|
9.12.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 412/21 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
Il-Każ M.9559 – Telefónica/Prosegur/Prosegur Alarmas España
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 412/06)
1.
Fis-27 ta’ Novembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Telefónica S.A. (“Telefónica”, Spanja), |
|
— |
Prosegur Compañía de Seguridad, S.A. (“PCS”, Spanja) |
|
— |
Prosegur Alarmas España, S.L.U. (“Prosegur Alarmas”, Spanja), li tappartjeni għall-grupp ta’ PCS. |
Telefónica u PCS jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Prosgur Alarmas kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Telefónica: operatur dinji tat-telekomunikazzjonijiet u fornitur ta’ network tal-mobile, li jaħdem b’għadd ta’ ismijiet tad-ditta, inklużi Movistar, O2 u Vivo. Telefónica hija kumpanija 100 % proprjetà pubblika kkwotata fil-Borża ta’ Madrid, ta’ New York, ta’ Lima u ta’ Buenos Aires, |
|
— |
PCS: tipprovdi servizzi tas-sigurtà lil kumpaniji, djar u negozji. L-operazzjonijiet ta’ PCS huma maqsuma fi tliet linji ta’ negozju, jiġifieri l-allarmi, is-sigurtà u l-flus kontanti, |
|
— |
Prosegur Alarmas: attiva fil-provvita ta’ servizzi ta’ stallazzjoni tal-allarmi u l-konnessjoni ma’ ċentri riċevituri fi Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9559 – Telefónica/Prosegur/Prosegur Alarmas España
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles / Brussel |
|
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).