<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600426901.case.xml"><NO.CASE>C-254/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005J0254</NO.CELEX><NO.SEQ>0005.0002</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4290</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4306</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>17</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><LEFT>SENTENZA TAS-<DATE ISO="20070607">7.6.2007</DATE> — KAWŻA C-254/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs IL-BELĠJU</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Ir-Raba Awla)</P><P><DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING="STAR"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-kawża 0254/05,</P><P>li għandha bħala suġġett rikors għal nuqqas ta' twettiq ta' obbligu skond l-Artikolu 226 KE, imressaq fis-<DATE ISO="20050616">16 ta' Ġunju 2005</DATE>,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej,</HT> irrappreżentata minn B. Stromsky, bħala aġent, b'indirizz għan-notifika fil-Lussemburgu,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Renju tal-Belġju,</HT> irrappreżentat minn M. Wimmer, bħala aġent,</P><PARTY.STATUS>konvenut,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba Awla),</P><P>komposta minn K. Lenaerts, President ta' l-Awla, E. Juhàsz, R. Silva de Lapuerta (Relatur), G. Arestis u J. Malenovsky, Imħallfin,</P><?PAGE NO="I-4291"?><P>Avukat Ġenerali: J. Mazàk,</P><P>Reġistratur: R. Grass,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tat-<DATE ISO="20070208">8 ta Frar 2007</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL><P>tagħti l-preżenti</P></PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tiddikjara li, billi jeżiġi li s-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors li jkunu ġew legalment immanifatturati jew ikkummerċja-lizzati fi Stat Membru ieħor iżda li m'għandhomx il-marka CE:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikunu konformi ma' l-istandard Belġjan NBN S 21-100, dwar l-iddiżinjar ta sistemi ġeneralizzati ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors, tax-xahar ta' Settembru 1986, kif emendat <HT TYPE="ITALIC">mill-addendum</HT> Nru 2 tiegħu tax-xahar ta Awwissu 1996 (aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>istandard NBN S 21-100<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>),</P></ITEM><ITEM><P>ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tat-tip minn BOSEC (Belgian Organisation for Security Certification), ostaklu li hu mkabbar mill-ispejjeż sproporzjonati li tinvolvi dik l-approvazzjoni, u</P></ITEM><?PAGE NO="I-4292"?><ITEM><P>jiġu ssuġġettati għal testijiet u verifiki meta tkun qed titwettaq l-approvazzjoni tat-tip li, essenzjalment, jirduppjaw il-kontrolli li jkunu diġà saru taħt proċeduri oħra fi Stat Membru ieħor,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE.</P></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kuntest ġuridiku</P></TI></TITLE><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta' l-Ordni ta' l-Eżekuttiv tal-Komunità Franċiża, ta' l-<DATE ISO="19901224">24 ta' Diċembru 1990</DATE>, li jispeċifika r-regoli u l-proċedura sabiex jinkiseb ċertifikat ta' sigurtà għal stabbilimenti li jipprovdu l-akkomodazzjoni li kienu jeżistu fl-<DATE ISO="19910101">1 ta' Jannar 1991</DATE>, u li jistipula standards ta' sigurtà dwar il-protezzjoni min-nar speċifikament għal dawn l-istabbilimenti li jipprovdu l-akkomodazzjoni <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="19910621">21 ta' Ġunju 1991</DATE>, p. 13999, aktar 'il-quddiem, <QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>l-Ordni ta' l-<DATE ISO="19901224">24 ta' Diċembru 1990</DATE><QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>), jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>Stabbiliment li jipprovdi l-akkomodazzjoni jista jopera biss wara li jikseb ċertifikat ta' sigurtà.