|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/3187 |
10.6.2025 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ Indikazzjoni Ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2025/3187)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(l-Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Oltina”
PDO-RO-A0611-AM02
Data tal-komunikazzjoni: 12.3.2025
1. Isem il-prodott
Oltina
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☒ |
Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta (DOP) |
|
☐ |
Indikazzjoni Ġeografika Protetta (IĠP) |
|
☐ |
Indikazzjoni Ġeografika (IĠ) |
3. Settur
|
☐ |
prodotti agrikoli |
|
☒ |
inbejjed |
|
☐ |
xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
Ir-Rumanija
5. Isem tal-awtoritajiet ta’ pajjiż jew tal-grupp ta’ produtturi stabbilit jew residenti f’pajjiż li jikkomunika l-emenda standard lill-Kummissjoni
L-Uffiċċju Nazzjonali għall-Prodotti tad-Dielja u l-Inbid (ONVPV), Şoseaua Iancului 49, Settur 2, 021719, Bucharest, ir-Rumanija
Tel. +40 212505097
Email: office@onvpv.ro
6. Kwalifika bħala emenda standard
Emenda standard tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li taffettwa d-dokument uniku, f’konformità mal-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) 2024/1143.
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Bidla fiż-żona ġeografika definita li tnaqqas iż-żona tal-produzzjoni
L-ispeċifikazzjoni tal-prodott ġiet emendata fir-rigward taż-żona ġeografika definita tad-DOP billi tħassret il-Muniċipalità ta’ Aliman (il-Kontea ta’ Constanța), flimkien mal-irħula ta’ Aliman, Dunăreni, Vlahii u Floriile, miż-żona definita għall-produzzjoni tal-inbid tad-DOP Oltina.
Din l-emenda hija ġġustifikata minħabba li din il-muniċipalità u l-irħula tagħha ġew inklużi fiż-żona definita tad-DOP ta’ Murfatlar mill-assoċjazzjoni tal-produtturi li tamministra dik id-DOP. Din l-azzjoni kienet iġġustifikata u motivata mill-ispjegazzjonijiet fl-ittra Ref. 1548 tat-12 ta’ Awwissu 2024 li applikat għall-emenda tal-ispeċifikazzjoni tad-DOP Murfatlar, approvata fil-livell nazzjonali bid-Deċiżjoni tal-ONVPV Nru 197 tat-2 ta’ Diċembru 2024 u sussegwentement fil-livell tal-Unjoni.
Il-Kapitolu III tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u l-punt 6 tad-dokument uniku ġew emendati.
DOKUMENT UNIKU
1. Isem/Ismijiet
Oltina
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
DOP - Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta
3. Kategoriji tal-prodotti tad-dielja kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
3.1. Kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda
|
— |
22 — XARBIET, SPIRTI U ĦALL 2204 — Inbid tal-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009 |
4. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
—
Karatteristiċi analitiċi u organolettiċi
DESKRIZZJONI QASIRA
Inbejjed bojod - kulur isfar lewn it-tiben għal isfar fl-aħdar b’aċidità tajba u b’togħma ta’ frott - frott matur sew (tuffieħ), għasel, lewż, aromi ta’ frott eżotiku (banana, ananas). Inbejjed rożè - kulur roża ċar, ġeneralment jippreservaw l-aromi tal-frott tagħhom (frott tal-foresta frisk u mhux misjur ħafna). Inbejjed ħomor - minn aħmar skur għal aħmar fil-vjola intens, xi ftit jew wisq astrinġenti, b’togħma ta’ ħaxix u b’impressjoni olfattorja li ssaħħaħ il-qawwa tagħhom, rikki fil-komposti fenoliċi, li jagħtu sensazzjoni ta’ palat qawwi; meta jimmaturaw/jitqaddmu, bi ħruxija ttondjata u b’aromi ta’ passolina, tut iżraq, bżar tal-felfel, (xi drabi vjoli), iżda wkoll frott tal-foresta.
