ICES, BALTFISH issottometta rakkomandazzjoni konġunta ġdida b’miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali għas-sit ta’ Natura 2000 Sydvästskånes utsjövatten (SE0430187). |
|
(12) |
Ir-rakkomandazzjonijiet konġunti ġew ivvalutati mill-Kunsill Konsultattiv tal-Baħar Baltiku f’Ottubru 2020 u f’Lulju 2021. |
|
(13) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Diċembru 2020 mill-grupp reġjonali BALTFISH tipproponi l-għeluq tax-Xatt tal-Baħar Ċentrali tat-Tramuntana, żona ewlenija għad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali matul l-istaġun tat-tgħammir (10), għas-sajd kollu għajr għan-nases u l-konz. Din tissuġġerixxi wkoll l-għeluq tax-Xatt tal-Baħar Ċentrali tan-Nofsinhar u numru ta’ siti ta’ Natura 2000 għas-sajd bix-xbieki statiċi f’konformità mal-parir tal-ICES tas-26 ta’ Mejju 2020. Ir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Settembru 2021 tipproponi l-għeluq staġonali (mill-1 ta’ Novembru sat-30 ta’ April) għas-sajd bix-xbieki statiċi fis-sit ta’ Natura 2000 Sydvästskånes utsjövatten, identifikat mill-ICES ukoll bħala żona ta’ importanza għad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. Flimkien maż-żoni inklużi fil-parir tal-ICES, ir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Diċembru 2020, ipproponiet l-għeluq taż-żona Adler Grund og Rønne Banke (DK00VA261) bejn l-1 ta’ Novembru u l-31 ta’ Jannar, żona fejn id-dniefel suwed ġieli jkunu preżenti matul ix-xhur tax-xitwa (11). |
|
(14) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta ta’ Diċembru 2020 tkompli tipproponi l-użu obbligatorju matul is-sena kollha ta’ apparat akustiku deterrenti fi ħdan u barra mis-sit ta’ Natura 2000 Zatoka Pucka i Półwysep Helski (PLH220032), li jkopri l-Bajja ta’ Puck (il-Polonja) kollha. L-ICES illimita l-parir tiegħu għaż-żona ta’ ġo dan is-sit ta’ Natura 2000. Madankollu, l-ICES ta l-parir li jingħalaq is-sajd bix-xbieki statiċi fiż-żona tal-Lvant tas-sikka tar-ramel Ryf Mew (il-Bajja ta’ Barra ta’ Puck) minħabba probabbiltà ogħla ta’ detezzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. Ir-rakkomandazzjoni konġunta ta’ Settembru 2021 tipproponi użu staġonali obbligatorju ta’ apparat akustiku deterrenti (mill-1 ta’ Mejju sal-31 ta’ Ottubru) fuq ix-xbieki statiċi fis-sit ta’ Natura 2000 ta’ Sydvästskånes utsjövatten. Barra minn hekk, l-ICES ta l-parir li x-xbieki statiċi jiġu mgħammra b’apparat akustiku deterrenti f’żoni addizzjonali b’okkorrenza baxxa jew potenzjalment baxxa ta’ denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali, li ma tqisux f’dawn ir-rakkomandazzjonijiet konġunti. |
|
(15) |
Ir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Diċembru 2020 ġiet ivvalutata mill-Kumitat Xjentifiku, Tekniku u Ekonomiku għas-Sajd (STECF) fil-laqgħa plenarja tiegħu ta’ Marzu 2021 (12). L-STECF iddikjara li għalkemm il-miżuri proposti f’din ir-rakkomandazzjoni konġunta huma fil-biċċa l-kbira konformi ma’ dawk proposti mill-ICES, ma jimxux magħhom għalkollox. Madankollu, l-STECF ikkonkluda wkoll li jekk jiġu implimentati b’mod effettiv, dawn il-miżuri se jikkontribwixxu għat-tnaqqis ta’ qabdiet mhux intenzjonati u inċidentali tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali. Il-miżuri introdotti fir-rakkomandazzjoni konġunta ta’ Settembru 2021, f’konformità mal-parir tal-ICES, jikkontribwixxu aktar għal dak l-objettiv. |
|
(16) |
Iż-żewġ rakkomandazzjonijiet konġunti jipprevedu li l-Istati Membri għandhom jiżguraw il-kontroll tal-attività tal-bastimenti tas-sajd sabiex jiġu implimentati l-miżuri proposti. L-STECF ikkonkluda (13), fil-valutazzjoni tal-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta ta’ Diċembru 2020, li tali miżuri jistgħu jsaħħu l-akkuratezza tar-reġistrazzjoni tal-avvenimenti ta’ qabdiet aċċessorji għall-ispeċijiet protetti, fil-periklu u mhedda. |
|
(17) |