<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 3 ta' l-imsemmi Ordni, dan iċ-ċertifikat jinkiseb kemm-il darba jkunu ġew milħuqa l-istandards ta' sigurtà dwar il-protezzjoni min-nar, li jirrigwardaw lill-istabbilimenti li jipprovdu l-akkomodazzjoni, kif stabbiliti fl-Anness I ta' l-istess Ordni.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4293"?><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>Skond il-punt 7.4.4 ta' l-imsemmi Anness, l-installazzjoni ġeneralizzata ta' tagħmir għad-detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors għandha ssir u tkun ikkontrollata skond l-istandard NBN S 21-100 u t-tagħmir għandu jkollu ċertifikat ta' konformità ma dak l-istandard.</TXT></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 158 tad-Digriet Leġiżlattiv tar-Reġjun tal-Vallonja, tat-<DATE ISO="20031218">18 ta' Diċembru 2003</DATE>, dwar l-istabbilimenti li jipprovdu akkomodazzjoni għat-turisti <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tal-<DATE ISO="20040311">11 ta' Marzu 2004</DATE>, p. 13669), ħassar, fir-rigward tar-Reġjun tal-Vallonja, l-Ordni ta' l-<DATE ISO="19901224">24 ta' Diċembru 1990</DATE>. Id-dispożizzjonijiet ta' dak l-Ordni baqgħu japplikaw fir-rigward tar-Reġjun ta' Brussell.</TXT></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 27 ta' l-Ordni tal-Gvern tal-Vallonja, tat-<DATE ISO="19981203">3 ta' Diċembru 1998</DATE>, li jimplementa d-Digriet Leġiżlattiv tal-<DATE ISO="19970605">5 ta' Ġunju 1997</DATE> dwar djar għall-konvalex-xenti, residenzi għall-anzjani u ċentri għall-anzjani ta' matul il-ġurnata u li joħloq il-Kunsill tal-Vallonja għall-Irtirar <HT TYPE="ITALIC">(Moniteur belge</HT> tas-<DATE ISO="19990127">27 ta' Jannar 1999</DATE>, p. 2221, aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>Ordni tat-<DATE ISO="19981203">3 ta' Diċembru 1998</DATE><QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>), jistabbilixxi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>L-istandards rigward il-protezzjoni min-nar u l-paniku stabbiliti fl-Anness I għandhom japplikaw fil-konfront ta' djar għall-konvalexxenti, residenzi għall-anzjani u ċentri għall-anzjani ta' matul il-ġurnata.</P><P>[...]<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>Skond il-punt 0.5 ta' l-Anness I ta' l-Ordni tat-<DATE ISO="19981203">3 ta' Diċembru 1998</DATE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>Jekk jiġi stabbilit permezz ta' dokumenti probatorji li prodott ikun konformi mar-rekwiżit ta' dan l-Ordni skond metodi ta' testijiet u ta' klassifikazzjoni ekwivalenti<?PAGE NO="I-4294"?> fis-seħħ fi Stat Membru ieħor tal-Komunità Ekonomika Ewropea, dan il-prodott għandu jkun ikkunsidrat bħala konformi ma l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi stabbiliti fdan l-Anness.<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Il-punt 7.7.1 ta' l-imsemmi Anness jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>Sistemi ġeneralizzati ta' detezzjoni awtomatika għandhom ikunu kkontrollati skond l-istandard Belġjan NBN S 21-100 <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="2018"/>Disinn ta' sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="2019"/>. Madankollu, il-kontrolli għandhom isiru fil-konfront talpartijiet kollha tas-sistema (ditekters, exchanges, pannelli għas-sinjali minn ripetituri, servomekkaniżmi, eċċ).<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>L-istandard NBN S 21-100 jistipula r-regoli għall-iddiżinjar ta' sistemi ġeneralizzati ta detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors.</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>Il-punt 4.2 ta' dak l-istandard, intitolat <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>Deskrizzjoni<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, jgħid kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>Sistema ta' detezzjoni awtomatika tan-nar għandha prinċipalment tinkludi:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>sensuri, li jkunu sensittivi għal waħda mill-karatteristiċi speċifiċi għall-kombustjoni, imsejħa ditekters,</P></ITEM><ITEM><P>netwerk ta' wajers u kejbils ta' l-elettriku,</P></ITEM><?PAGE NO="I-4295"?