|
8.3.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 70/49 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2023/508
tat-2 ta’ Marzu 2023
li taħtar membru supplenti, propost mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 305 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/852 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (1),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Gvern Estonjan,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(3) tat-Trattat, il-Kumitat tar-Reġjuni għandu jkun kompost minn rappreżentanti tal-korpi reġjonali u lokali, li jew ikollhom mandat elettorali ta’ awtorità reġjonali jew lokali jew ikunu politikament responsabbli quddiem assemblea eletta. |
|
(2) |
Fil-25 ta’ Jannar 2021, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2021/84 (2) li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(3) |
Konsegwentement għal tmiem il-mandat nazzjonali li abbażi tiegħu ġiet proposta għall-ħatra s-Sa Varje TIPP, sar vakanti s-siġġu ta’ membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni. |
|
(4) |
Il-Gvern Estonjan ippropona lis-Sur Tiit TERIK, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali ta’ awtorità lokali, Tallinna Linnavolikogu liige (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Tallinn), bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Tiit TERIK, rappreżentant ta’ korp lokali li għandu mandat elettorali, Tallinna Linnavolikogu liige (Membru tal-Kunsill tal-Belt ta’ Tallinn), huwa b’dan maħtur bħala membru supplenti fil-Kumitat tar-Reġjuni għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-25 ta’ Jannar 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-2 ta’ Marzu 2023.
Għall-Kunsill
Il-President
E. BUSCH
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/84 tal-25 ta’ Jannar 2021 li taħtar membru u membru supplenti, proposti mir-Repubblika tal-Estonja, fil-Kumitat tar-Reġjuni (ĠU L 29, 28.1.2021, p. 25).