B’mod ġenerali, l-STECF iqis li l-implimentazzjoni tal-miżuri proposti fir-rakkomandazzjoni konġunta ta’ Diċembru 2020 se tikkontribwixxi għat-tnaqqis tal-qabdiet mhux intenzjonati u inċidentali tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali u jkunu pass lejn l-ilħuq tal-objettivi tar-Regolament (UE) 2019/1241. Għalhekk, jenħtieġ li l-miżuri proposti jiġu inklużi fl-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241. |
|
(18) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-Istati Membri, fir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Diċembru 2020, jimpenjaw ruħhom li jaħdmu fuq miżuri ta’ mitigazzjoni addizzjonali malajr kemm jista’ jkun, inkluż miżuri addizzjonali relatati mal-użu ta’ apparat akustiku deterrenti fuq xbieki statiċi f’żoni b’okkorrenza baxxa jew potenzjalment baxxa ta’ denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali, u se jagħmlu ħilithom biex jaqblu aktar dwar miżuri ta’ kontroll dettaljati relatati mal-kontroll tal-miżuri ta’ mitigazzjoni. Barra minn hekk, flimkien maż-żoni diġà koperti, l-Istati Membri, fir-rakkomandazzjoni konġunta sottomessa f’Settembru 2021, jimpenjaw ruħhom li jaħdmu fuq miżuri addizzjonali biex jitwaqqfu l-attivitajiet tas-sajd bix-xbieki statiċi f’żoni fejn ġew identifikati d-dniefel suwed. |
|
(19) |
Dan ir-Regolament Delegat huwa mingħajr preġudizzju għal miżuri addizzjonali għall-protezzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali li l-Kummissjoni tista’ tadotta, inkluż fil-każ ta’ raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati ma’ theddida serja għall-konservazzjoni tar-riżorsi bijoloġiċi tal-baħar jew għall-ekosistema tal-baħar skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), u miżuri nazzjonali aktar stretti li l-Istati Membri jistgħu jadottaw għal dak l-iskop fl-ilmijiet tagħhom f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 u r-Regolament (UE) 2019/1241. |
|
(20) |
Għal raġunijiet ta’ urġenza li jikkonċernaw il-ħtieġa li l-popolazzjoni tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali tiġi ssalvagwardjata b’effett immedjat, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ immedjatament. Sabiex tippermetti lis-sajjieda biżżejjed ħin biex jgħammru l-bastimenti tagħhom bl-apparat akustiku deterrenti, jenħtieġ li l-applikazzjoni tal-punt 1.1(b) fl-Anness tiġi differita, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Il-miżuri tal-punt 1.1(b) tal-Anness għandhom japplikaw minn 1 Ġunju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Diċembru 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 105.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni tal-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU L 206, 22.7.1992, p. 7).
(3) Id-Direttiva 2009/147/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Novembru 2009 dwar il-konservazzjoni tal-għasafar selvaġġi (ĠU L 20, 26.1.2010, p. 7).
(4) ICES, 2020. It-talba tal-UE dwar miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fl-Atlantiku tal-Grigal. Fir-Rapport tal-Kunsill Konsultattiv tal-ICES, 2020. Il-Parir tal-ICES 2020, http://ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2020/Special_Requests/eu.2020,04.pdf
(5) https://www.ascobans.org/sites/default/files/document/ASCOBANS_JastarniaPlan_MOP8.pdf
(6) https://www.helcom.fi/wp-content/uploads/2019/08/HELCOM-Red-List-Phocoena-phocoena.pdf
(7) NAMMCO–IMR. 2019. “Report of Joint IMR/NAMMCO International Workshop on the Status of Harbour Porpoises in the North Atlantic” (“Rapport tal-Workshop Internazzjonali Konġunt tal-IMR/NAMMCO dwar l-Istatus tad-Dniefel Suwed fl-Atlantiku tat-Tramuntana”). Rev 2020. Il-Kummissjoni tal-Mammiferi tal-Baħar tal-Atlantiku tat-Tramuntana u l-Istitut Norveġiż tar-Riċerka dwar il-Baħar, Tromsø, in-Norveġja. L-istudju SAMBAH.http://www.sambah.org/SAMBAH-Final-Report-FINAL-for-website-April-2017.pdf
(8) ICES, 2020. It-talba tal-UE dwar miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fl-Atlantiku tal-Grigal. Fir-Rapport tal-Kunsill Konsultattiv tal-ICES, 2020. Il-Parir tal-ICES 2020.