><ITEM><P>pannell ta' kontroll, iddiżinjat sabiex jagħti l-allarm u juri ż-żona ta' detezzjoni u n-natura tal-problema,</P></ITEM><ITEM><P>sistemi ta' proviżjoni ta' l-elettriku.</P></ITEM></LIST><P>Dan it-tagħmir għandu jkun ta' tip li jkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet tas-CEN Ewropew jew standards Belġjani, u kemm min jinstalla t-tagħmir kif ukoll issistema għandhom ikunu ċċertifikati mill-BOSEC. Il-komponenti kollha fl-istess sistema għandhom ikunu kumpatibbli.</P><P>Ripetituri, tagħmir manwali ta' twissjia jew kull servomekkaniżmu ieħor jista' jiġi miżjud mas-sistema, kemm-il darba dawn jissodisfaw ir-rekwiżiti ta' dan l-istandard.</P><P>Id-ditekter u l-bażi tiegħu jew il-konnettur għandhom ikunu mgħammra bsinjal ottiku ta' allarm.<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>Skond il-punt 4.3.1 ta' l-istandard imsemmi, bit-titolu <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>Tipi ta' ditekters<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>Kull tip ta' ditekter għandu jkun konformi ma' l-ispeċifikazzjonijiet ta' l-istandards Belġjani.<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Il-punti 4.4.6 u 4.4.8.2 ta' l-istandard NBN S 21-100, intitolati rispettivament <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>Sorsi ta' provvista ta' l-elettriku<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/> u <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>Kejbils<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/>, jistabbilixxu rispettivament il-kwalitajiet neċessarji, minn naħa, għas-sors sekondarju tal-provvista ta' l-elettriku u, min-naħa l-oħra, għall-kejbils għas-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4296"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura prekontenzjuża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Wara li ġiet infurmata bid-diffikultajiet li kien esperjenza operatur ekonomiku Britanniku fil-kummerċjalizzazzjoni ta' sistemi ta' detezzjoni tan-nar ġewwa l-Belġju, fil-<DATE ISO="20030121">21 ta' Jannar 2003</DATE>, il-Kummissjoni bagħtet ittra ta' intimazzjoni lir-Renju tal-Belġju, sabiex dan jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-rigward tal-metodi ta' importazzjoni u kummerċjalizzazzjoni, f'dan l-Istat Membru, ta' sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom permezz ta' ittra tad-<DATE ISO="20030909">9 ta' Settembru 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat li r-Renju tal-Belġju kien naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE, il-Kummissjoni, fid-<DATE ISO="20040709">9 ta' Lulju 2004</DATE>, bagħtet opinjoni motivata li biha stiednet lir-Renju tal-Belġju jieħu l-miżuri neċessarji sabiex jikkonforma ruħu ma din l-opinjoni fi żmien xahrejn mill-ġurnata tan-notifika tagħha.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Belġjani rrispondew l-imsemmija opinjoni motivata b'ittra tad-<DATE ISO="20040909">9 ta' Settembru 2004</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni ma kinitx sodisfatta bir-risposta li rċeviet mill-awtoritajiet Belġjani, din iddeċidiet li tippreżenta dan ir-rikors.