Karatteristiċi analitiċi ġenerali
|
— |
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): 15,00 |
|
— |
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): 11,00 |
|
— |
Aċidità totali minima: 3,5 fi grammi għal kull litru espressi bħala aċidu tartariku |
|
— |
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): 1,2 |
|
— |
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): 250 |
5. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
5.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
1. Prattiki enoloġiċi
Prattiki tal-kultivazzjoni
Densità tat-tħawwil: minimu ta’ 3 500 pjanta/ha. L-irrigazzjoni hija permessa biss fi snin ta’ nixfa, b’notifika mill-ONVPV, meta l-kontenut tal-ilma fil-ħamrija f’fond ta’ 0-100 cm jonqos għal 50 % tal-intervall ta’ umdità attiva (AIH, active humidity index), billi jiġu applikati standards ta’ irrigazzjoni raġonevoli (400-600 m3/ha).
5.2. Rendimenti massimi għal kull ettaru
|
1. |
Varjetajiet Sauvignon, Fetească regală, Merlot u Syrah, kompletament misjurin meta jinħasdu 14 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
2. |
Varjetajiet Riesling italian u Crâmpoșie, kompletament misjurin meta jinħasdu 13 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
3. |
Varjetajiet Fetească albă, Chardonnay, Pinot gris, Muscat Ottonel u Burgund Mare, kompletament misjurin meta jinħasdu 12 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
4. |
Varjetajiet Cabernet Sauvignon u Pinot noir, kompletament misjurin meta jinħasdu 10 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
5. |
Varjetà Fetească neagră, kompletament misjurin meta jinħasdu 9 000 kilogramma ta’ għeneb għal kull ettaru |
|
6. |
Varjetajiet Sauvignon, Fetească regală, Merlot u Syrah, kompletament misjurin meta jinħasdu 87 ettolitru għal kull ettaru |
|
7. |
Varjetajiet Riesling italian u Crâmpoșie, kompletament misjurin meta jinħasdu 81 ettolitru għal kull ettaru |
|
8. |
Varjetajiet Fetească albă, Chardonnay, Pinot gris, Muscat Ottonel u Burgund Mare, kompletament misjurin meta jinħasdu 74 ettolitru għal kull ettaru |
|
9. |
Varjetajiet Cabernet Sauvignon u Pinot noir, kompletament misjurin meta jinħasdu 62 ettolitru għal kull ettaru |
|
10. |
Varjetà Fetească neagră, kompletament misjurin meta jinħasdu 56 ettolitru għal kull ettaru |
6. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Il-Kontea ta’ Constanța:
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Ostrov: l-irħula ta’ Ostrov, Almălău u Galiţa; |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Oltina: l-irħula ta’ Oltina, Satul Nou, Răzoarele u Strunga; |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Lipniţa: l-irħula ta’ Lipniţa, Coslugea u Canlia; |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Ion Corvin: l-irħula ta’ Ion Corvin, Viile, Crângu, Brebeni u Rariştea; |
|
— |
Il-belt ta’ Băneasa: il-belt ta’ Băneasa u l-irħula ta’ Negureni u Făurei; |
|
— |
Il-Muniċipalità ta’ Chirnogeni - ir-raħal ta’ Chirnogeni. |
7. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
Burgund Mare N - Grosser Burgunder, Blaufrankisch, Kekfrankos, Frankovka, Limberger
Cabernet Sauvignon N - Petit Vidure, Burdeos tinto
Chardonnay B - Gentil blanc, Pinot blanc Chardonnay
Crâmpoșie B
Fetească albă B - Păsărească albă, Poama fetei, Madchentraube, Leanyka, Leanka
Fetească neagră N - Schwarze Madchentraube, Poama fetei neagră, Păsărească neagră, Coada rândunicii
Fetească regală B - Konigliche Madchentraube, Konigsast, Ktralyleanka, Dănășană, Galbenă de Ardeal
Merlot N - Bigney rouge, Plant Medoc
Muscat Ottonel B - Muscat Ottonel blanc
Pinot Gris G - Affumé, Grau Burgunder, Grauburgunder, Grauer Mönch, Pinot cendré, Pinot Grigio, Ruländer
Pinot noir N - Blauer Spätburgunder, Blauer Burgunder, Burgund mic, Burgunder roter, Klävner Morillon Noir
Pinot noir N - Spätburgunder, Pinot nero
Riesling italian B - Olasz Riesling, Olaszriesling, Welschriesling
Sauvignon B - Sauvignon Blanc
Syrah N - Shiraz, Petit Syrah
8. Deskrizzjoni tar-rabta jew tar-rabtiet
Rabta maż-żona definita
Ir-reġjun tal-vitikultura jinsab fil-Lbiċ ta’ Dobrogea, fl-angolu ffurmat mid-Danubju (Balta Ialomiței) u l-fruntiera mal-Bulgarija, u tinqasam mit-Tramuntana parallela 44° 10′. Il-vinji huma miġbura madwar iċ-ċentri li ġejjin: Ostrov, Băneasa, Oltina u Aliman.