(9) ICES, 2020. It-talba tal-UE dwar miżuri ta’ emerġenza biex jiġu evitati l-qabdiet aċċessorji tad-denfil komuni (Delphinus delphis) u tad-denfil iswed tal-Baltiku Ċentrali (Phocoena phocoena) fl-Atlantiku tal-Grigal. Fir-Rapport tal-Kunsill Konsultattiv tal-ICES, 2020. Il-Parir tal-ICES 2020.
(10) https://www.ices.dk/sites/pub/Publication%20Reports/Advice/2020/Special_Requests/eu.2020,04.pdf
(11) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2850498/STECF-PLEN+21-01.pdf
(12) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2850498/STECF-PLEN+21-01.pdf
(13) https://stecf.jrc.ec.europa.eu/documents/43805/2850498/STECF-PLEN+21-01.pdf.
(14) Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, p. 22).
ANNESS
Il-Parti A tal-Anness XIII tar-Regolament (UE) 2019/1241 hija emendata kif ġej:
|
1. |
Il-Punt 1.1 huwa emendat kif ġej:
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2. |
Jiżdiedu l-punti li ġejjin:
“Xatt tal-Baħar Ċentrali tat-Tramuntana”:
Is-sit ta’ Natura 2000 “Hoburgs bank och Midsjöbankarna” (SE0330308)
“Xatt tal-Baħar Ċentrali tan-Nofsinhar” Ix-Xatt tal-Baħar Ċentrali tan-Nofsinhar huwa definit bħala l-parti Żvediża tax-Xatt tal-Baħar tan-Nofsinhar, li jkopri l-ilmijiet kollha bejn is-sit ta’ Natura 2000 Hoburgs bank och Midsjöbankarna (SE0330308) u l-fruntiera Żvediża-Pollakka. L-ilmijiet Pollakki huma delimitati bħala ż-żona fi ħdan il-koordinati li ġejjin:
Is-sit ta’ Natura 2000 “Adler Grund og Rønne Banke” (DK00VA261)
Is-sit ta’ Natura 2000 “Adlergrund” (DE1251301)
Is-sit ta’ Natura 2000 “Westliche Rönnebank” (DE1249301)
Is-sit ta’ Natura 2000 “Pommersche Bucht mit Oderbank” (DE1652301)
Is-sit ta’ Natura 2000 “Greifswalder Boddenrandschwelle und Teile der Pommerschen Bucht” (DE1749302) Iż-żona tal-baħar magħluqa minn:
Is-sit ta’ Natura 2000 “Ostoja na Zatoce Pomorskiej” (PLH990002). Iż-żona tal-baħar magħluqa minn:
Il-parti tal-baħar tas-sit ta’ Natura 2000 “Wolin i Uznam” (PLH320019) Iż-żona hija definita bħala dik iż-żona tal-baħar magħluqa billi jingħaqdu:
Is-sit ta’ Natura 2000 “Pommersche Bucht” (DE1552401) Iż-żona tal-baħar magħluqa minn linji rombu li jgħaqqdu sekwenzjalment il-koordinati li ġejjin:
Is-sit ta’ Natura 2000 “Sydvästskånes utsjövatten” (SE0430187)
(*1) L-għeżula tat-tisqif immażżrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.” " (*1) L-għeżula tat-tisqif immażżrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.” " (*1) L-għeżula tat-tisqif immażżrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.” " |
(*1) L-għeżula tat-tisqif immażżrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.” ”
(*) L-għeżula tat-tisqif immażżrati parzjalment, ikklassifikati fir-Reġistru tal-Flotta tas-Sajd tal-Kummissjoni Ewropea bħala għażel (GNS), li huma ankrati ma’ qiegħ il-baħar fuq naħa waħda, jaqgħu fid-definizzjoni ta’ xbieki statiċi.”