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4297"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq ir-rikors</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>L-argumenti tal-partijiet</P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-Ordnijiet ta' l-<DATE ISO="19901224">24 ta' Diċembru 1990</DATE> u tat-<DATE ISO="19981203">3 ta' Diċembru 1998</DATE> jostakolaw il-moviment liberu tas-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors li m'għandhomx il-marka CE iżda li kienu legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>Fil-fatt, bir-rekwiżit ta' konformità ma' l-istandard NBN S 21-100, ir-regoli Belġjani jeskludu minn parti mis-suq Belġjan l-użu, mill-istabbilimenti li jipprovdu lakkomodazzjoni u residenzi għall-anzjani, tas-sistemi in kwistjoni li ma jkunux konformi ma' l-istandard imsemmi. B'hekk, operaturi ekonomiċi li jimmanifatturaw jew jikkummerċjalizzaw dawn il-prodotti jistgħu jiddeċiedu li ma jikkummerċja-lizzawx il-prodotti tagħhom fis-suq Belġjan, jew ikunu obbligati jimmodifikawhom sabiex ikollhom aċċess għas-suq in kwistjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>L-istess jgħodd għar-regolamenti muniċipali dwar il-protezzjoni min-nar li, skond linformazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Belġjani, jirrikjedu li d-ditekters tan-nar ikunu konformi ma' l-istandard NBN S 21-100, kif ukoll għall-prattika amministrattiva tas-servizzi tat-tifi tan-nar jagħmlu riferenza għal dan l-istess standard meta jiddeterminaw il-miżuri ta' prevenzjoni tan-nar.</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni wkoll li l-obbligu ta' konformità ma' l-istandard NBN S 21-100 impost mil-liġi Belġjana għandu l-effett li jissuġġetta s-sistemi msemmija għal approvazzjoni mill-BOSEC.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4298"?><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>Proċedura ta' approvazzjoni bħal din mhux biss tikkostitwixxi fiha nfisha miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva pprojbita mill-Artikolu 28 KE, iżda, barra minn hekk, dan l-ostaklu huwa aggravat min-natura sproporzjonata taddewmien u ta' l-ispejjeż li jirriżultaw mill-proċedura msemmija kif ukoll min-nuqqas ta' teħid in kunsiderazzjoni, mill-BOSEC, tat-testijiet u tal-verifiki li jkunu diġà saru fil-kuntest ta' proċeduri oħra fi Stat Membru ieħor.</TXT></NP><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Mingħajr ma jikkontesta l-fatt li l-konformità ma l-istandard NBN S 21-100 hija imposta kemm mil-liġi msemmija mill-Kummissjoni kif ukoll mill-prattika tasservizzi tat-tifi tan-nar, ir-Renju tal-Belġju jqis li fid-dawl ta' l-emendi proposti li kienu s-suġġett ta' inkjesta pubblika bejn it-<DATE ISO="20050330">30 ta' Marzu</DATE> u t-<DATE ISO="20050930">30 ta' Settembru 2005</DATE>, b'mod partikolari dik dwar it-tneħħija tar-riferenza għall-BOSEC bħala awtorità ta ċertifikazzjoni, l-istandard NBN S 21-100 huwa konformi ma l-Artikolu 28 KE u m'għadux ta' ostaklu għall-moviment liberu ta' sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors li kienu legalment immanifatturati jew ikkummerċja-lizzati fi Stat Membru ieħor u li m'għandhomx il-marka CE.</TXT></NP><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-awtoritajiet Belġjani jgħidu li dan l-istandard huwa konformi ma' l-istandards Ewropej u li dan ma jinkludi fih l-ebda rekwiżiti addizzjonali li jeħtieġu l-adattament jew il-modifika tal-prodotti li jiffurmaw is-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar. Fil-fatt, il-verifiki imposti mill-imsemmi standard ma jirrigwardawx il-komponenti li jiffurmaw dawn is-sistemi, iżda biss il-mod kif taħdem is-sistema sħiħa.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>F'kull każ, dawn il-verifiki huma ġġustifikati mir-rekwiżiti ta' sigurtà pubblika kif ukoll tal-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-persuni u ta' l-annimali.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4299"?><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, l-awtoritajiet Belġjani jsostnu li d-dispożizzjonijiet ta' l-istandard NBN S 21-100 japplikaw mingħajr distinzjoni u li l-verifika imposta minnhom fuq linstallazzjonijiet u s-sistemi ta' detezzjoni tan-nar hija neċessarja u proporzjonata għall-għan imfittex.