Ir-riżalt jifforma parti mill-plateau strutturali ta’ Oltina, b’altitudnijiet ta’ bejn il-130 u l-200 m, frammentat minn widien fondi bi żrieżaq inklinati u bi gradjenti ta’ 10 sa 30°. Ta’ min jinnota li l-biċċa l-kbira tal-pjantaġġuni tad-dwieli jinsabu fil-livell aktar baxx u, b’mod partikolari, fuq iż-żrieżaq tal-imbankment tad-Danubju u tal-widien torrenzjali li huma affluwenti tax-xmara. Tali żrieżaq spiss ikunu mtarrġa u jħarsu lejn it-Tramuntana, il-Grigal u l-Majjistral.
Taħt l-influwenza tal-kurrenti tal-arja, tinħoloq mikroklima ħafifa bħal tar-rebbiegħa li tiżgura l-maturazzjoni bikrija tal-għeneb matul l-istadji I u II u l-maturazzjoni bil-mod tal-varjetajiet tardivi.
L-ilma ta’ taħt l-art naqqas u waqqaf ir-rati tal-fluss jew jinsab f’fond sinifikanti. Id-Danubju u l-karatteristiċi eżistenti fiż-żona joħolqu mikroklima li tipprovdi lid-dwieli b’umdità, sħana u dawl favorevoli.
Il-klima hija dik speċifika għar-reġjun kollu, kontinentali ħafna f’termini ta’ temperatura u xita. Tm=11 °C (-1 °C f’Jannar, +22 °C f’Lulju); PM = 450-500 mm (evapotraspirazzjoni sa 650-700 mm). Riżorsi eljotermali ta’ benefiċċju: radjazzjoni solari globali - 128 kcal/cm2, durata ta’ dawl tax-xemx -2 200- 2 300 siegħa, temperaturi pożittivi totali - 4 100- 4 200 °C/sena; perjodu mingħajr ġlata - 204 ijiem fis-sena; umdità relattiva - bejn 64 % u 80 %. L-aktar temperatura baxxa hija f’Jannar, b’temperatura ta’ -30 °C, u l-ogħla hija f’Awwissu, b’madwar +40 °C.
Id-durata medja ta’ kull xahar ta’ dawl tax-xemx proprju matul il-perjodu ta’ veġetazzjoni hija bejn 187 u 315-il siegħa. It-temperatura medja ta’ kull xahar tal-arja fil-perjodu tal-veġetazzjoni tvarja bejn 10,7 u 22 °C.
Riżalt
Ir-riżalt taż-żona kkultivata bid-dwieli jikkonsisti f’għoljiet b’interfluvji mimlija għoljiet, b’altitudnijiet li jvarjaw minn 100 sa 200 m; dan jagħmilha possibbli, minħabba t-temperatura tax-xitwa, li wieħed ikabbar id-dwieli f’sistema mhux protetta jew juża forom għoljin jew semigħoljin b’fergħat ta’ riżerva fil-bażi tal-pjanta.
