European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/5748

24.10.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12160 — LA CAISSE / MACQUARIE / RHP PARTNERS — MANAGER GP / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/5748)

1.   

Fl-10 ta’ Ottubru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Caisse de dépôt et placement du Québec (“La Caisse”, il-Kanada),

—

Macquarie Real Estate Investments Holdings (l-Amerika ta’ Fuq), Inc. (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn Macquarie Group Limited, (“Macquarie”, l-Istati Uniti),

—

RHP Partners-Manager GP, LLC (l-Istati Uniti), ikkontrollata minn RHP Partners-Manager, LLC (“RHP”, l-Istati Uniti),

—

RHP Partners VI, LP (l-“Impriża Konġunta”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

La Caisse, Macquarie u RHP se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u l-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ drittijiet kuntrattwali f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

La Caisse: hija investitur istituzzjonali fit-tul li jamministra l-fondi tad-depożitanti tiegħu, primarjament magħmula minn pjanijiet tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi minn Québec, il-Kanada,

—

Macquarie: hija korporazzjoni attiva fl-investiment fil-proprjetà immobbli fl-Amerka ta’ Fuq,

—

RHP: tippossjedi u/jew topera komunitajiet ta’ djar prefabbrikati fl-Istati Uniti.

3.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-Impriża Konġunta li għadha kif ġiet stabbilita se jkunu li ġejjin: is-sjieda u l-operat ta’ komunitajiet ta’ djar prefabbrikati, u l-kiri u l-bejgħ ta’ djar prefabbrikati f’komunitajiet bħal dawn, fl-Istati Uniti.

4.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

5.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12160 — LA CAISSE / MACQUARIE / RHP PARTNERS — MANAGER GP / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni b’email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/5748/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)