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P>Il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Ġustizzja</P></TI></TITLE><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, fir-rigward tar-rekwiżit ta' konformità ma' l-istandard NBN S 21-100 imposta mil-liġi Belġjana u mill-prattika amministrattiva ta' xi servizzi pubbliċi Belġjani, għandu jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, kull liġi kummerċjali ta' l-Istati Membri li hija kapaċi li tostakola direttament jew indirettament, attwalment jew potenzjalment, il-kummerċ intra Komunitarju għandha titqies bħala miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjonijiet kwantitattivi, ipprojbita mill-Artikolu 28 KE (sentenzi tal-<DATE ISO="19740711">11 ta' Lulju 1974</DATE>, Dassonville, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="8/74" YEAR="1974" PAGE.ECR="837">8/74, Ġabra p. 837</REF.DOC.ECR>, punt 5, u tal-<DATE ISO="20040205">5 ta Frar 2004</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Italja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-270/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-1559">C-270/02, Ġabra p. I-1559</REF.DOC.ECR>, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>B'hekk, l-ostakli għall-moviment liberu tal-merkanziji li jirriżultaw, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni tal-leġiżlazzjoni, mill-applikazzjoni fil-konfront tal-merkanziji li ġejjin minn Stati Membri oħra fejn jiġu manifatturati u mqiegħda fis-suq, ta' regoli li jistabbilixxu rekwiżiti li għandhom jiġu sodisfatti minn tali merkanziji, anki jekk dawn ir-regoli huma applikabli, mingħajr distinzjoni, għall-prodotti kollha jikkostitwixxu miżuri li għandhom effett ekwivalenti u li huma pprojbiti mill-Artikolu 28 KE (sentenzi ta' l-<DATE ISO="19931124">24 ta' Novembru 1993</DATE>, Keck u Mithouard, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-267/91+C-268/91" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-6097">C-267/91 u C-268/91, Ġabra p. I-6097</REF.DOC.ECR>, punt 15, u tas-<DATE ISO="20001116">16 ta' Novembru 2000</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-217/99" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-10251">C-217/99, Ġabra p. I-10251</REF.DOC.ECR>, punt 16).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4300"?><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F'dan il-każ, mill-kliem stess tal-punti 4.2, 43.1, 4.4.6 u 4.4.8.2 ta' l-istandard NBN S 21-100 jirriżulta li dan mhux biss jinkludi fih regoli dwar kontroll relattivi għat-tħaddim ta' installazzjonijiet sħaħ ta' sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors, iżda wkoll speċifikazzjonijiet tekniċi li magħhom għandhom ikunu konformi ċerti komponenti ta' dawn is-sistemi.</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, fir-rigward tal-kummerċjalizzazzjoni fi Stat Membru ta prodotti jew ta' komponenti legalment immanifatturati u kkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor, u fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni Komunitarja, ir-rekwiżit ta' konformità ma l-istandard NBN S 21-100 impost mil-liġi Belġjana jista jkollu leffett li jobbliga lill-operaturi ekonomiċi ta' l-Istati Membri l-oħra jadattaw lapparati u t-tagħmir tagħhom għar-rekwiżiti ta' l-istandards jew regoli tekniċi ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni u li jbatu l-ispejjeż żejda marbuta ma' dan ladattament (sentenzi Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, iċċitata aktar 'il fuq, punt 17; tat-<DATE ISO="20030508">8 ta Mejju 2003</DATE>, ATRAL, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-14/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-4431">C-14/02, Ġabra p. I-4431</REF.DOC.ECR>, punt 63, u Il-Kummissjoni vs LItalja, iċċitata aktar 'il fuq, punt 19), u anki li jiddiswadihom milli jikkummerċja-lizzaw il-prodotti in kwistjoni fil-Belġju (sentenzi tat-<DATE ISO="19880922">22 ta' Settembru 1988</DATE>, IIKummissjoni vs L-Irlanda, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="45/87" YEAR="1988" PAGE.ECR="4929">45/87, Ġabra p. 4929</REF.DOC.ECR>, punt 19, u Il-Kummissjoni vs II-Belġju, iċċitata aktar 'il fuq, punt 18).