Il-ħamrija żonali hija moliżoli ċernożemiċi tal-plateaus (ċernożemi kannella, ċernożemi tipiċi, ċernożemi kambiċi u taflija-illuvjali, greyzems), filwaqt li l-ħamrija ażonali fuq iż-żrieżaq mittiekla ħafna hija regożoli u ħamrija mittiekla.
Is-substrat ġeoloġiku huwa rrappreżentat minn saff oħxon ta’ loess (bejn 30 u 40 m) li jkopri l-alterazzjoni ta’ blat ramli, ġebel tal-ġir u ramel terzjarju fil-parti ta’ fuq tal-pjattaforma ta’ Dobrogea f’dan is-settur.
Minħabba l-post fejn jitkabbru, li jfisser li d-dwieli jibbenefikaw minn kundizzjonijiet klimatiċi favorevoli, esponiment tajjeb, l-orjentazzjoni mit-Tramuntana għan-Nofsinhar tal-biċċa l-kbira tar-ringieli, u l-ħamrija kalkarja rikka fl-ossidi tal-ħadid, l-inbejjed li huma prodotti mill-varjetajiet tal-għeneb tal-inbid għandhom karatteristiċi strutturali partikolari, togħma u riħa speċifiċi, u firxa distinta ta’ kuluri. L-inbejjed bojod huma sofor lewn it-tiben għal ħodor fl-isfar vivaċi, filwaqt li l-inbejjed ħomor huma minn ħomor skuri għal ħomor fil-vjola intens.
It-teknoloġiji ġodda tal-vinifikazzjoni kkontrollata jenfasizzaw il-kumpless aromatiku u t-togħma tal-frott tal-inbejjed.
Il-produzzjoni taqa’ fil-limiti għall-kisba ta’ nbejjed ta’ kwalità minħabba l-post fin-Nofsinhar tal-Kontea ta’ Constanța fejn l-intensità u d-durata ta’ dawl tax-xemx, it-temperatura, ix-xita u l-ħamrija tal-ġir b’ħafna ossidi tal-ħadid jappoġġaw il-produzzjoni ta’ nbejjed strutturati, rikki f’elementi ta’ importanza primarja għall-inbejjed (kontenut ta’ zokkor, aċidità, komposti aromatiċi, komposti fenoliċi eċċ.)
Ir-riżalt għandu rwol importanti fil-kwalità tal-għeneb abjad u aħmar u ż-żrieżaq b’esponiment fil-Lvant huma favorevoli, speċjalment fiż-żona tan-nofs; matul kundizzjonijiet atmosferiċi kalmi, dan jiżgura ċirkolazzjoni bil-mod tal-arja tul iż-żrieżaq Il-pigmenti tal-antoċjanina jakkumulaw aħjar fl-għeneb ikkultivat fuq iż-żrieraq minn dawk ikkultivati fuq art ċatta.
Il-klima kontinentali eċċessiva tgħin lill-inbejjed ħomor billi żżid l-ammont ta’ enerġija radjanti pprovduta mill-forom ta’ riżalt, iżżid ir-respirazzjoni, u b’hekk tnaqqas il-proporzjon ta’ aċidi organiċi fl-għeneb u tiżgura aċidità xierqa tal-għeneb f’maturità teknoloġika.
L-inbejjed miksuba huma robusti, spiss b’zokkor residwu, xierqa għat-tqaddim, u spiss ikollhom aktar mil-livell limitu ta’ 12 % vol ta’ alkoħol.
9. Rekwiżiti oħra applikabbli
Rekwiżiti tal-kummerċjalizzazzjoni
Qafas legali:
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit addizzjonali:
Dispożizzjonijiet addizzjonali dwar it-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit:
Id-Denominazzjoni ta’ Oriġini Protetta tista’ tiġi ssupplimentata, skont l-interessi tal-produtturi, b’wieħed mill-ismijiet uniċi tal-vinji li ġejjin: OSTROV, LIPNIŢA, VIILE, DERVENT, RĂZOARE, CHIRNOGENI.
Link għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3187/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)