Trattat Li Jistabbilixxi kostituzzjoni għall-Ewropa - ATT FINALI - B. Dikjarazzjonijiet dwar Protokolli annessi mal-Kostituzzjoni - Dikjarazzjonijiet rigward il-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka - 37.Dikjarazzjoni dwar l-Unità 1 u l-Unità 2 ta' l-impjant ta' enerġija nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja
Official Journal 310 , 16/12/2004 P. 0469 - 0469
37. Dikjarazzjoni dwar l-Unità 1 u l-Unità 2 ta' l-impjant ta' enerġija nukleari Bohunice V1 fis-Slovakkja IL-KONFERENZA, Wara li nnotat l-impenn tas-Slovakkja biex tagħlaq l-Unità 1 u Unità 2 ta' l-Impjant ta' Enerġija Nukleari Bohunice V1 fit-tmiem ta' l-2006 u l-2008 rispettivament u waqt li tiddikjara r-rieda ta' l-Unjoni li tkompli tagħti għajnuna finanzjarja sa l-2006 bi tkomplija ta' l-għajnuna ta' qabel l-adeżjoni, ippjanata taħt il-programm Phare b'sostenn ta' l-isforz tas-Slovakkja għad-diżattivazzjoni; Wara li nnotat il-ħtieġa li jiġu adottati disposizzjonijiet ta' implimentazzjoni rigward it-tkomplija ta' l-għoti ta' għajnuna mill-Unjoni; Temfasizza li disposizzjonijiet speċifiċi għal dak il-għan ġew inklużi fit-Titolu IX tat-Tieni Parti tal-Protokoll dwar it-Trattat u l-Att ta' l-Adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika ta' l-Estonja, tar-Repubblika ta' Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika ta' l-Ungerija, tar-Repubblika ta' Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka. --------------------------------------------------