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, l-argument tar-Renju tal-Belġju li ma teżisti l-ebda neċessità li l-prodotti legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stati Membri oħra jiġu adattati għas-suq Belġjan minħabba li l-istandard NBN S 21-100 ma jagħmel xejn ħlief jirrepeti r-rekwiżiti tekniċi li huma stabbiliti fl-istandards Ewropej tas-serje EN-54 ma jistax jiġi aċċettat peress li, hekk kif jirriżulta b'mod ċar kemm mill-opinjoni motivata kif ukoll mir-rikors tal-Kummissjoni, dan ir-rikors jirrigwarda biss is-sistemi ta' detezzjoni tan-nar bil-point detectors li m'għandhomx il-marka CE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4301"?><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Konsegwentement, għalkemm japplika mingħajr distinzjoni għall-prodotti kollha, ir-rekwiżit ta' konformità ma standard nazzjonali bħall-istandard NBN S 21-100 jostakola l-kummerċ intrakomunitarju u jikkostitwixxi miżura b'effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni, ipprojbita mill-Artikolu 28 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Miżura bħal din tista tiġi ġġustifikata biss minn waħda mir-raġunijiet ta' interess pubbliku mniżżla fl-Artikolu 30 KE jew minn waħda mill-ħtiġijiet mandatorji rikonoxxuti mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, bil-kundizzjoni li f'kull każ, din il-miżura tkun tajba sabiex tiggarantixxi li jintlaħaq l-għan imfittex u li ma tmurx oltre dak li huwa neċessarju sabiex dan jintlaħaq (sentenzi ATRAL, iċċitata aktar 'il fuq, punt 64, u ta' l-<DATE ISO="20051110">10 ta' Novembru 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-432/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-9665">C-432/03, Ġabra p. I-9665</REF.DOC.ECR>, punt 42).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju jsostni li l-obbligu ta' konformità ma' l-istandard NBN S 21-100 huwa ġġustifikat minn raġunijiet ta' sigurtà pubblika kif ukoll mill-protezzjoni tas-saħħa u l-ħajja tal-persuni u ta' l-annimali.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għalkemm m'hemmx dubju li dawn ir-raġunijiet jidhru fost dawk li, skond l-Artikolu 30 KE, jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru sabiex jiġġustifika dan l-obbligu u li, fin-nuqqas ta' regoli ta' armonizzazzjoni, huma l-Istati Membri li għandhom jistabbilixxu l-livell safejn ikollhom l-intenzjoni jassiguraw il-protezzjoni tas-saħħa u tal-ħajja tal-persuni (sentenzi tas-<DATE ISO="19960627">27 ta' Ġunju 1996</DATE>, Brandsma, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-293/94" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-3159">C-293/94, Ġabra p. I-3159</REF.DOC.ECR>, punt 11, u Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata aktar 'il fuq, punt 44), xorta jibqa l-fatt li eċċezzjoni għall-prinċipju tal-moviment liberu tal-merkanzija tista' tiġi ġġustifikata taħt l-imsemmi artikolu biss jekk l-awtoritajiet nazzjonali jipprovaw li l-eċċezzjoni msemmija hija neċessarja sabiex jintlaħaq wieħed jew aktar mill-għanijiet imsemmija hemmhekk u li tkun konformi mal-prinċipju ta' proporzjonalità (sentenzi tat-<DATE ISO="19831130">30 ta' Novembru 1983</DATE>, Van Bennekom, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="227/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="3883">227/82, Ġabra p. 3883</REF.DOC.ECR>, punt 40; tat-<DATE ISO="19970313">13 ta' Marzu 1997</DATE>, Morellato, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-358/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-1431">C-358/95, Ġabra p. I-1431</REF.DOC.ECR>, punt 14; ATRAL, iċċitata aktar 'il fuq, punt 67, u Il-Kummissjoni vs LItalja, iċċitata aktar 'il fuq, punt 22).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4302"?><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, flimkien mar-raġunijiet ġustifikattivi li jistgħu jiġu invokati minn Stat Membru għandhom jingħataw provi xierqa jew analiżi tal-proporzjonalità tal-miżura restrittiva adottata minn dan l-Istat u analiżi ta' kemm hija xierqa, kif ukoll elementi ta' prova preċiżi li jippermettu li jsaħħu l-argumentazzjoni tiegħu (sentenzi tat-<DATE ISO="20031113">13 ta' Novembru 2003</DATE>, Lindman, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/02" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-13519">C-42/02, Ġabra p. I-13519</REF.DOC.ECR>, punt 25; tat-<DATE ISO="20040318">18 ta Marzu 2004</DATE>, Leichtle, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-8/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-2641">C-8/02, Ġabra p. I-2641</REF.DOC.ECR>, punt 45; tas-<DATE ISO="20050707">7 ta' Lulju 2005</DATE>, IIKummissjoni vs L-Awstrija, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-147/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-5969">C-147/03, Ġabra p. I-5969</REF.DOC.ECR>, punt 63; tas-<DATE ISO="20060216">16 ta' Frar 2006</DATE>, Rockler, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-137/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1441">C-137/04, Ġabra p. I-1441</REF.DOC.ECR>, punt 25, u Oberg, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-185/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-1453">C-185/04, Ġabra p. I-1453</REF.DOC.ECR>, punt 22).</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>F'dan il-każ, għandu jingħad li prova bħal din mhijiex biżżejjed. Fil-fatt, l-awtoritajiet Belġjani jillimitaw ruħhom biex jgħidu li l-obbligu in kwistjoni japplika mingħajr distinzjoni għall-prodotti nazzjonali u dawk importati u li dan l-obbligu jissodisfa lkundizzjonijiet ta' neċessità u ta' proporzjonalità msemmija aktar 'il fuq kif ukoll biex jgħidu li l-għan ta' l-istandard NBN S 21-100 huwa dak li jiġi werifikat li ddisinn ta' l-installazzjoni huwa tajjeb u biex jiġi ggarantit li s-sistema taħdem tajjeb.</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, rigward l-issuġġettar tas-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bilpoint detectors għal approvazzjoni mill-BOSEC, ir-Renju tal-Belġju jsemmi proposta għal emenda ta' l-istandard NBN S 21-100 intiża sabiex tneħħi r-riferenza għal din lorganizzazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>F'dan ir-rigward, huwa biżżejjed li jiġi mfakkar li, skond ġurisprudenza stabbilita, l-eżistenza ta' nuqqas ta' twettiq ta' obbligu għandha tiġi evalwata skond issitwazzjoni ta' l-Istat Membru kif ippreżentata fl-aħħar taż-żmien stabbilit flopinjoni motivata u li l-bidliet li jsiru sussegwentement ma jistgħux jittieħdu in kunsiderazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b'mod partikolari, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20020117">17 ta' Jannar 2002</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Belġju, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-423/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-593">C-423/00, Ġabra p. I-593</REF.DOC.ECR>, punt 14, u ta' l-<DATE ISO="20050714">14 ta' Lulju 2005</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-433/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-6985">C-433/03, Ġabra p. I-6985</REF.DOC.ECR>, punt 32).</TXT></NP><?PAGE NO="I-4303"?><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>F'dan il-każ, jinsab stabbilit li, sa meta skada t-terminu mogħti fl-opinjoni motivata, ir-Renju tal-Belġju ma kienx adotta l-emenda proposta fir-rigward ta' l-istandard NBN S 21-100 dwar it-tneħħija tar-riferenza għall-BOSEC bħala organizzazzjoni ta ċertifikazzjoni għas-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja diġà stabbilixxiet li l-ħtieġa ta' approvazzjoni minn qabel ta' prodott sabiex tiġi ċċertifikata l-idoneità tiegħu għal użu partikolari, tillimita l-aċċess għas-suq ta' l-Istat Membru ta' importazzjoni u għalhekk għandha titqies li hija miżura b'effett ekwivalenti għal limitazzjoni kwantitattiva fuq l-importazzjoni skond l-Artikolu 28 KE (sentenza Il-Kummissjoni vs Il-Portugall, iċċitata aktar 'il fuq, punt 41).</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>Fir-rigward tan-natura mhux proporzjonata ta' dan l-obbligu, għandu jingħad li, matul il-proċedura prekontenzjuża, ir-Renju tal-Belġju ammetta li, minn ta' l-anqas fiż-żmien li jirrigwrda dan ir-rikors, fil-kuntest ta' approvazzjoni mogħtija taħt l-istandard NBN S 21-100, fin-nuqqas ta' ftehim bilaterali ma l-organizzazzjoni ta' ċertifikazzjoni ta' l-Istat Membru ta' oriġini tal-prodott, il-BOSEC ma kienx jieħu in kunsiderazzjoni l-kontrolli magħmula fdan l-Istat Membru l-ieħor. Kif tgħid il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Belġju ma ppreżenta l-ebda prova li tippermetti li jiġi stabbilit li din il-prattika ġiet abbandunata.</TXT></NP><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Rigward l-ispejjeż maħluqa minn din il-proċedura ta' approvazzjoni, biżżejjed jingħad li, safejn din il-proċedura ma teskludix li t-testijiet u l-verifiki li jkunu diġà saru fl-Istat Membru ta' oriġini tal-prodotti in kwistjoni jkunu imposti, l-ispejjeż marbuta ma' dawn it-testijiet u l-verifiki għandhom jitqiesu li mhumiex proporzjonati.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4304"?><NP><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-rikors ippreżentat mill-Kummissjoni għandu jitqies li huwa fondat</TXT></NP><NP><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, għandu jingħad li, billi jeżiġi li s-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors legalment immanifatturati jew ikkummerċ-jalizzati fi Stat Membru ieħor u li ma jkollhomx il-marka CE:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikunu konformi ma l-istandard NBN S 21-100,</P></ITEM><ITEM><P>ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tat-tip minn BOSEC, ostaklu li hu mkabbar mill-ispejjeż sproporzjonati li tinvolvi dik l-approvazzjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>ikunu suġġetti għal testijiet u verifiki meta tkun qed titwettaq l-approvazzjoni tat-tip li, essenzjalment, jirduppjaw il-kontrolli li jkunu diġà saru taħt proċeduri oħra fi Stat Membru ieħor,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE.</P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>46</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2), tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li r-Renju tal-Belġju tilef, hemm lok li huwa jiġi ordnat ibati l-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4305"?><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba' Awla) taqta u tiddeċiedi li:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>Billi jeżiġi li s-sistemi ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors legalment immanifatturati jew ikkummerċjalizzati fi Stat Membru ieħor li ma jkollhomx il-marka CE:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>ikunu konformi ma' l-istandard Belġjan NBN S 21-100 dwar l-iddiżinjar ta' sistemi ġeneralizzati ta' detezzjoni awtomatika tan-nar bil-point detectors, tax-xahar ta' Settembru 1986, kif emendat <HT TYPE="ITALIC">mill-addendum</HT> nru 2 tiegħu tax-xahar ta' Awwissu 1996,</P></ITEM><ITEM><P>ikunu suġġetti għall-approvazzjoni tat-tip minn BOSEC (Belgian Organisation for Security Certification), ostaklu li hu mkabbar mill-ispejjeż sproporzjonati li tinvolvi dik l-approvazzjoni, u</P></ITEM><ITEM><P>ikunu suġġetti għal testijiet u verifiki meta tkun qed titwettaq l-approvazzjoni tat-tip li, essenzjalment, jirduppjaw il-kontrolli li jkunu diġà saru taħt proċeduri oħra fi Stat Membru ieħor,</P></ITEM></LIST></P><P>ir-Renju tal-Belġju naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu skond l-Artikolu 28 KE.</P></NP></ITEM><?PAGE NO="I-4306"?><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Ir-Renju tal-Belġju huwa kkundannat ibati l-ispejjeż</TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><P>Firem</P></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>